EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62006CA0451

Kawża C-451/06: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas- 6 ta' Diċembru 2007 (talba għal deċiżjoni preliminari ta' l-Unabhängiger Finanzsenat, Außenstelle Wien — L-Awstrija) — Gabriele Walderdorff vs Finanzamt Waldviertel (Sitt Direttiva VAT — Artikolu 13B(b) — Eżenzjoni — Tranżazzjonijiet ta' kiri u ta' lokazzjoni ta' proprjetà immobbli — Lokazzjoni ta' drittijiet tas-sajd)

ĠU C 22, 26.1.2008, p. 11–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

26.1.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 22/11


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-6 ta' Diċembru 2007 (talba għal deċiżjoni preliminari ta' l-Unabhängiger Finanzsenat, Außenstelle Wien — L-Awstrija) — Gabriele Walderdorff vs Finanzamt Waldviertel

(Kawża C-451/06) (1)

(Sitt Direttiva VAT - Artikolu 13B(b) - Eżenzjoni - Tranżazzjonijiet ta' kiri u ta' lokazzjoni ta' proprjetà immobbli - Lokazzjoni ta' drittijiet tas-sajd)

(2008/C 22/21)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Unabhängiger Finanzsenat, Außenstelle Wien

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Gabriele Walderdorff

Konvenut: Finanzamt Waldviertel

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Unabhängiger Finanzsenat, Außenstelle Wien — Interpretazzjoni ta' l-Artikolu 13B(b) tad-Direttiva 77/388/KEE: Is-Sitt Direttiva tal-Kunsill tas-17 ta' Mejju 1977 fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta' stima (ĠU L 145, p. 1) — Eżenzjoni mill-VAT — Kunċett ta' provvista ta' servizzi konnessi ma' proprjetà immobbli — Lokazzjoni u ċessjoni tad-drittijiet tas-sajd bi ħlas

Dispożittiv

L-Artikolu 13B(b) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta' Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta' stima, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-konċessjoni ta' drittijiet tas-sajd, bi ħlas, permezz ta' kuntratt ta' lokazzjoni konkluż għal perijodu ta' għaxar snin, mis-sid tal-medda ta' ilma li fir-rigward tagħha ngħataw dawn id-drittijiet, kif ukoll mid-detentur tad-drittijiet tas-sajd f'medda ta' ilma li tinsab fi proprjetà pubblika, la tikkostitwixxi kiri u lanqas lokazzjoni ta' proprjetà immobbli, billi din il-konċessjoni ma tagħtix id-dritt li wieħed jokkupa l-proprjetà immobbli kkonċernata u li jeskludi lil kull persuna oħra mit-tgawdija ta' dan id-dritt.


(1)  ĠU C 326, 30.12.2006.


Top