EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008CB0119

Kawża C-119/08: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal- 5 ta’ Frar 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas — Ir-Repubblika tal-Litwanja) — Mechel Nemunas UAB vs Valstybinė mokesčių inspekcija prie Lietuvos respublikos finansų ministerijos (L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura — L-ewwel Direttiva tal-VAT — Sitt Direttiva tal-VAT — Artikolu 33(1) — Kunċett ta’ taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Taxxa kkalkolata abbażi tad-dħul mill-bejgħ tal-impriżi intiża sabiex tiffinanzja programm tal-manutenzjoni u tal-iżvilupp tat-toroq nazzjonali)

ĠU C 113, 16.5.2009, p. 16–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

16.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 113/16


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-5 ta’ Frar 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas — Ir-Repubblika tal-Litwanja) — Mechel Nemunas UAB vs Valstybinė mokesčių inspekcija prie Lietuvos respublikos finansų ministerijos

(Kawża C-119/08) (1)

(L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura - L-ewwel Direttiva tal-VAT - Sitt Direttiva tal-VAT - Artikolu 33(1) - Kunċett ta’ “taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ” - Taxxa kkalkolata abbażi tad-dħul mill-bejgħ tal-impriżi intiża sabiex tiffinanzja programm tal-manutenzjoni u tal-iżvilupp tat-toroq nazzjonali)

2009/C 113/32

Lingwa tal-kawża: Il-Litwan

Qorti tar-rinviju

Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Mechel Nemunas UAB

Konvenut: Valstybinė mokesčių inspekcija prie Lietuvos respublikos finansų ministerijos

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas — Interpretazzjoni tal-Ewwel Direttiva tal-Kunsill 67/227/KEE tal-11 ta’ April 1967 fuq l-armonizazzjoni tal-leġislazzjoni tal-Istati Membri dwar it-taxxi fuq il-bejgħ [dħul mill-bejgħ] (ĠU 71, p. 1301) u tal-Artikolu 33 tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU L 145, p. 1) — Taxxa Litwana tat-triq ikkalkolata abbażi tad-dħul mill-bejgħ ta’ impriża sabiex jiġi ffinanzjat il-programm tal-iżvilupp u tal-manutenzjoni tat-toroq nazzjonali

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 33 tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 91/680/KEE tas-16 ta’ Diċembru 1991, għandu jiġi interpretat fis-sens li dan ma jipprekludix il-ġbir ta’ taxxa bħat-taxxa fuq id-dħul prevista mil-Liġi Litwana fuq l-iffinanzjar tal-programm tal-manutenzjoni u tal-iżvilupp tat-toroq (Lietuvos Respublikos kelių priežiūros ir plėtros programos finansavimo įstatymas).


(1)  ĠU C 128, 24.5.2008


Top