EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009CB0136

Kawża C-136/09: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tat- 18 ta’Marzu 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Areios Pagos — il-Greċja) — Organismos Sillogikis Diacheirisis Dimiourgon Theatrikon kai Optikoakoustikon Ergon vs Divani Akropolis Anonimi Xenodocheiaki kai Touristiki Etaireia ( “Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura — Drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis soċjetà tal-informazzjoni — Direttiva 2001/29/KE — Artikolu 3 — Kunċett ta’ ‘komunikazzjoni lill-pubbliku’ — Xogħlijiet imxandra permezz ta’ settijiet tat-televiżjoni fil-kmamar tal-lukanda” )

ĠU C 179, 3.7.2010, p. 14–15 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

3.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 179/14


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-18 ta’Marzu 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Areios Pagos — il-Greċja) — Organismos Sillogikis Diacheirisis Dimiourgon Theatrikon kai Optikoakoustikon Ergon vs Divani Akropolis Anonimi Xenodocheiaki kai Touristiki Etaireia

(Kawża C-136/09) (1)

(“Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura - Drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis soċjetà tal-informazzjoni - Direttiva 2001/29/KE - Artikolu 3 - Kunċett ta’ ‘komunikazzjoni lill-pubbliku’ - Xogħlijiet imxandra permezz ta’ settijiet tat-televiżjoni fil-kmamar tal-lukanda”)

(2010/C 179/23)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Qorti tar-rinviju

Areios Pagos

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Organismos Sillogikis Diacheirisis Dimiourgon Theatrikon kai Optikoakoustikon Ergon

Konvenuti: Divani Akropolis Anonimi Xenodocheiaki kai Touristiki Etaireia

fil-preżenza ta’: Xenodocheiako Epimelitirio tis Ellados

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Areios Pagos — Interpretazzjoni tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Mejju 2001, dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis soċjetà tal-informazzjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p 230) — Kunċett ta’ “komunikazzjoni lill-pubbliku” — Xogħlijiet imxandra permezz ta’ settijiet tat-televiżjoni fil-kmamar tal-lukanda u konnessi mal-antenna ċentrali tal-lukanda mingħajr ebda intervent ieħor min-naħa tal-lukanda sabiex is-sinjal jiġi rċevut mill-klijenti

Dispożittiv

Il-lukandier, meta jinstalla s-settijiet tat televiżjoni fil-kmamar tal-lukanda tiegħu u meta jagħmel il-konnessjoni ta’ dawn is-settijiet mal-antenna ċentrali installata fl-istess lukanda, jagħmel, b’dan il-fatt biss, att ta’ komunikazzjoni lill-pubbliku fis-sens tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Mejju 2001, dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis soċjetà tal-informazzjoni.


(1)  ĠU C 141, 20.06.2009.


Top