EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62007TA0492

Kawża T-492/07 P: Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal- 24 ta’ April 2009 — Sanchez Ferriz et vs Il-Kummissjoni ( Appell — Servizz Pubbliku — Uffiċjali — Promozzjoni — Proċedura ta’ promozzjoni 2005 — Nuqqas ta’ inklużjoni fil-lista ta’ uffiċjali promossi — Rati ta’ moltiplikazzjoni ta’ referenza — Artikoli 6 u 10 tal-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal — Interess li jiġi invokat aggravju )

ĠU C 141, 20.6.2009, p. 39–40 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

20.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 141/39


Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-24 ta’ April 2009 — Sanchez Ferriz et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-492/07 P) (1)

(“Appell - Servizz Pubbliku - Uffiċjali - Promozzjoni - Proċedura ta’ promozzjoni 2005 - Nuqqas ta’ inklużjoni fil-lista ta’ uffiċjali promossi - Rati ta’ moltiplikazzjoni ta’ referenza - Artikoli 6 u 10 tal-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal - Interess li jiġi invokat aggravju”)

2009/C 141/81

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Carlos Sanchez Ferriz (Brussell, il-Belġju) u d-disa’ uffiċjali l-oħra tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej li l-ismijiet tagħhom jinsabu fl-anness tas-sentenza (rappreżentant: F. Frabetti, avocat)

Parti l-oħra fil-kawża: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: C. Berardis-Kayser u G. Berscheid, aġenti)

Suġġett

Appell ippreżentat kontra d-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tieni Awla) tas-17 ta’ Ottubru 2007, Sanchez Ferriz et vs Il-Kummissjoni (F-115/06, li għadu ma ġiex ippubblikat fil-Ġabra), u intiż għall-annullament ta’ dan id-digriet.

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

C. Sanchez Ferriz u d-disa’ uffiċjali oħra tal-Kummissjoni li l-ismijiet tagħhom jinsabu fl-anness tas-sentenza għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom kif ukoll dawk sostnuti mill-Kumissjoni fil-kuntest ta’ din l-istanza.


(1)  ĠU C 64, 8.3.2008


Top