EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014TA0842

Kawża T-842/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Frar 2016 – Airpressure Bodyforming vs UASI (Slim legs by airpressure bodyforming) [“Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali Slim legs by airpressure bodyforming — Reġistrazzjoni rrifjutata mill-eżaminatur — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Karattru deskrittiv — Assenza ta’ karattru distintiv — Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”]

ĠU C 106, 21.3.2016, p. 34–34 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

21.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 106/34


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Frar 2016 – Airpressure Bodyforming vs UASI (Slim legs by airpressure bodyforming)

(Kawża T-842/14) (1)

([“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali Slim legs by airpressure bodyforming - Reġistrazzjoni rrifjutata mill-eżaminatur - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Karattru deskrittiv - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])

(2016/C 106/38)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Airpressure Bodyforming GmbH (Berchtesgaden, il-Ġermanja) (rappreżentant: S. Merz, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: C. Martini u M. Fischer, aġenti)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-UASI tad-29 ta’ Ottubru 2014 (Każ R 1570/2014-5), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali Slim legs by airpressure bodyforming bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Airpressure Bodyforming GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 65, 23.2.2015.


Top