EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008CA0533

Kawża C-533/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja Awla) tal- 4 ta’ Mejju 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Hoge Raad der Nederlanden — Il-Pajjiżi l-Baxxi) — TNT Express Nederland B.V. vs AXA Versicherung AG (Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili u kummerċjali — Ġurisdizzjoni, rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi — Regolament (KE) Nru 44/2001 — Artikolu 71 — Konvenzjonijiet konklużi mill-Istati Membri f’oqsma partikolari — Konvenzjoni dwar il-kuntratt għal ġarr stradali internazzjonali ta’ merkanzija (CMR))

ĠU C 179, 3.7.2010, p. 7–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

3.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 179/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja Awla) tal-4 ta’ Mejju 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Hoge Raad der Nederlanden — Il-Pajjiżi l-Baxxi) — TNT Express Nederland B.V. vs AXA Versicherung AG

(Kawża C-533/08) (1)

(Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili u kummerċjali - Ġurisdizzjoni, rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi - Regolament (KE) Nru 44/2001 - Artikolu 71 - Konvenzjonijiet konklużi mill-Istati Membri f’oqsma partikolari - Konvenzjoni dwar il-kuntratt għal ġarr stradali internazzjonali ta’ merkanzija (CMR))

(2010/C 179/10)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hoge Raad der Nederlanden

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: TNT Express Nederland B.V.

Konvenuti: AXA Versicherung AG

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Hoge Raad der Nederlanden Den Haag — Interpretazzjoni tal-Artikolu 71(1) u (2)(a) u tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 7(2)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001 dwar ġurisdizzjoni, rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (“Brussell I”) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4, p. 42) — Relazzjoni mal-Konvenzjoni dwar il-kuntratt għal ġarr stradali internazzjonali ta’ merkanzija (CMR), iffirmata f’Genève fid-19 ta’ Mejju 1956 — Lis pendens — Regoli ta’ koeżistenza

Dispożittiv

(1)

L-Artikolu 71 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali, għandu jiġi interpretat fis-sens li, f’kawża bħal dik prinċipali, ir-regoli ta’ ġurisdizzjoni tal-qrati, ta’ rikonoxxenza u ta’ eżekuzzjoni previsti minn konvenzjoni relatata ma’ materja partikolari, bħar-regola ta’ lis pendens imsemmija fl-Artikolu 31(2) tal-Konvenzjoni dwar il-kuntratt għal ġarr stradali internazzjonali ta’ merkanzija, iffirmata f’Genève fid-19 ta’ Mejju 1956, kif emendata mill-protokoll iffirmat f’Genève fil-5 ta’ Lulju 1978, u dik relatata mas-saħħa eżekuttiva msemmija fl-Artikolu 31(3) ta’ din il-konvenzjoni, japplikaw bil-kundizzjoni li dawn jippreżentaw livell għoli ta’ prevedibbiltà, jiffaċilitaw amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja u jippermettu li jitnaqqas kemm jista’ jkun ir-riskju ta’ proċedimenti simultanji, u li jiżguraw, taħt kundizzjonijiet minn tal-inqas daqstant favorevoli għal dawk previsti minn dan ir-regolament, il-moviment liberu tad-deċiżjonijiet f’materji ċivili u kummerċjali u l-fiduċja reċiproka fil-ġustizzja fi ħdan l-Unjoni (favor executionis).

(2)

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea ma hijiex kompetenti biex tinterpreta l-Artikolu 31 tal-Konvenzjoni dwar il-kuntratt għal ġarr stradali internazzjonali ta’ merkanzija, kif emendata.


(1)  ĠU C 44, 21.02.2009


Top