EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009CN0111

Kawża C-111/09: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Okresní soud v Chebu (Ir-Repubblika Ċeka) fit- 23 ta’ Marzu 2009 — Česká podnikatelská pojišťovna, a.s., Vienna Insurance Group vs Michal Bilas

ĠU C 141, 20.6.2009, p. 25–26 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

20.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 141/25


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Okresní soud v Chebu (Ir-Repubblika Ċeka) fit-23 ta’ Marzu 2009 — Česká podnikatelská pojišťovna, a.s., Vienna Insurance Group vs Michal Bilas

(Kawża C-111/09)

2009/C 141/45

Lingwa tal-kawża: Iċ-Ċek

Qorti tar-rinviju

Okresní soud v Chebu (Ir-Repubblika Ċeka)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Česká podnikatelská pojišťovna, a.s., Vienna Insurance Group

Konvenut: Michal Bilas

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 26 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001 tat-22 ta’ Diċembru 2000 dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (1) (iktar ’il quddiem ir-“Regolament”) għandu jiġi interpretat fis-sens li dan ma jippermettix lill-qorti tistħarreġ il-ġurisdizzjoni internazzjonali tagħha fil-każ fejn il-konvenut jidher fil-proċeduri, anki meta l-kawża hija suġġetta għar-regoli ta’ ġurisdizzjoni obbligatorja fis-sens tas-Sezzjoni 3 tar-Regolament u r-rikors ikun ġie ppreżentat bi ksur ta’ dawn ir-regoli?

2)

Il-konvenut jista’, minħabba l-fatt li jidher fil-proċeduri, jistabbilixxi l-ġurisdizzjoni internazzjonali tal-qorti fis-sens tal-Artikolu 24 tar-Regolament anki meta l-proċeduri jkunu altrimenti suġġetti għar-regoli ta’ ġurisdizzjoni obbligatorja fis-sens tas-Sezzjoni 3 tar-Regolament u r-rikors ikun ġie ppreżentat bi ksur ta’ dawn ir-regoli?

3)

Fil-każ li tingħata risposta negattiva għat-tieni domanda, il-fatt li l-konvenut jidher fil-proċeduri li jirrigardaw l-assigurazzjoni quddiem qorti li altrimenti taħt ir-Regolament m’għandhiex ġurisdizzjoni, jista’ jiġi kkunsidrat bħala ftehim fuq il-ġurisdizzjoni fis-sens tal-Artikolu 13(1) tar-Regolament?


(1)  ĠU L 12, 16.1.2001, p. 1


Top