EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020CN0499

Kawża C-499/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Symvoulio tis Epikrateias (il-Greċja) fl-1 ta’ Ottubru 2020 – DIMCO Dimovasili M.I.K.E. vs Ypourgos Perivallontos kai Energeias

ĠU C 433, 14.12.2020, p. 37–38 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

14.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 433/37


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Symvoulio tis Epikrateias (il-Greċja) fl-1 ta’ Ottubru 2020 – DIMCO Dimovasili M.I.K.E. vs Ypourgos Perivallontos kai Energeias

(Kawża C-499/20)

(2020/C 433/46)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Qorti tar-rinviju

Symvoulio tis Epikrateias

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: DIMCO Dimovasili M.I.K.E.

Konvenut: Ypourgos Perivallontos kai Energeias

Domandi preliminari

Id-dispożizzjonijiet ikkunsidrati flimkien tal-punt 1.1 tal-Artikolu 4(1), tal-Artikolu 7(4) u tal-Artikolu 8 u tal-Anness I tad-Direttiva 97/23/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ Mejju 1997 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ apparat ta’ pressjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 19 p. 86, rettifika fil-ĠU L 265, 27.9.1997, p. 110, fil- ĠU L 250, 23.9.1999, p. 14, fil-ĠU L 93, 7.4.2011, p. 38, u fil-ĠU L 365, 19.12.2014, p. 166), għandhom jiġu interpretati fis-sens li dawn jipprekludu dispożizzjonijiet leġiżlattivi nazzjonali, bħal dawk tal-paragrafu 1.2.4 u tal-punti P9.5.6.9 u P9.5.8.2, tal-Anness 9 tar-Regolament Tekniku Grieg dwar l-installazzjonijiet interni ta’ gass naturali suġġetti għal pressjoni ta’ funzjonament sa’ 500 mbar, li jistabbilixxu, għal motivi ta’ protezzjoni tal-persuni, b’mod partikolari kontra t-terremoti, kundizzjonijiet u rekwiżiti (obbligu ta’ ventilazzjoni, projbizzjoni ta’ mgħoddija tal-pajpijiet minn taħt l-art) fir-rigward tal-metodi ta’ installazzjoni ta’ apparat taħt pressjoni (pajpijiet tal-gass), fid-dawl tal-fatt li dawn il-kundizzjonijiet u rekwiżiti japplikaw ukoll mingħajr distinzjoni għal pajpijiet li, bħal f’dan il-każ, għandhom is-sinjal “CE” u li fir-rigward tagħhom il-manifattur jiggarantixxi li l-użu u l-installazzjoni tagħhom huma siguri mingħajr ma jiġu osservati l-imsemmija kundizzjonijiet u rekwiżiti?

Id-dispożizzjonijiet imsemmija iktar ’il fuq tad-Direttiva 97/23, moqrija flimkien mal-Artikolu 2 tagħha, għandhom, b’mod kuntrarju, jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux kundizzjonijiet jew rekwiżiti, bħal dawk inkwistjoni f’dan il-każ, dwar il-metodi ta’ installazzjoni ta’ apparat taħt pressjoni (pajpijiet tal-gass)?


Top