EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32015R0647

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/647 tal-24 ta' April 2015 li jemenda u jikkoreġi l-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-użu ta' ċerti addittivi tal-ikel (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

C/2015/2603

ĠU L 107, 25.4.2015, p. 1–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2015/647/oj

25.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 107/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/647

tal-24 ta' April 2015

li jemenda u jikkoreġi l-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-użu ta' ċerti addittivi tal-ikel

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar l-addittivi tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 10(3) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 jistabbilixxi lista tal-Unjoni ta' addittivi tal-ikel li huma approvati għall-użu fl-ikel u l-kundizzjonijiet tal-użu tagħhom.

(2)

L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 jistabbilixxi lista tal-Unjoni ta' addittivi tal-ikel li huma approvati għall-użu fl-ikel, fl-enżimi tal-ikel, fl-aromatizzanti u fin-nutrijenti, u l-kundizzjonijiet tal-użu tagħhom.

(3)

Dawn il-listi jistgħu jiġu aġġornati skont il-proċedura komuni msemmija fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), jew fuq inizjattiva tal-Kummissjoni jew inkella wara li ssir applikazzjoni għal dan.

(4)

Il-lista tal-Unjoni ta' addittivi tal-ikel ġiet stabbilita abbażi tal-addittivi tal-ikel permessi għall-użu fl-ikel skont id-Direttivi tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 94/35/KE (3), 94/36/KE (4) u 95/2/KE (5) u wara li ġiet analizzata l-konformità tagħhom mal-Artikoli 6, 7 u 8 tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008. Il-lista tal-Unjoni tinkludi l-addittivi tal-ikel abbażi tal-kategoriji tal-ikel li magħhom jistgħu jiżdiedu.

(5)

Minħabba d-diffikultajiet li nħolqu matul it-trasferiment tal-addittivi tal-ikel għas-sistema l-ġdida ta' kategorizzazzjoni prevista fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008, ġew identifikati ċerti żbalji li għandhom jiġu kkoreġuti, filwaqt li xi dispożizzjonijiet oħrajn iridu jiġu kkjarifikati aktar.

(6)

L-Anness II ma jelenkax il-forom differenti li fihom jista' jintuża l-addittiv tal-ikel, pereżempju s-Sorbitoli (E 420) jeżistu fil-forma ta' Sorbitol (E 420(i)) jew xropp tas-Sorbitol (E 420(ii)); iċ-Ċitrati tas-sodju (E 331) jeżistu fil-forma ta' Ċitrat monosodiku (E 331(i)), ta' Ċitrat disodiku (E 331(ii)) u ta' Ċitrat trisodiku (E 331(iii)). Dawn il-forom huma speċifikati fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 231/2012 (6). Għandu jiġi kkjarifikat li jistgħu jintużaw dawn il-forom differenti tal-addittivi tal-ikel li huma awtorizzati.

(7)

Il-Kantaksantin (E 161 g) ma għandux jinbiegħ direttament lill-konsumaturi. Għalhekk, għandu jiġi emendat il-punt 5 tat-Taqsima 2 tal-parti A tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008.

(8)

Il-Konjac (E 425) ma għandux jintuża biex jiġi prodott l-ikel deidratat maħsub biex jerġa' jiġi idratat waqt l-inġestjoni. Għalhekk, fl-entrata E 425 fil-Grupp I tat-Taqsima 1 tal-parti C tal-Anness II, għandha tiddaħħal in-nota f'qiegħ il-paġna (2).

(9)

Fil-kategoriji tal-ikel 01.7.2: “Ġobon misjur” u 01.7.6 “Prodotti tal-ġobon (minbarra prodotti fil-kategorija 16)”, għandu jiġi kkjarifikat li n-Natamiċina (E 235) tista' tintuża biss għat-trattament estern ta' ġobnijiet u prodotti mhux maqtugħa.

(10)

Għandu jittieħed approċċ konsistenti dwar it-test tan-noti f'qiegħ il-paġna li jirreferi għal-limiti massimi tal-aluminju li ġej mill-koloranti tal-aluminju introdotti bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 380/2012 (7). Għandha tiġi inkluża s-sentenza “Ma jistgħux jintużaw koloranti tal-aluminju oħra” fin-noti kollha f'qiegħ il-paġna li jirreferu għal addittivi tal-ikel speċifiċi fil-kategoriji: 01.7.3: “Qoxra tal-ġobon li tittiekel”, 01.7.5: “Ġobon ipproċessat”, 04.2.5.2: “Ġamm, ġelatini u marmellati u puree tal-qastan bil-ħlewwa kif definiti fid-Direttiva 2001/113/KE”, 08.2: “Preparati tal-laħam kif iddefiniti fir-Regolament (KE) Nru 853/2004”, 08.3.1: “Prodotti tal-laħam mingħajr trattament ta' sħana”, 08.3.2 “Prodotti tal-laħam trattati bis-sħana”, 08.3.3 “Kisi ta' protezzjoni u kisjiet u tiżjin għal-laħam” u 09.3: “Bajd tal-ħut”.

(11)

Fil-kategorija 02.1: “Xaħmijiet u żjut essenzjalment liberi mill-ilma (minbarra xaħam tal-ħalib anidru)”, ċerti addittivi ma għandhomx jintużaw fiż-żjut verġni u fiż-żejt taż-żebbuġa.

(12)

Fil-kategorija 04.2.3: “Frott u ħxejjex fil-laned u fil-fliexken”, id-Diossidu tal-kubrit — sulfiti (E 220 - 228) jistgħu jintużaw fil-faqqiegħ ipproċessat.

