EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32001L0004

Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/4/KE tad-19 ta' Jannar, 2001 li temenda s-Sitt Direttiva (77/388/KEE) dwar is-sistema komuni tat-taxxa fuq il-valur miżjud, rigward it-tul ta' żmien li matulu r-rata standard minima għandha tiġi applikata

ĠU L 22, 24.1.2001, p. 17–17 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2006; Imħassar b' 32006L0112

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2001/4/oj

32001L0004



Official Journal L 022 , 24/01/2001 P. 0017 - 0017


Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/4/KE

tad-19 ta' Jannar, 2001

li temenda s-Sitt Direttiva (77/388/KEE) dwar is-sistema komuni tat-taxxa fuq il-valur miżjud, rigward it-tul ta' żmien li matulu r-rata standard minima għandha tiġi applikata

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 93 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [2],

Billi:

(1) L-Artikolu 12(3)(a) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill (77/388/KEE) tas-17 ta' Mejju, 1977 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mat-taxxi fuq il-valur tal-bejgħ – is-sistema Komuni tat-taxxa fuq il-valur miżjud: il-bażi uniformi ta' stima [3], hawnhekk izjed ‘il quddiem imsejħa s-Sitt Direttiva dwar il-VAT, tistabbilixxi illi l-Kunsill għandu jiddeċiedi dwar il-livell tar-rata standard applikabbli wara l-31 ta' Diċembru, 2000.

(2) Waqt li r-rata standard tat-taxxa fuq il-valur miżjud korrentement fis-seħħ fil-varji Stati Membri, kombinata mal-mekkaniżmu tas-sistema transitorja, assigurat illi din is-sistema ħadmet sa' livell aċċettabbli, huwa madankollu mportanti li ma titħalliex li jkun hemm diverġenza li tikber fir-rati standard tal-VAT applikati mill-Istati Membri biex ma jwasslux għal żbilanċi strutturali fil-Komunità u tagħwiġ fil-kompetizzjoni f'xi setturi ta' attività, għall-inqas matul il-perjodu taż-żmien li fih tkun qegħda tiġi mplimentata strateġija ġdida għall-VAT sabiex tissimplifika u timmodernizza l-legislazzjoni korrenti tal-Komunità dwar il-VAT, kif stabbilita fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-7 ta' Ġunju, 2000.

(3) Huwa għalhekk xieraq li tinżamm ir-rata korrenti minima standard ta' 15 % għal perjodu ta' żmien iktar fit-tul sabiex tippermetti li tiġi mplimentata l-istrateġija ta' simplifikazzjoni u ta' modernizzazzjoni,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

"3. (a) Ir-rata standard tat-taxxa fuq il-valur miżjud għandha tiġi ffissata minn kull wieħed mill-Istati Membri bħala perċentaġġ fuq l-ammont taxxabbli u għandha tkun l-istess għall-provvista ta' l-oġġetti u għall-provvista tas-servizzi. Mill-1 ta' Jannar, 2001 sal-31 ta' Diċembru, 2005, dan il-perċentaġġ ma jistax ikun inqas minn 15 %.

Fuq proposta mill-Kummissjoni u wara li kkonsultaw mall-Parlament Ewropew u l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali, il-Kunsill għandu jiddeċiedi b'mod unanimu dwar il-livell tar-rata standard stabbilit li għandha tiġi applikata wara l-31 ta' Diċembru,2005."

Artikolu 2

1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma' din id-Direttiva qabel l-1 ta' Jannar, 2001. Għandhom jgħarrfu bihom lill-Kummissjoni malajr.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, dawn għandu jkun fihom riferenza għal din id-Direttiva u għandhom jiġu akkumpanjati b'din ir-riferenza fl-okkażżjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi dwar kif jagħmlu din ir-riferenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.

2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-disposizzjoni fil-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b'din id-Direttva.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropew.

Għandha tibda tapplika mill-1 ta' Jannar, 2001.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija ndirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fid-19 ta' Jannar, 2001.

Għall-Kunsill

Il-President

B. Ringholm

[1] L-Opinjoni mogħtija fl-14 ta' Diċembru, 2000 (għadha mhiex pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

[2] L-opinjoni mogħtija fid-29 ta' Novembru, 2000 (għadha mhiex pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

[3] ĠU L 145, tat-13.6.1977, p. 1. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 2000/65/KE (ĠU L 269, tal-21.10.2000, p. 44).

--------------------------------------------------

Top