EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010TN0209

Kawża T-209/10: Rikors ippreżentat fil- 5 ta’ Mejju 2010 — Deutscher Ring vs UASI (Deutscher Ring Sachversicherungs-AG)

ĠU C 179, 3.7.2010, p. 54–54 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

3.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 179/54


Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Mejju 2010 — Deutscher Ring vs UASI (Deutscher Ring Sachversicherungs-AG)

(Kawża T-209/10)

(2010/C 179/92)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Deutscher Ring Sachversicherungs-AG (Hamburg, il-Ġermanja) (rappreżentant: A. Busse, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trademarks u Disinni) tal-11 ta’ Marzu 2010 fil-Każ R-1290/2009-1 u tirreġistra t-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja li għaliha saret l-applikazzjoni: it-trade mark verbali “Deutscher Ring Sachversicherungs-AG” għal servizzi fil-klassi 36.

Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni miċħuda.

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud.

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (1) sa fejn it-trade mark Komunitarja li għaliha saret l-applikazzjoni għandha karattru distintiv u mhijiex sempliċement deskrittiva.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1)


Top