(13)

Fil-kategorija tal-ikel 05.2: “Ħlewwiet oħra inkluż ħelu żgħir li jiffriska n-nifs” u fil-kategorija tal-ikel 05.4: “Tiżjin, kisi u mili, ħlief mili abbażi tal-frott kopert mill-kategorija 4.2.4”, il-livell massimu ta' Neotam (E 961) użat bħala addittiv biex itejjeb it-togħma fil-ħlewwiet ibbażati fuq il-lamtu għandu jkun ta' 3 mg/kg.

(14)

Fil-kategorija tal-ikel 05.4: “Tiżjin, kisi u mili, ħlief mili abbażi tal-frott kopert mill-kategorija 4.2.4”, l-aċidu ċiklamiku u l-imluħa Na u Ca tiegħu (E 952) jistgħu jintużaw fil-bottijiet tal-isprej tal-krema bit-togħma.

(15)

Fil-kategorija tal-ikel 06.4.4: “Njokki tal-patata”, l-addittivi fin-njokki tal-patata friski u mpoġġijin fil-friġġ għandhom ikunu ristretti għal għadd limitat ta' addittivi li jaqgħu taħt il-Grupp I.

(16)

Fil-kategorija tal-ikel 07.2: “Prodotti fini tal-forn”, għandu jiġi kkjarifikat l-użu tad-Diossidu tal-kubrit — sulfiti (E 220 - 228).

(17)

Fil-kategorija tal-ikel 08.2: “Preparati tal-laħam kif iddefiniti fir-Regolament (KE) Nru 853/2004”, l-entrata għall-Aċetat tal-potassju (E 261) għandha tiġi kkoreġuta biex tirreferi għal Aċetati tal-potassju.

(18)

Fil-kategorija tal-ikel 08.3.1: “Prodotti tal-laħam mingħajr trattament ta' sħana”, għandhom jitħassru l-entrati doppji għall-Aċidu eritorbiku (E 315) u l-Eritorbat tas-sodju (E 316).

(19)

Fil-kategoriji tal-ikel 08.2: “Preparati tal-laħam kif iddefiniti fir-Regolament (KE) Nru 853/2004”, 08.3.1: “Prodotti tal-laħam mingħajr trattament ta' sħana”, 08.3.2: “Prodotti tal-laħam trattati bis-sħana” u 08.3.4: “Prodotti tal-laħam ikkurati tradizzjonalment b'dispożizzjonijiet speċifiċi li jikkonċernaw in-nitriti u n-nitrati”, għandha tiġi kkjarifikata l-espressjoni tal-livelli massimi ta' Nitriti (E 249 - 250) u/jew ta' Nitrati (E 251 - 252).

(20)

Fil-kategorija tal-ikel 08.3.2: “Prodotti tal-laħam trattati bis-sħana”, għandu jkun permess l-użu ta' Gallati, TBHQ u BHA (E 310 - 320) fil-laħam deidratat.

(21)

Fil-kategorija tal-ikel 08.3.3: “Kisi ta' protezzjoni u kisjiet u tiżjin għal-laħam”, in-numru tan-nota f'qiegħ il-paġna (80) għandu jiġi kkoreġut għal (89).

(22)

Fil-kategorija tal-ikel 08.3.4.2: “Prodotti kkurati niexfa tradizzjonali”, il-livell massimu tan-nitriti (E 249 - 250) għandu jiddaħħal mill-ġdid għall-jamón curado, paleta curada, lomo embuchado u cecina u għal prodotti simili għalihom.

(23)

Fil-kategoriji tal-ikel 09.1.2: “Molluski u krustaċji mhux ipproċessati” u 09.2: “Ħut u prodotti tal-ħut ipproċessati inklużi molluski u krustaċji”, għandu jiġi kkjarifikat li l-unitajiet li fuqhom jiddependu l-limiti massimi tad-Diossidu tal-kubrit u s-Sulfiti (E 220 - 228) huma espressi għal kull kilogramma, u n-nota f'qiegħ il-paġna relatata mal-4-Eżilreżorċinol (E 586) għandha tiġi kkjarifikata u kkoreġuta.

(24)

Fil-kategorija tal-ikel 09.2: “Ħut u prodotti tal-ħut ipproċessati inklużi molluski u krustaċji”, l-użu tad-Diossidu tat-titanju (E 171) u tal-Ossidi u l-idrossidi tal-ħadid (E 172) għandu jkun limitat għall-ħut affumikat.

(25)

Fil-kategorija tal-ikel 09.2: “Ħut u prodotti tal-ħut ipproċessati inklużi molluski u krustaċji”, għandu jiġi kkjarifikat li l-livell massimu tal-Aċidu sorbiku — sorbati; u tal-Aċidu benżojku — benżoati (E 200 - 213), japplika għall-addittivi waħedhom jew imħallta flimkien u għas-somma, u li l-livell huwa espress bħala aċidu liberu.

(26)

Fil-kategorija 10.2: “Bajd u prodotti tal-bajd ipproċessati”, il-livell massimu taċ-Ċitrat tat-trietil (E 1505) għandu japplika biss għall-abjad tal-bajd imnixxef.

(27)

Fil-kategoriji tal-ikel 14.2.7.1: “Inbid Aromatizzat” u 14.2.7.2: “Xarbiet abbażi ta' nbid aromatizzat”, l-użu ta' kuluri li jagħmlu parti mill-Gruppi II u III għandhom jiġu kkoreġuti skont l-użi tal-kuluri permessi fid-Direttiva 94/36/KE.

