EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009R1162

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1162/2009 tat- 30 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi miżuri tranżitorji għall-implimentazzjoni tar-Regolamenti (KE) Nru 853/2004, (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

ĠU L 314, 1.12.2009, p. 10–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2013; Ara Art. 8 U Imħassar b' 32013R1079

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2009/1162/oj

1.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 314/10


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1162/2009

tat-30 ta’ Novembru 2009

li jistabbilixxi miżuri tranżitorji għall-implimentazzjoni tar-Regolamenti (KE) Nru 853/2004, (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jistipula regoli speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(1) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jippreskrivi regoli speċifiċi għall-organizzazzjoni ta’ kontrolli uffiċjali fuq prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsuba għall-konsum uman (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 16(1) tiegħu.

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifika tal-konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel, mas-saħħa tal-annimali u mar-regoli dwar il-benessri tal-annimali (3), u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu u l-punt (b) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 63(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolamenti (KE) Nru 852/2004 (4), (KE) Nru 853/2004, (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill jipprevedu tibdil sinifikanti għar-regoli u l-proċeduri li se jsegwu l-operaturi tan-negozju tal-ikel u l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri. Dawn ir-Regolamenti japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2006. Madankollu, l-applikazzjoni ta’ għadd minn dawn il-miżuri b’effett immedjat minn dik id-data tippreżenta diffikultajiet prattiċi f’ċerti każijiet.

(2)

Għal din ir-raġuni, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2076/2005 tal-5 ta’ Diċembru 2005 li jistabbilixxi l-arranġamenti tranżitorji għall-implimentazzjoni tar-Regolamenti (KE) Nru 853/2004, (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) jipprevedu ċerti arranġamenti tranżitorji għal perjodu tranżitorju li jiġi fi tmiemu fil-31 ta’ Diċembru 2009, biex jippermettu tranżizzjoni mingħajr xkiel għall-implimentazzjoni sħiħa tar-regoli u l-proċeduri l-ġodda. It-tul taż-żmien tal-perjodu tranżitorju ġie stabbilit filwaqt li ġiet ikkunsidrata r-reviżjoni ta’ dan il-qafas regolatorju dwar l-iġjene.

(3)

Ir-Regoalmenti (KE) Nru 852/2004, (KE) Nru 853/2004 u (KE) Nru 854/2004 jipprovdu li l-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li jirrevedi l-esperjenza miksuba mill-implimentazzjoni tal-qafas regolatorju l-ġdid dwar l-iġjene qabel l-20 ta’ Mejju 2009.

(4)

Ir-rapport jiġi mgħoddi f’Lulju 2009. Madankollu, ir-rapport ma jissuġġerixxi l-ebda soluzzjoni ddettaljata għad-diffikultajiet elenkati u mhuwiex, għalhekk, akkumpanjat minn proposti. Fuq il-bażi tad-diffikultajiet identifikati, il-Kummissjoni se tikkunsidra l-ħtieġa għal kwalunkwe proposta li ttejjeb ir-Regolamenti tal-iġjene tal-ikel.

(5)

Sadanittant, skont l-informazzjoni li rċieva l-Uffiċċju Veterinarju u tal-Ikel, l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri u setturi rilevanti tan-negozju Ewropew tal-ikel, ċerti arranġamenti tranżitorji previsti fir-Regolament (KE) Nru 2076/2005 għandhom jinżammu sakemm jitlesta l-proċess ta’ reviżjoni.

(6)

Għalhekk id-dispożizzjoni għandha ssir għal perjodu tranżitorju ulterjuri li f’waqtu ċerti arranġamenti tranżitorji previsti fir-Regolament (KE) Nru 2076/2005 għandu jkompli japplika. Bl-għan li jiġi armonizzat l-avviċinament, il-perjodu tranżitorju għandu fit-teorija jdum erba’ snin iżda, fejn iġġustifikat, ikun iqsar.

