EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62009TN0166
Case T-166/09 P: Appeal brought on 27 April 2009 by Luigi Marcuccio against the order of the Civil Service Tribunal of 18 February 2009 in Case F-70/07, Marcuccio v Commission
Kawża T-166/09 P: Appell ippreżentat fis- 27 ta’ April 2009 mid-digriet mogħti fit- 18 ta’ Frar 2009 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-70/07, Luigi Marcuccio vs Il-Kummissjoni
Kawża T-166/09 P: Appell ippreżentat fis- 27 ta’ April 2009 mid-digriet mogħti fit- 18 ta’ Frar 2009 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-70/07, Luigi Marcuccio vs Il-Kummissjoni
ĠU C 141, 20.6.2009, p. 56–57
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
20.6.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 141/56 |
Appell ippreżentat fis-27 ta’ April 2009 mid-digriet mogħti fit-18 ta’ Frar 2009 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-70/07, Luigi Marcuccio vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-166/09 P)
2009/C 141/114
Lingwa tal-kawża: It-Taljan
Partijiet
Appellant: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)
Appellata: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
Talbiet tal-appellant
— |
tannulla, fl-intier tiegħu u mingħajr ebda eċċezzjoni, id-digriet mogħti fit-18 ta’ Frar 2009 fil-Kawża F-70/07 (iktar ’il quddiem il-“kawża inkwistjoni”), Marcuccio vs Il-Kummissjoni, mill-Ewwel Awla tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku; |
— |
tiddikjara li r-rikors fl-ewwel istanza, li fil-kuntest tiegħu ngħata d-digriet ikkontestat, kien perfettament ammissibbli, fl-intier tiegħu u mingħajr ebda eċċezzjoni; |
— |
sa fejn neċessarju, tiddikjara li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku wettaq żball ta’ liġi meta kklassifika ċerti talbiet inklużi fl-att promotur fl-ewwel istanza, fil-kawża inkwistjoni, bħala ta’ “talba għall-intaxxar tal-ispejjeż” (sic, punt 16 tad-digriet ikkontestat); |
— |
sa fejn neċessarju, tiddikjara li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku kien kompetenti jiddeċiedi, bħala qorti tal-ewwel istanza, it-talbiet kollha tar-rikorrent (iktar ’il quddiem it-“talbiet”) fil-kawża inkwistjoni; barra minn hekk |
prinċipalment:
— |
tilqa’ fl-intier tagħhom u mingħajr ebda eċċezzjoni t-talbiet tal-appellant, li għall-effetti kollha tal-liġi għandhom ikunu interpretati bħala riprodotti espressament hawnhekk; |
— |
tikkundanna lill-appellata tħallas lura, lill-appellant, l-ispejjeż kollha li għamel dan tal-aħħar, kemm fil-proċeduri fl-ewwel istanza kif ukoll fil-proċeduri preżenti ta’ appell; jew |
sussidjarjament:
— |
tirrinvija l-kawża inkwistjoni quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, b’kompożizzjoni differenti, sabiex tiddeċiedi l-kawża mill-ġdid. |
Aggravji u argumenti prinċipali
L-appellant iressaq l-aggravji segwenti insostenn tat-talbiet tiegħu:
— |
L-illegalità tar-rinviju parzjali tal-kawża inkwistjoni lill-Qorti tal-Prim’Istanza, b’mod partikolari minħabba l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 90 tal-Regolamenti tal-Persunal tal-Komunitajiet Ewropej (iktar ’il quddiem ir-“Regolamenti tal-Persunal”) u nuqqas assolut ta’ motivazzjoni; |
— |
Ksur, interpretazzjoni u applikazzjoni żbaljata tal-prinċipju ta’ qorti mwaqqfa b’liġi, kif ukoll tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-“Karta”); |
— |
L-illegalità taċ-ċaħda, minħabba l-inammissibbiltà preżunta tagħhom, tat-talbiet differenti minn dawk li għalihom it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku ddikjrara li huwa inkompetenti li jittrattahom, b’mod partikolari minħabba l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 90 tar-Regolamenti tal-Persunal u tal-kunċett tat-talba għall-kumpens tad-danni anċillari għal talba għall-annulament ta’ deċiżjoni ta’ istituzzjoni Komunitarja, kif ukoll minħabba nuqqas assolut ta’ motivazzjoni u żnaturament tal-fatti; |
— |
Difetti proċedurali li jistgħu jippreġudikaw b’mod gravi l-interessi tal-appellant, minħabba l-inosservanza tal-obbligu li jiġi injorat il-kontenut tal-att imsemmi fil-punt 11 tad-digriet ikkontestat, inkwantu ġie ppreżentat tard, kif ukoll minħabba t-talba li saret lill-partijiet li jressqu atti straordinarji, imbagħad imdaħħla fl-atti fil-kuntest ta’ proċeduri fl-ewwel istanza, li jistgħu jippreġudikaw b’mod gravi l-interessi tal-appellant; |
— |
Ksur tar-regoli fil-qasam ta’ smigħ xieraq, tal-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Artikolu 47 tal-Karta. |