EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014CA0375

Kawża C-375/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-28 ta’ Jannar 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale di Frosinone – l-Italja) – proċeduri kriminali kontra Rosanna Laezza (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Artikoli 49 TFUE u 56 TFUE — Libertà ta’ stabbiliment — Libertà li jiġu provduti servizzi — Logħob tal-ażżard — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li kienet iddikjarat inkompatibbli mad-dritt tal-Unjoni l-leġiżlazzjoni nazzjonali dwar il-liċenzji għall-attività ta’ ġbir ta’ mħatri — Riorganizzazzjoni tas-sistema permezz ta’ sejħa għal offerti ġdida — Trasferiment bla ħlas tal-użu ta’ beni materjali u immaterjali miżmuma taħt titolu ta’ proprjetà u li jikkostitwixxu n-netwerk ta’ ġestjoni u ta’ ġbir tal-imħatri — Restrizzjoni — Raġunijiet imperattivi ta’ interess ġenerali — Proporzjonalità)

ĠU C 106, 21.3.2016, p. 6–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

21.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 106/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-28 ta’ Jannar 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale di Frosinone – l-Italja) – proċeduri kriminali kontra Rosanna Laezza

(Kawża C-375/14) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikoli 49 TFUE u 56 TFUE - Libertà ta’ stabbiliment - Libertà li jiġu provduti servizzi - Logħob tal-ażżard - Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li kienet iddikjarat inkompatibbli mad-dritt tal-Unjoni l-leġiżlazzjoni nazzjonali dwar il-liċenzji għall-attività ta’ ġbir ta’ mħatri - Riorganizzazzjoni tas-sistema permezz ta’ sejħa għal offerti ġdida - Trasferiment bla ħlas tal-użu ta’ beni materjali u immaterjali miżmuma taħt titolu ta’ proprjetà u li jikkostitwixxu n-netwerk ta’ ġestjoni u ta’ ġbir tal-imħatri - Restrizzjoni - Raġunijiet imperattivi ta’ interess ġenerali - Proporzjonalità))

(2016/C 106/06)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale di Frosinone

Parti fil-proċeduri kriminali prinċipali

Rosanna Laezza

Dispożittiv

L-Artikoli 49 TFUE u 56 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu dispożizzjoni nazzjonali restrittiva, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li timponi fuq konċessjonarju li jittrasferixxi bla ħlas, fit-tmiem tal-attività minħabba l-iskadenza tal-perijodu tal-liċenzja, l-użu tal-beni materjali u immaterjali miżmuma taħt titolu ta’ proprjetà u li jikkostitwixxu n-netwerk ta' ġestjoni u ta' ġbir tal-logħob, sa fejn din ir-restrizzjoni tmur lil hinn minn dak li huwa neċessarju għat-twettiq tal-għan effettivament imfittex minn din id-dispożizzjoni, ħaġa li hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika


(1)  ĠU C 372, 20.10.2014.


Top