(7)

Ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 jeskludi mill-ambitu tiegħu l-forniment dirett mill-produttur ta’ kwantitajiet żgħar ta’ laħam minn tjur u lagomorfi maqtula fir-razzett għall-konsumatur finali jew lill-istabbilimenti lokali bl-imnut li jissupplixxu direttament lill-konsumatur finali bħala laħam frisk. Madankollu, jekk din id-dispożizzjoni tiġi limitata għal laħam frisk qabel jiġi fi tmiemu l-eżerċizzju tar-reviżjoni tkun ta’ piż addizzjonali għal proċeduri żgħar. Għal din ir-raġuni, ir-Regolament (KE) Nru 2076/2005 jipprevedi deroga mir-rekwiżiti ġenerali tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 għall-provvista diretta ta’ dawn il-prodotti bażiċi skont ċerti kundizzjonijiet, mingħajr ma tiġi limitata għal laħam frisk. Din il-possibbiltà għandha tinżamm waqt il-perjodu tranżitorju addizzjonali previst f’dan ir-Regolament.

(8)

Ir-Regolamenti (KE) Nru 853/2004 u (KE) Nru 854/2004 jistabbilixxu ċerti regoli għal importazzjonijiet fil-Komunità ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali u ikel li fih kemm prodotti li joriġinaw mill-pjanti u prodotti proċessati li joriġinaw mill-annimali. Ir-Regolament (KE) Nru 2076/2005 jipprevedi arranġamenti tranżitorji li jidderogaw minn uħud minn dawn ir-regoli għal ċerti importazzjonijiet li għalihom il-kundizzjonijiet tas-saħħa pubblika għall-importazzjoni tagħhom fil-Komunità għadhom ma ġewx armonizzati f’livell Komunitarju. Dawn il-kundizzjonijiet mhux se jiġu kompletament armonizzati qabel il-31 ta’ Diċembru 2009. Għal din ir-raġuni, sakemm l-armonizzazzjoni futura tal-leġiżlazzjoni Komunitarja tkun għadha pendenti, jeħtieġ li jiġu previsti derogi waqt il-perjodu tranżitorju addizzjonali stabbiliti f’dan ir-Regolament.

(9)

Ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 jistabbilixxi ċerti rekwiżiti dwar il-materja prima użata biex għat-tħejjija tal-laħam ikkapuljat u l-ittikkettjar. Madankollu, ir-Regolament (KE) Nru 2076/2005 jipprevedi arranġamenti tranżitorji li jidderogaw minn uħud minn dawn ir-rekwiżiti għal perjodu tranżitorju li matulu l-kriterji ta’ kompożizzjoni ta’ laħam ikkapuljat dwar, b’mod partikolari, il-kontenut tax-xaħam u l-proporzjon ta’ proteina fil-laħam tat-tessut li jgħaqqad kellhom jiġu vvalutati. Skont il-valutazzjoni, dawn il-kriterji kienu inklużi fil-proposta tal-Kummissjoni għal Regolament tal-Parlament u tal-Kunsill dwar il-forniment ta’ informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumatur (6). Din il-proposta ġiet adottata fit-30 ta’ Jannar 2008 mill-Kummissjoni u mgħoddija lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Sakemm ir-riżultat tal-proposta jkun għadu pendenti, huwa xieraq li dawn id-derogi jinżammu minn ċerti rekwiżiti li jeħtieġu laħam ikkapuljat waqt il-perjodu tranżitorju addizzjonali previsti f’dan ir-Regolament.