(28)

Fil-kategorija tal-ikel 17.1: “Supplimenti tal-ikel ipprovduti f'forma solida inklużi kapsuli u pilloli u forom simili, minbarra f'forom li jistgħu jintmagħdu”, in-numru tan-nota f'qiegħ il-paġna (79) għandu jinbidel u jiddaħħal fl-entrata għall-addittiv tal-ikel Dimetilpolisilossan (E 900).

(29)

Fil-Parti 4 tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008, intitolata “Addittivi tal-ikel inklużi l-carriers fl-aromatizzanti tal-ikel”, il-limiti massimi tal-gomma Għarbija modifikata b'aċidu Ottenilsuċċiniku (E 423) għandhom japplikaw għall-ikel finali. Fil-Parti 6, intitolata “Definizzjonijiet tal-gruppi tal-addittivi tal-ikel għall-finijiet tal-Partijiet 1 sa 5”, fit-Tabella 7, intitolata “Aċidu alġiniku — alġinati”, għandu jiġi inkluż l-Alġinat tal-kalċju (E 404).

(30)

Skont l-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008, il-Kummissjoni għandha titlob l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) sabiex taġġorna l-lista tal-Unjoni tal-addittivi tal-ikel stipulata fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008, għajr meta l-aġġornament inkwistjoni ma jkunx mistenni jħalli effett fuq is-saħħa tal-bniedem. Minħabba li l-lista tal-Unjoni qed tiġi emendata sabiex tinkludi l-użi ta' addittivi li huma diġà permessi skont id-Direttiva 94/35/KE, id-Direttiva 94/36/KE u d-Direttiva 95/2/KE, din l-emenda tikkostitwixxi aġġornament ta' din il-lista li x'aktarx mhux se jħalli effett fuq is-saħħa tal-bniedem. Għaldaqstant, m'hemmx bżonn tintalab l-opinjoni tal-Awtorità.

(31)

Għalhekk, l-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 għandhom jiġu emendati u kkoreġuti skont dan.

(32)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 huwa emendat skont l-Anness I ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 huwa emendat skont l-Anness II ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta' April 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 354, 31.12.2008, p. 16.

(2)  Ir-Regolament (KE) Nru 1331/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 li jistabbilixxi proċedura ta' awtorizzazzjoni komuni għall-addittivi tal-ikel, l-enżimi tal-ikel u l-aromatizzanti tal-ikel (ĠU L 354, 31.12.2008, p. 1).

(3)  Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 94/35/KE tat-30 ta' Ġunju 1994 dwar is-sustanzi li jagħtu ħlewwa għall-użu f'oġġetti tal-ikel (ĠU L 237, 10.9.1994, p. 3).

(4)  Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 94/36/KE tat-30 ta' Ġunju 1994 dwar il-kuluri għall-użu fl-ikel (ĠU L 237, 10.9.1994, p. 13).

(5)  Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 95/2/KE tal-20 ta' Frar 1995 dwar l-addittivi tal-ikel għajr kuluri u sostanzi li jagħtu ħlewwa (ĠU L 61, 18.3.1995, p. 1).

(6)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 231/2012 tad-9 ta' Marzu 2012 li jistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet għall-addittivi tal-ikel elenkati fl-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 83, 22.3.2012, p. 1).

(7)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 380/2012 tat-3 ta' Mejju 2012 li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kondizzjonijiet ta' użu u l-livell ta' użu għall-addittivi tal-ikel li fihom l-aluminju (ĠU L 119, 4.5.2012, p. 14).


ANNESS I

L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 huwa emendat kif ġej:

I.

Il-Parti A hija emendata kif ġej:

(1)

Fit-Taqsima 1, l-ewwel inċiż jinbidel b'dan li ġej:

“—

l-isem tal-addittiv tal-ikel u n-numru E tiegħu; bħala alternattiva jistgħu jintużaw numri E u ismijiet aktar speċifiċi elenkati fir-Regolament (UE) Nru 231/2012 (*), għajr is-sinonimi, jekk l-addittivi tal-ikel imsemmija jkunu ġew tassew miżjuda ma' ċertu ikel.

(*)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 231/2012 tad-9 ta' Marzu 2012 li jistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet għall-addittivi tal-ikel elenkati fl-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 83, 22.3.2012, p. 1).”"

(2)

Fit-Taqsima 2, il-punt 1 jinbidel b'dan li ġej:

“1.

Is-sustanzi elenkati fil-Parti B biss, kif speċifikat fir-Regolament (UE) Nru 231/2012, jistgħu jintużaw bħala addittivi tal-ikel, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor fil-Parti E.”

(3)

Fit-Taqsima 2, il-punt 5 jinbidel b'dan li ġej:

“5.

Il-kuluri E 123, E 127, E 160b, E 161 g, E 173 u E 180 u t-taħlitiet tagħhom ma jistgħux jinbiegħu direttament lill-konsumaturi.”

II.

Fil-Grupp I tat-Taqsima 1 tal-Parti C, l-entrata għall-addittiv E 425 tinbidel b'dan li ġej:

“E 425

Konjac

(i)

Gomma tal-konjac

(ii)

Konjac glukomannan

10 g/kg, individwalment jew ikkombinat (1) (2) (3)”

III.

