EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62005TA0019

Kawża T-19/05: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad- 19 ta’ Mejju 2010 — Boliden et vs Il-Kummissjoni ( “Kompetizzjoni — Akkordji — Settur tal-pajpijiet tar-ram għall-plumbing — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE — Ksur kontinwu u f’diversi forom — Multi — Preskrizzjoni — Kooperazzjoni” )

ĠU C 179, 3.7.2010, p. 30–30 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

3.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 179/30


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Mejju 2010 — Boliden et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-19/05) (1)

(“Kompetizzjoni - Akkordji - Settur tal-pajpijiet tar-ram għall-plumbing - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE - Ksur kontinwu u f’diversi forom - Multi - Preskrizzjoni - Kooperazzjoni”)

(2010/C 179/49)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Boliden AB (Stockholm, l-Isvezja); Outokumpu Copper Fabrication AB, preċedentement Boliden Fabrication AB (Västerås, l-Isvezja); u Outokumpu Copper BCZ SA, preċedentement Boliden Cuivre & Zinc SA (Liège, il-Belġju) (rappreżentanti: inizjalment C. Wetter u O. Rislund, sussegwentment C. Wetter u M. Johansson, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: É. Gippini Fournier u S. Noë, aġenti)

Suġġett

Fl-ewwel lok, talba għall-annullament tal-Artikolu 1(a) sa (c) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2004) 2826, tat-3 ta’ Settembre 2004, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/E-1/38.069 — Pajpijiet tar-ram għall-plumbing), inkwantu tikkonstata illi r-rikorrenti pparteċipaw fi ksur bejn l-1 ta’ Lulju 1995 u s-27 ta’ Awwissu 1998, kif ukoll bejn l-10 ta’ Diċembru 1998 u s-7 ta’ Ottubru 1999, fit-tieni lok, talba għal tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta b’din id-deċiżjoni fuq ir-rikorrenti, u fit-tielet lok kontrotalba tal-Kummissjoni għal żieda tal-imsemmi ammont.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Il-kontrotalba magħmula mill-Kummissjoni hija miċħuda.

(3)

Boliden AB, Outokumpu Copper Fabrication AB u Outokumpu Copper BCZ SA għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom u 90 % tal-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni.

(4)

Il-Kummissjoni għandha tbati 10 % tal-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 82, 02.04.2005.


Top