EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010CN0204

Kawża C-204/10: Appell ippreżentat fit- 28 ta’ April 2010 minn Enercon GmbH mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (is-Sitt Awla) tat- 3 ta’ Frar 2010 , fil-Kawża T-472/07 — Enercon vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

ĠU C 179, 3.7.2010, p. 21–22 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

3.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 179/21


Appell ippreżentat fit-28 ta’ April 2010 minn Enercon GmbH mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (is-Sitt Awla) tat-3 ta’ Frar 2010, fil-Kawża T-472/07 — Enercon vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

(Kawża C-204/10)

(2010/C 179/36)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Enercon GmbH (rappreżentanti: J. Mellor, Barrister, R. Böhm, avukat)

Appellat: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tal-appellanti

tilqa l-appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali u tannulla l-imsemmija s-sentenza, tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell u, jekk ikun il-każ, tannulla d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni;

(jekk ikun il-każ) tirrinvija l-kawża quddiem l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern għal kunsiderazzjoni mill-ġdid tal-kwistjonijiet dwar din l-oppożizzjoni;

tikkundanna lill-intervenjenti u l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern għall-ispejjeż

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appellanti ssostni li l-Qorti Ġenerali naqset milli tirrikonoxxi l-iżbalji fid-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell, li kienet ibbażata fuq id-deċiżjoni illeġittima tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni. Hemm, b’mod partikolari, nuqqas assolut ta’ rikonoxximent li (a) is-sentenza Medion (1) kienet tikkonċerna sitwazzjoni eċċezzjonali fejn ir-regola abitwali li tgħid li l-konsumatur medju normalment jipperċepixxi trade mark bħala impressjoni ġenerali ġiet injorata, iżda li (b) f’din il-kawża ma hemm ebda ċirkustanzi suffiċjenti li tista’ tiġġustifika tali approċċ eċċezzjonali. F’din il-kawża l-ebda element tat-trade mark preċedenti ma kellu “pożizzjoni distintiva awtonoma”.

Barra minn hekk, l-appellanti ssostni li, minħabba l-applikazzjoni inkorretta ta’ prinċipju tat-tip Medion fl-ewwel stadju tal-evalwazzjoni tax-xebh, l-evalwazzjoni globali tal-probabbiltà ta’ konfużjoni ma twettqitx b’mod korrett.


(1)  OJ C 106, 30.04.2004, p. 31


Top