Il-Parti E hija emendata kif ġej:

(1)

Fil-kategorija 01.7.2 — “Ġobon misjur”, l-entrata għall-addittiv E 235 hija emendata kif ġej:

(a)

l-entrata għall-addittiv E 235 tinbidel b'dan li ġej:

 

“E 235

Natamiċina

1 mg/dm2 superfiċjali (mhux preżenti f'fond ta' 5 mm)

 

għat-trattament estern ta' ġobon iebes, semiiebes u semiartab mhux maqtugħ biss”

(b)

titħassar in-nota f'qiegħ il-paġna nru 8.

(2)

Fil-kategorija 01.7.3 — “Qoxra tal-ġobon li tittiekel”, in-nota f'qiegħ il-paġna nru 67 tinbidel b'dan li ġej:

“(67)

:

Limitu massimu tal-aluminju li ġej mill-koloranti tal-aluminju ta' E 120 koċineal, aċidu karminiku, karminji u E 180 litolrubina BK ta' 10 mg/kg. Ma jistgħux jintużaw koloranti tal-aluminju oħra. Għall-finijiet tal-Artikolu 22(1)(g) ta' dan ir-Regolament, dan il-limitu għandu japplika mill-1 ta' Frar 2013.”

(3)

Fil-kategorija 01.7.5 — “Ġobon ipproċessat”, in-nota f'qiegħ il-paġna nru 66 tinbidel b'dan li ġej:

“(66)

:

Limitu massimu tal-aluminju li ġej mill-koloranti tal-aluminju ta' E 120 koċineal, aċidu karminiku, karminji ta' 1,5 mg/kg. Ma jistgħux jintużaw koloranti tal-aluminju oħra. Għall-finijiet tal-Artikolu 22(1)(g) ta' dan ir-Regolament, dan il-limitu għandu japplika mill-1 ta' Frar 2013.”

(4)

Fil-kategorija 01.7.6 — “Prodotti tal-ġobon (minbarra prodotti fil-kategorija 16)”, l-entrata għall-addittiv E 235 tinbidel b'dan li ġej:

 

“E 235

Natamiċina

1 mg/dm2 superfiċjali (mhux preżenti f'fond ta' 5 mm)

 

għat-trattament estern ta' prodotti ta' ġobon mhux maqtugħ, iebes, semiiebes u semiartab mhux maqtugħ biss”

(5)

Il-kategorija 02.1 — “Xaħmijiet u żjut essenzjalment liberi mill-ilma (minbarra xaħam tal-ħalib anidru)” hija emendata kif ġej:

(a)

l-entrata għall-addittiv E 270 tinbidel b'dan li ġej:

 

“E 270

Aċidu lattiku

quantum satis

 

għal skopijiet ta' tisjir u/jew ta' qali biss jew għall-preparazzjoni ta' grejvi, ħlief għaż-żjut verġni u għaż-żjut taż-żebbuġa”

(b)

l-entrata għall-addittiv E 300 tinbidel b'dan li ġej:

 

“E 300

Aċidu askorbiku

quantum satis

 

għal skopijiet ta' tisjir u/jew ta' qali biss jew għall-preparazzjoni ta' grejvi, ħlief għaż-żjut verġni u għaż-żjut taż-żebbuġa”

(c)

l-entrata għall-addittiv E 472c tinbidel b'dan li ġej:

 

“E 472c

Esteri tal-aċidu ċitriku ta' monogliċeridi u digliċeridi ta' aċidi xaħmin

quantum satis

 

għal skopijiet ta' tisjir u/jew ta' qali biss jew għall-preparazzjoni ta' grejvi, ħlief għaż-żjut verġni u għaż-żjut taż-żebbuġa”

(6)

Fil-kategorija 04.2.3 — “Frott u ħxejjex fil-laned u fil-fliexken”, l-ewwel entrata għall-addittivi E 220 — 228 tinbidel b'dan li ġej:

 

“E 220 - 228

Diossidu tal-kubrit — sulfiti

50

(3)

ħxejjex bojod biss, inklużi l-legumi u l-faqqiegħ ipproċessat”

(7)

Fil-kategorija 04.2.5.2 — “Ġamm, ġelatini u marmellati u puree tal-qastan bil-ħlewwa kif definiti fid-Direttiva 2001/113/KE”, in-nota f'qiegħ il-paġna nru 66 tinbidel b'dan li ġej:

“(66)

:

Limitu massimu tal-aluminju li ġej mill-koloranti tal-aluminju ta' E 120 koċineal, aċidu karminiku, karminji ta' 1,5 mg/kg. Ma jistgħux jintużaw koloranti tal-aluminju oħra. Għall-finijiet tal-Artikolu 22(1)(g) tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 dan il-limitu għandu japplika mill-1 ta' Frar 2013.”

(8)

Fil-kategorija 05.2 — “Ħlewwiet oħra inkluż ħelu żgħir li jiffriska n-nifs”, il-ħames entrata għall-addittiv E 961 tinbidel b'dan li ġej:

 

“E 961

Neotam

3

 

ħlewwiet abbażi tal-lamtu biss b'enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud, bħala addittiv biex itejjeb it-togħma”

(9)

Il-kategorija 05.4 — “Tiżjin, kisi u mili, ħlief mili abbażi tal-frott kopert mill-kategorija 4.2.4” hija emendata kif ġej:

(a)

it-tieni entrata għall-addittiv E 961 tinbidel b'dan li ġej:

 

“E 961

Neotam

3

 

ħlewwiet abbażi tal-lamtu biss b'enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud, bħala addittiv biex itejjeb it-togħma”

(b)

tiddaħħal l-entrata l-ġdida E 952 li ġejja wara l-entrata għall-addittiv E 951:

 

