EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014TA0686

Kawża T-686/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Frar 2016 – L-Italja vs Il-Kummissjoni (“FAEGG — Taqsima ‘Garanzija’ — FAEG u FAEŻR — Infiq eskluż mill-finanzjament Komunitarju — Frott u ħaxix — Settur tal-ipproċessar tat-tadam — Għajnuna lil organizzazzjonijiet ta’ produtturi — Spejjeż magħmula mill-Italja — Proporzjonalità — Res judicata”)

ĠU C 106, 21.3.2016, p. 32–33 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

21.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 106/32


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Frar 2016 – L-Italja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-686/14) (1)

((“FAEGG - Taqsima ‘Garanzija’ - FAEG u FAEŻR - Infiq eskluż mill-finanzjament Komunitarju - Frott u ħaxix - Settur tal-ipproċessar tat-tadam - Għajnuna lil organizzazzjonijiet ta’ produtturi - Spejjeż magħmula mill-Italja - Proporzjonalità - Res judicata”))

(2016/C 106/36)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: G. Palmieri, aġent, assitit minn G. Galluzzo, avvocato dello Stato)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Bianch u K. Skelly, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni, tad-9 ta’ Lulju 2014, dwar l-esklużjoni mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ta’ ċertu nefqa mġarrba mill-Istati Membri skont it-Taqsima ta’ Garanziji tal-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG), skont il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u skont il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (ĠU L 205, p. 62), sa fejn din tal-aħħar tikkonċerna lir-Repubblika Taljana.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ir-Repubblika Taljana hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 395, 10.11.2014.


Top