EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62010TN0174
Case T-174/10: Action brought on 12 April 2010 — ARA v OHIM — Allrounder (Representation of the letter ‘A’ with two horns)
Kawża T-174/10: Rikors ippreżentat fit- 12 ta’ April 2010 — ARA vs UASI — Allrounder (Rappreżentazzjoni tal-ittra “A” b’żewġt iqrun)
Kawża T-174/10: Rikors ippreżentat fit- 12 ta’ April 2010 — ARA vs UASI — Allrounder (Rappreżentazzjoni tal-ittra “A” b’żewġt iqrun)
ĠU C 179, 3.7.2010, p. 41–42
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
3.7.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 179/41 |
Rikors ippreżentat fit-12 ta’ April 2010 — ARA vs UASI — Allrounder (Rappreżentazzjoni tal-ittra “A” b’żewġt iqrun)
(Kawża T-174/10)
(2010/C 179/73)
Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: ara AG (Langenfeld, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Gail, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Allrounder SARL (Sarrebourg, Franza)
Talbiet tar-rikorrenti
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tas-26 ta’ Jannar 2010 fil-Każ R 481/2009-1; |
— |
tikkundanna lill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għat-trade mark Komunitarja: Allrounder SARL
Trade mark Komunitarja kkonċernata: trade mark figurattiva, li tirrappreżenta l-ittra “A” b’żewġt iqrun, għal prodotti fil-klassijiet 18 u 25
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti
Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: b’mod partikolari trade mark verbali “A” għal prodotti fil-klassijiet 18 u 25
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (1) sa fejn teżisti probabbiltà ta’ konfużjoni bejn it-trade marks kontenzjużi.
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1).