“E 952

Aċidu ċiklamiku u l-imluħa Na u Ca tiegħu

250

(51)

bottijiet tal-isprej tal-krema bit-togħma biss b'enerġija mnaqqsa jew mingħajr zokkor miżjud”

(10)

Il-kategorija 06.4.4 — “Njokki tal-patata” hija emendata kif ġej:

(a)

l-entrata għall-Grupp I tinbidel b'dan li ġej:

 

“Grupp I

Addittivi

 

 

ħlief għan-njokki tal-patata friski u mpoġġijin fil-friġġ”

(b)

jiddaħħlu l-entrati l-ġodda li ġejjin wara l-entrata għall-addittivi E 200-203:

 

“E 270

Aċidu lattiku

quantum satis

 

njokki tal-patata friski u mpoġġijin fil-friġġ biss

 

E 304

Esteri tal-aċidi xaħmin tal-aċidu askorbiku

quantum satis

 

njokki tal-patata friski u mkessħin biss

 

E 330

Aċidu ċitriku

quantum satis

 

njokki tal-patata friski u mkessħin biss

 

E 334

Aċidu tartariku (L(+)–)

quantum satis

 

njokki tal-patata friski u mkessħin biss

 

E 471

Monogliċeridi u digliċeridi ta' aċidi xaħmin

quantum satis

 

njokki tal-patata friski u mkessħin biss”

(11)

Il-kategorija 07.2 — “Prodotti fini tal-forn” hija emendata kif ġej:

(a)

l-entrata għall-addittiv E 220 — 228 tinbidel b'dan li ġej:

 

“E 220 - 228

Diossidu tal-kubrit — sulfiti

50

(3)

gallettini xotti biss”

(b)

tiddaħħal in-nota f'qiegħ il-paġna nru 3 li ġejja wara n-nota f'qiegħ il-paġna nru 2:

“(3)

:

Il-livelli massimi huma espressi bħala SO2 u huma għall-kwantità totali disponibbli mis-sorsi kollha; mhux se jitqies li jkun hemm SO2 jekk il-kontenut tiegħu jkun ta' inqas minn 10 mg/kg jew minn 10 mg/l.”

(12)

Il-kategorija 08.2 — “Preparati tal-laħam kif iddefiniti fir-Regolament (KE) Nru 853/2004” hija emendata kif ġej:

(a)

l-entrati għall-addittivi E 249 — 250 u E 261 jinbidlu b'dan li ġej:

 

“E 249 - 250

Nitriti

150

(7)

lomo de cerdo adobado, pincho moruno, careta de cerdo adobada, costilla de cerdo adobada, Kasseler, Bräte, Surfleisch, toorvorst, šašlõkk, ahjupraad, kiełbasa surowa biała, kiełbasa surowa metka, u tatar wołowy (danie tatarskie) biss

 

E 261

Aċetati tal-potassju

quantum satis

 

preparati tal-laħam ikkapuljat frisk ippakkjat minn qabel u preparati tal-laħam li fihom jiżdiedu ingredjenti oħra minbarra l-addittivi jew il-melħ biss”

(b)

In-nota f'qiegħ il-paġna nru 7 tinbidel b'dan li ġej:

“(7)

:

Ammont massimu li jista' jiżdied waqt il-manifattura, espress bħala NaNO2 jew NaNO3

(c)

titħassar in-nota f'qiegħ il-paġna nru 7

(d)

In-nota f'qiegħ il-paġna nru 66 tinbidel b'dan li ġej:

“(66)

:

Limitu massimu tal-aluminju li ġej mill-koloranti tal-aluminju ta' E 120 koċineal, aċidu karminiku, karminji ta' 1,5 mg/kg. Ma jistgħux jintużaw koloranti tal-aluminju oħra. Għall-finijiet tal-Artikolu 22(1)(g) ta' dan ir-Regolament, dan il-limitu għandu japplika mill-1 ta' Frar 2013.”

(13)

Il-kategorija 08.3.1 — “Prodotti tal-laħam mingħajr trattament ta' sħana” hija emendata kif ġej:

(a)

jitħassru l-entrati li ġejjin għall-addittivi E 315 u E 316:

 

“E 315

Aċidu eritorbiku

500

 

prodotti tal-laħam ikkurati u prodotti tal-laħam ippreservati

 

E 316

Eritorbat tas-sodju

500

 

prodotti tal-laħam ikkurati u prodotti tal-laħam ippreservati”

(b)

In-nota f'qiegħ il-paġna nru 7 tinbidel b'dan li ġej:

“(7)

:

Ammont massimu li jista' jiżdied waqt il-manifattura, espress bħala NaNO2 jew NaNO3

(c)

In-nota f'qiegħ il-paġna nru 66 tinbidel b'dan li ġej:

“(66)

:

Limitu massimu tal-aluminju li ġej mill-koloranti tal-aluminju ta' E 120 koċineal, aċidu karminiku, karminji ta' 1,5 mg/kg. Ma jistgħux jintużaw koloranti tal-aluminju oħra. Għall-finijiet tal-Artikolu 22(1)(g) ta' dan ir-Regolament, dan il-limitu għandu japplika mill-1 ta' Frar 2013.”