(10)

Ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 jeħtieġ li l-laboratorji li jwettqu analiżi tal-kampjuni meħuda waqt kontrolli uffiċjali jkunu akkreditati. Ir-Regolament (KE) Nru 2076/2005 jistipula arranġament tranżitorju li jidderoga minn dak ir-rekwiżit għal ċerti laboratorji li ma kinux meħtieġa taħt il-leġiżlazzjoni Komunitarja ta’ qabel biex jiġu akkreditati. L-esperjenza wriet li laboratorji li jwettqu ttestjar uffiċjali għal Trichinella u li jinsabu f’biċċeriji jew stabbilimenti li jżommu t-tjur jeħtieġu iżjed ħin biex jiksbu akkreditazzjoni sħiħa, minħabba li l-akkreditazzjoni hi proċess kumpless u li jieħu x-xogħol. Għal din ir-raġuni, dan ir-Regolament għandu jistipula miżuri tranżitorji ulterjuri għal dawn il-laboratorji soġġetti għal ċerti kundizzjonijiet.

(11)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONI ĠENERALI

Artikolu 1

Il-perjodu transitorju ta’ żmien

Dan ir-Regolament jistabbilixxi miżuri tranżitorji għall-implimentazzjoni tar-Regolamenti (KE) Nru 853/2004, (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għal perjodu tranżitorju mill-1 ta’ Jannar 2010 sal-31 ta’ Diċembru 2013 (il-perjodu tranżitorju).

KAPITOLU II

MIŻURI TRANŻITORJI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAR-REGOLAMENT (KE) Nru 853/2004

Artikolu 2

Forniment dirett ta’ kwantitajiet żgħar ta’ laħam mit-tjur u l-lagomorfi

B’deroga mill-Artikolu 1(3)(d) u bla ħsara għall-Artikolu 1(4) tar-Regolament (KE) Nru 853/2004, id-dispożizzjonijiet stipulati f’dan ir-Regolament ma għandhomx japplikaw għall-forniment dirett, mill-produttur, ta’ kwantitajiet żgħar ta’ laħam mit-tjur u lagomorfi maqtula fir-razzett għall-konsumatur aħħari jew lill-stabbilimenti tal-imnut lokali li jissupplixxu b’mod dirett laħam ta’ din ix-xorta lill-konsumatur aħħari.

Artikolu 3

Kundizzjonijiet sanitarji għall-importazzjoni

1.   L-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 ma għandux japplika għall-importazzjonijiet tal-ikel li joriġina mill-annimali li għalih ma ġew stabbiliti ebda kundizzjonijiet sanitarji pubbliċi armonizzati għall-importazzjoni, inklużi listi ta’ pajjiżi terzi u partijiet minn pajjiżi terzi u ta’ stabbilimenti li minnhom jistgħu jsiru importazzjonijiet.

Importazzjonijiet ta’ dawn il-prodotti għandhom jikkonformaw mal-kundizzjonijiet sanitarji pubbliċi għall-importazzjoni tal-Istat Membru kkonċernat.

2.   B’deroga mill-Artikolu 6(4) tar-Regolament (KE) Nru 853/2004, l-operaturi tan-negozji tal-ikel li jimportaw ikel li fih kemm prodotti li joriġinaw mill-pjanti u prodotti pproċessati li joriġinaw mill-annimali għandhom ikunu eżentati mill-obbligu stipulat f’dan l-Artikolu.

Importazzjonijiet ta’ dawn il-prodotti jikkonformaw mar-regoli armonizzati tal-Komunità, fejn applikabbli, u mar-regoli nazzjonali implimentati mill-Istati Membri f’każijiet oħra.

Artikolu 4

Rekwiżiti dwar kriterji tal-kompożizzjoni u t-tikketti għal-laħam ikkappuljat

1.   B’deroga mir-rekwiżiti stipulati fil-Kapitolu II(1) tat-Taqsima V tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004, l-operatur ta’ negozju tal-ikel għandu jiċċekkja l-materja prima li tiddaħħal fl-istabbiliment biex jiżgura konformità mal-isem tal-prodott fit-tabella hawn taħt fir-rigward tal-prodott aħħari.

