EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62010CN0180
Case C-180/10: Reference for a preliminary ruling from the Naczelny Sąd Administracyjny (Poland) lodged on 9 April 2010 — Jarosław Słaby v Minister Finansów
Kawża C-180/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Naczelny Sąd Administracyjny (ir-Repubblika tal-Polonja) fid- 9 ta’ April 2010 — Jarosław Słaby vs Minister Finansów
Kawża C-180/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Naczelny Sąd Administracyjny (ir-Repubblika tal-Polonja) fid- 9 ta’ April 2010 — Jarosław Słaby vs Minister Finansów
ĠU C 179, 3.7.2010, p. 17–17
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
3.7.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 179/17 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Naczelny Sąd Administracyjny (ir-Repubblika tal-Polonja) fid-9 ta’ April 2010 — Jarosław Słaby vs Minister Finansów
(Kawża C-180/10)
(2010/C 179/28)
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Qorti tar-rinviju
Naczelny Sąd Administracyjny
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Jarosław Słaby
Konvenut: Minister Finansów
Domandi preliminari
Persuna fiżika li tkun wettqet attività agrikola fuq art u li mbagħad, minħabba fi bdil fil-pjanijiet ta’ żvilupp tat-territorju li huma indipendenti mir-rieda tagħha, temmet din l-attività, ikklassifikat mill-ġdid il-patrimonju tagħha bħala patrimonju privat, qasmet (f’artijiet intiżi għall-kostruzzjoni ta’ akkomodazzjoni għall-vakanzi) u ntrabtet li tbiegħhom, hija, minħabba f’hekk, persuna taxxabbli għall-VAT skont l-Artikolu 9(1) tad-Direttiva 2006/112/CE (1) u l-Artikolu 4(1) u (2) tas-Sitt Direttiva 77/388/CEE (2), u għalhekk għandha tħallas VAT għall-attività kummerċjali tagħha?
(1) Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1).
(2) Sitt Direttiva tal-Kunsill, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23)