(14)

Il-kategorija 08.3.2 — “Prodotti tal-laħam trattati bis-sħana” hija emendata kif ġej:

(a)

tiddaħħal l-entrata l-ġdida E 310 — 320 li ġejja wara l-entrata għall-addittiv E 316:

 

“E 310 - 320

Gallati, TBHQ u BHA

200

(1) (13)

laħam deidratat biss”

(b)

In-nota f'qiegħ il-paġna nru 7 tinbidel b'dan li ġej:

“(7)

:

Ammont massimu li jista' jiżdied waqt il-manifattura, espress bħala NaNO2 jew NaNO3

(c)

tiddaħħal in-nota f'qiegħ il-paġna nru 13 li ġejja wara n-nota f'qiegħ il-paġna nru 9:

“(13)

:

Il-limitu massimu espress bħala xaħam”

(d)

In-nota f'qiegħ il-paġna nru 66 tinbidel b'dan li ġej:

“(66)

:

Limitu massimu tal-aluminju li ġej mill-koloranti tal-aluminju ta' E 120 koċineal, aċidu karminiku, karminji ta' 1,5 mg/kg. Ma jistgħux jintużaw koloranti tal-aluminju oħra. Għall-finijiet tal-Artikolu 22(1)(g) ta' dan ir-Regolament, dan il-limitu għandu japplika mill-1 ta' Frar 2013.”

(15)

Il-kategorija 08.3.3 — “Kisi ta' protezzjoni u kisjiet u tiżjin għal-laħam”, hija emendata kif ġej:

(a)

l-entrata għall-addittiv E 339 tinbidel b'dan li ġej:

 

“E 339

Fosfati tas-sodju

12 600

(4) (89)

fil-kisi naturali għaz-zlazet biss”

(b)

in-nota f'qiegħ il-paġna nru 78 tinbidel b'dan li ġej:

“(78)

:

Limitu massimu tal-aluminju li ġej mill-koloranti tal-aluminju ta' E 120 koċineal, aċidu karminiku, karminji ta' 10 mg/kg. Ma jistgħux jintużaw koloranti tal-aluminju oħra. Għall-finijiet tal-Artikolu 22(1)(g) ta' dan ir-Regolament, dan il-limitu għandu japplika mill-1 ta' Frar 2013.”

(c)

In-nota f'qiegħ il-paġna nru 80 tinbidel b'dan li ġej:

“(89)

:

It-trasferiment fil-prodott finali ma għandux jaqbeż il-250 mg/kg”

(16)

Il-kategorija 08.3.4.1 — “Prodotti tradizzjonali kkurati bl-immersjoni (Prodotti tal-laħam ikkurati bl-immersjoni f'soluzzjoni li tikkura li tinkludi nitriti u/jew nitrati, melħ u komponenti oħra)” hija emendata kif ġej:

(a)

in-nota f'qiegħ il-paġna nru 7 tinbidel b'dan li ġej:

“(7)

:

Ammont massimu miżjud, espress bħala NaNO2 jew NaNO3

(b)

in-nota f'qiegħ il-paġna nru 39 tinbidel b'dan li ġej:

“(39)

:

Ammont massimu ta' residwu, il-livell ta' residwu fi tmiem il-proċess ta' produzzjoni, espress bħala NaNO2 jew NaNO3

(17)

Il-kategorija 08.3.4.2 — “Prodotti kkurati niexfa tradizzjonali. (Il-proċess tal-ikkurar jinvolvi l-applikazzjoni niexfa ta' taħlita għall-ikkurar li jkun fiha nitriti u/jew nitrati, melħ u komponenti oħra mal-wiċċ tal-laħam u wara jkun hemm perjodu ta' stabilizzazzjoni/maturazzjoni)”, hija emendata kif ġej:

(a)

it-tielet entrata għall-addittiv E 249 — 250 tinbidel b'dan li ġej:

 

“E 249 - 250

Nitriti

100

(39)

presunto, presunto da pa u paio do lombo u prodotti simili biss: Kura bil-melħ u bit-tnixxif għal bejn 10 ijiem u 15-il jum segwita minn perjodu ta' stabbilizzazzjoni ta' bejn 30 u 45 ġurnata u perjodu ta' maturazzjoni ta' mill-inqas xahrejn; jamón curado, paleta curada, lomo embuchado u cecina u prodotti simili: Kura bil-melħ u bit-tnixxif b'perjodu ta' stabbilizzazzjoni ta' mill-inqas 10 ijiem u perjodu ta' maturazzjoni ta' aktar minn 45 ġurnata.”

(b)

in-nota f'qiegħ il-paġna nru 39 tinbidel b'dan li ġej:

“(39)

:

Ammont massimu ta' residwu, il-livell ta' residwu fi tmiem il-proċess ta' produzzjoni, espress bħala NaNO2 jew NaNO3

(18)

Il-kategorija 08.3.4.3 — “Prodotti kkurati b'mod tradizzjonali. (Proċessi ta' immersjoni u ta' kkurar niexef użati flimkien jew meta nitrit u/jew nitrat jiġi inkluż fi prodott kompost jew meta s-soluzzjoni għall-ikkurar tiġi injettata fil-prodott qabel ma jissajjar)”, hija emendata kif ġej:

(a)

in-nota f'qiegħ il-paġna nru 7 tinbidel b'dan li ġej:

“(7)

:

Ammont massimu miżjud, espress bħala NaNO2 jew NaNO3

(b)

in-nota f'qiegħ il-paġna nru 39 tinbidel b'dan li ġej:

“(39)

:

Ammont massimu ta' residwu, il-livell ta' residwu fi tmiem il-proċess ta' produzzjoni, espress bħala NaNO2 jew NaNO3

(19)

Il-kategorija 09.1.2: “Molluski u krustaċji mhux ipproċessati”, hija emendata kif ġej:

(a)

l-entrati għall-addittivi E 220 — 228 u E 586 jinbidlu b'dan li ġej:

