EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008CN0387

Kawża C-387/08 P: Appell ippreżentat fis- 27 ta’ Awwissu 2008 minn VDH Projektentwicklung GmbH u Edeka Handelgesellschaft Rhein-Ruhr mbH kontra d-digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal- 25 ta’ Ġunju 2008 fil-Kawża T-185/08, VDH Projektentwicklung GmbH u Edeka Handelsgesellschaft Rhein-Ruhr mbH vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

ĠU C 141, 20.6.2009, p. 22–22 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

20.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 141/22


Appell ippreżentat fis-27 ta’ Awwissu 2008 minn VDH Projektentwicklung GmbH u Edeka Handelgesellschaft Rhein-Ruhr mbH kontra d-digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-25 ta’ Ġunju 2008 fil-Kawża T-185/08, VDH Projektentwicklung GmbH u Edeka Handelsgesellschaft Rhein-Ruhr mbH vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

(Kawża C-387/08 P)

2009/C 141/39

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: VDH Projektentwicklung GmbH u Edeka Handelgesellschaft Rhein-Ruhr mbH (rappreżentant: C. Antweiler, avukat)

Appellata: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tal-appellanti

Fis-27 ta’ Awwissu 2008, VDH Projektentwicklung u Edeka Handelsgesellschaft Rhein-Ruhr mbH ippreżentaw appell quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej kontra d-digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-Komunitajiet Ewropej tal-25 ta’ Ġunju 2008 fil-Kawża T-185/08, VDK Projektentwicklung GmbH u Edeka Handelgesellschaft Rhein-Ruhr mbH vs Il-Kummissjoni. Ir-rappreżentant legali tar-rikorrenti huwa Clemens Antweiler, Rechtsanwalt, Rotthege Wasserman & Partner, Postfach 20 06 69, DE 40103 Düsseldorf.

Permezz ta’ digriet tat-3 ta’ April 2009, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej (Is-Seba’ Awla) ċaħdet l-appell u kkundannat lill-appellanti għall-ispejjeż.


Top