Tabella

Kriterji tal-kompożizzjoni kkontrollati abbażi ta’ medja maħduma kuljum

 

Kontenut ta’ xaħam

Tessut li jgħaqqad: proporzjon ta’ proteina fil-laħam

laħam ikkapuljat dgħif

≤ 7 %

≤ 12

ikkapuljat taċ-ċanga pura

≤ 20 %

≤ 15

laħam ikkapuljat li fih il-majjal

≤ 30 %

≤ 18

laħam ikkapuljat ta’ speċijiet oħrajn

≤ 25 %

≤ 15

2.   B’deroga mir-rekwiżiti stipulati fil-Kapitolu IV tat-Taqsima V tal-Anness III għar-Regolament (KE) Nru 853/2004, it-tikketta għandha turi wkoll il-kliem li ġej:

“perċentwal ta’ xaħam taħt …”,

“tessut li jgħaqqad: proporzjon ta’ proteini fil-laħam taħt …”.

3.   L-Istati Membri jistgħu jippermettu t-tqegħid fis-suq nazzjonali tagħhom laħam ikkapuljat li ma jikkonformax ma’ dawn il-kriterji taħt marka nazzjonali li ma tistax tkun mifxula mal-marki stipulati fl-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KE) Nru 853/2004.

KAPITOLU III

MIŻURI TRANŻITORJI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAR-REGOLAMENT (KE) Nru 854/2004

Artikolu 5

Kundizzjonijiet sanitarji għall-importazzjoni

Il-Kapitolu III tar-Regolament (KE) Nru 854/2004 ma għandux japplika għall-importazzjonijiet tal-ikel li joriġina mill-annimali li għalih ma ġew stabbiliti ebda kundizzjonijiet sanitarji pubbliċi armonizzati għall-importazzjoni, inklużi listi ta’ pajjiżi terzi u partijiet minn pajjiżi terzi u ta’ stabbilimenti li minnhom jistgħu jsiru importazzjonijiet.

Importazzjonijiet ta’ dawn il-prodotti għandhom jikkonformaw mal-kundizzjonijiet sanitarji pubbliċi għall-importazzjoni tal-Istat Membru kkonċernat.

KAPITOLU IV

MIŻURI TRANŻITORJI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAR-REGOLAMENT (KE) Nru 882/2004

Artikolu 6

Akkreditazzjoni għal laboratorji uffiċjali li jittestjaw it- Trichinella

Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 12(2) tar-Regolament (KE) Nru 882/2004, l-awtorità kompetenti tista’ taħtar laboratorju li jwettaq l-ittestjar uffiċjali għat-Trichinella u li jinsab f’biċċerija jew stabbiliment li jżomm it-tjur sakemm, għalkemm mhux akkreditat, il-laboratorju:

(a)

juri li ta bidu u qed isegwi l-proċeduri neċessarji ta’ akkreditazzjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 882/2004;

(b)

jipprovdi lill-awtorità kompetenti garanziji sodisfaċenti li l-iskemi tal-kwalità tal-kontroll għall-analiżijiet li hu qed iwettaq għall-fini ta’ kontrolli uffiċjali huma applikati.

L-Istati Membri li japplikaw din il-miżura tranżitorja għandhom jirrappurtaw lill-Kummissjoni dwar il-progress fl-akkreditazzjoni ta’ kwalunkwe laboratorju li jinħatar sal-aħħar ta’ kull sena.

KAPITOLU V

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 7

Ir-Regolament (KE) Nru 2076/2005 huwa b’dan imħassar.

Artikolu 8

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Hu għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2010 sal-31 ta’ Diċembru 2013.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Novembru 2009.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 226, 25.6.2004, p. 22.

(2)  ĠU L 226, 25.6.2004, p. 83.

(3)  ĠU L 191, 28.5.2004, p. 1.

(4)  ĠU L 226, 25.6.2004, p. 3.

(5)  ĠU L 338, 22.12.2005, p. 83.

(6)  COM(2008)40 finali.


Top