 

“E 220 - 228

Diossidu tal-kubrit — sulfiti

150

(3) (10)

krustaċji u ċefalopodi friski, iffriżati u ffriżati f'temperatura baxxa ħafna biss; krustaċji tal-familji Penaeidae, Solenoceridae u Aristaeidae, sa 80 unità għal kull kg

 

E 220 - 228

Diossidu tal-kubrit — sulfiti

200

(3) (10)

krustaċji tal-familji Penaeidae, Solenoceridae u Aristaeidae biss, bejn 80 u 120 unità għal kull kg

 

E 220 - 228

Diossidu tal-kubrit — sulfiti

300

(3) (10)

krustaċji tal-familji Penaeidae, Solenoceridae u Aristaeidae biss, aktar minn 120 unità għal kull kg

 

E 586

4-Eżilreżorċinol

2

(90)

krustaċji friski, iffriżati jew iffriżati f'temperatura baxxa ħafna biss”

(b)

in-nota f'qiegħ il-paġna nru 42 tinbidel b'dan li ġej:

“(90)

:

Bħala residwu fil-laħam”

(20)

Il-kategorija 09.2: “Ħut u prodotti tal-ħut ipproċessati inklużi molluski u krustaċji” hija emendata kif ġej:

(a)

it-tielet entrata għall-addittiv E 171 tinbidel b'dan li ġej:

 

“E 171

Diossidu tat-titanju

quantum satis

 

ħut iffumigat biss”

(b)

it-tieni entrata għall-addittiv E 172 tinbidel b'dan li ġej:

 

“E 172

Ossidi u idrossidi tal-ħadid

quantum satis

 

ħut iffumigat biss”

(c)

it-tielet entrata għall-addittiv E 200 — 213 tinbidel b'dan li ġej:

 

“E 200 - 213

Aċidu sorbiku — sorbati; Aċidu benżojku — benżoati

6 000

(1) (2)

Crangon crangon u Crangon vulgaris imsajrin biss”

(d)

it-tieni entrata għall-addittiv E 220 — 228 tinbidel b'dan li ġej:

 

“E 220 - 228

Diossidu tal-kubrit — sulfiti

135

(3) (10)

krustaċji msajrin tal-familji Penaeidae, Solenoceridae u Aristaeidae biss, sa 80 unità għal kull kg”

(e)

it-tielet entrata għall-addittiv E 220 — 228 tinbidel b'dan li ġej:

 

“E 220 - 228

Diossidu tal-kubrit — sulfiti

180

(3) (10)

krustaċji msajrin tal-familji Penaeidae, Solenoceridae u Aristaeidae biss, bejn 80 u 120 unità għal kull kg”

(f)

il-ħames entrata għall-addittiv E 220 — 228 tinbidel b'dan li ġej:

 

“E 220 - 228

Diossidu tal-kubrit — sulfiti

270

(3) (10)

krustaċji msajrin tal-familji Penaeidae, Solenoceridae u Aristaeidae biss, aktar minn 120 unità għal kull kg”

(21)

Fil-kategorija 09.3 — “Bajd tal-ħut”, in-nota f'qiegħ il-paġna nru 68 tinbidel b'dan li ġej:

“(68)

:

Limitu massimu tal-aluminju li ġej mill-koloranti tal-aluminju ta' E 123 għobbejra ta' 10 mg/kg. Ma jistgħux jintużaw koloranti tal-aluminju oħra. Għall-finijiet tal-Artikolu 22(1)(g) ta' dan ir-Regolament, dan il-limitu għandu japplika mill-1 ta' Frar 2013.”

(22)

Il-kategorija tal-ikel 10.2 — “Bajd u prodotti tal-bajd ipproċessati” hija emendata kif ġej:

(a)

titħassar l-ewwel entrata għall-addittiv E 1505;

(b)

it-tieni entrata għall-addittiv E 1505 tinbidel b'dan li ġej:

 

“E 1505

Ċitrat tat-trietil

quantum satis

 

abjad tal-bajd imnixxef biss”

(23)

Il-kategorija tal-ikel 14.2.7.1 — “Inbid Aromatizzat” hija emendata kif ġej:

(a)

jitħassru l-entrati li ġejjin dwar il-Grupp II, il-Grupp III u l-addittivi tal-ikel E 104, E 110, E 124 u E 160d:

 

“Grupp II

Kuluri fi quantum satis

 

 

Ħlief americano, bitter vino

 

Grupp III

Kuluri b'limitu massimu kkombinat

200

 

Ħlief americano, bitter vino

 

E 104

Isfar Kinolina

50

(61)

Ħlief americano, bitter vino

 

E 110

Isfar Inżul ix-Xemx FCF/Isfar fl-Oranġjo S

50

(61)

Ħlief americano, bitter vino

 

E 124

Ponceau 4R, Koċineal Aħmar A

50

(61)

Ħlief americano, bitter vino

 

E 160d

Likopene

10

 

 

(b)

tiddaħħal l-entrata li ġejja għall-addittiv E 163 wara l-entrata għall-addittiv E 160d:

 

“E 163

Antoċjani

quantum satis

 

americano biss”

(24)

Il-kategorija tal-ikel 14.2.7.2 — “Xarbiet abbażi ta' inbid aromatizzat” hija emendata kif ġej:

(a)

jitħassru l-entrati għall-Gruppi II u III u għall-addittiv E 160d;

(b)

l-entrati għall-addittiv E 104 jinbidlu b'dan li ġej:

 

“E 104

Isfar Kinolina

50

(61)

bitter soda biss”

(c)

l-entrati għall-addittiv E 110 jinbidlu b'dan li ġej:

 

“E 110

Isfar Inżul ix-Xemx FCF/Isfar fl-Oranġjo S

50

(61)

bitter soda biss”

(d)

l-entrati għall-addittiv E 124 jinbidlu b'dan li ġej:

 

“E 124

Ponceau 4R, Koċineal Aħmar A

50

(61)

bitter soda biss”

(e)

l-entrata għall-addittiv E 150a-d tinbidel b'dan li ġej:

 

“E 150a-d

Karamelli

quantum satis

 

ħlief sangria, claria, zurra

(25)

Il-kategorija 17.1 — “Supplimenti tal-ikel ipprovduti f'forma solida inklużi kapsuli u pilloli u forom simili, minbarra f'forom li jistgħu jintmagħdu”, hija emendata kif ġej:

(a)

l-entrata għall-addittiv E 900 tinbidel b'dan li ġej:

 

“E 900

Dimetilpolisilossan

10

(91)

supplimenti tal-ikel f'forma ta' pillola li tfexfex biss”

(b)

in-nota f'qiegħ il-paġna nru 79 tinbidel b'dan li ġej:

“(91)

:

Il-livell massimu japplika għas-suppliment tal-ikel maħlul lest għall-konsum meta mħallat ma' 200 ml ta' ilma”



ANNESS II

L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 huwa emendat kif ġej:

(1)

Fil-Parti 4 “Addittivi tal-ikel inklużi l-carriers fl-aromatizzanti tal-ikel”, l-entrata għall-addittiv E 423 “gomma Għarbija modifikata b'aċidu Ottenilsuċċiniku” tinbidel b'dan li ġej:

“E 423

gomma Għarbija modifikata b'aċidu Ottenilsuċċiniku

Emulsjonijiet ta' żejt aromatiku użati fil-kategoriji 03: Silġ li jittiekel; 07.2: Prodotti fini tal-forn; 08.3: Laħam ipproċessat, tjur ipproċessat biss; 09.2: Ħut u prodotti tal-ħut ipproċessati inklużi molluski u krustaċji u fil-kategorija 16: Deżerti minbarra prodotti koperti fil-kategoriji 1, 3 u 4.

500 mg/kg fl-ikel finali

Emulsjonijiet ta' żejt aromatiku użati fil-kategorija 14.1.4: Xarbiet bit-togħma, f'xarbiet bit-togħma li ma fihomx meraq tal-frott u f'xarbiet karbonizzati bit-togħma li fihom il-meraq tal-frott biss, u fil-kategorija 14.2: Xarbiet alkoħoliċi, inklużi prodotti simili mingħajr alkoħol u b'livell ta' alkoħol baxx

220 mg/kg fl-ikel finali

Emulsjonijiet ta' żejt aromatiku użati fil-kategoriji 05.1: Prodotti tal-kawkaw u taċ-ċikkulata kif koperti mid-Direttiva 2000/36/KE, 05.2: Ħlewwiet oħra inkluż ħelu żgħir li jiffriska n-nifs, 05.4: Tiżjin, kisi u mili, ħlief mili abbażi tal-frott kopert mill-kategorija 4.2.4 u fil-kategorija 06.3: Ċereali tal-kolazzjon.

300 mg/kg fl-ikel finali

Emulsjonijiet ta' żejt aromatiku użati fil-kategorija 01.7.5: Ġobon ipproċessat.

120 mg/kg fl-ikel finali

Emulsjonijiet ta' żejt aromatiku użati fil-kategorija 05.3: Ċuwingamm.

60 mg/kg fl-ikel finali

Emulsjonijiet ta' żejt aromatiku użati fil-kategoriji 01.8: Analogi ta' prodotti tal-ħalib, inkluż whiteners tax-xorb; 04.2.5: Ġamm, ġelatini u marmellati u prodotti simili; 04.2.5.4: Butir tal-ġewż u pejsts tal-ġewż; 08.3: Prodotti tal-laħam; 12.5: Sopop u brodijiet, 14.1.5.2: Oħrajn, kafè li jinħall u te, u f'ikliet lesti biex jittieklu bbażati fuq iċ-ċereali biss.

240 mg/kg fl-ikel finali

Emulsjonijiet ta' żejt aromatiku użati fil-kategorija 10.2: Bajd u prodotti tal-bajd ipproċessati.

140 mg/kg fl-ikel finali

Emulsjonijiet ta' żejt aromatiku użati fil-kategorija 14.1.4: Xarbiet bit-togħma, ix-xarbiet bit-togħma mhux karbonizzati li fihom il-meraq tal-frott biss; fil-kategorija 14.1.2: Meraq tal-frott kif iddefinit mid-Direttiva tal-Kunsill 2001/112/KE u meraq tal-ħaxix, il-meraq tal-ħaxix biss u fil-kategorija 12.6: Zlazi, grejvi biss u zlazi ħelwin biss.

400 mg/kg fl-ikel finali

Emulsjonijiet ta' żejt aromatiku użati fil-kategorija 15: Oġġetti mielħa u ikliet ħfief lesti biex jittieklu.

440 mg/kg fl-ikel finali”

(2)

Fit-Tabella 7 tal-Parti 6, intitolata “Aċidu alġiniku — Alġinati”, tiddaħħal l-entrata l-ġdida li ġejja għall-addittiv E 404 wara l-entrata għall-addittiv E 403:

“E 404

Alġinat tal-kalċju”


Top