EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008CB0090

Kawża C-90/08 P: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal- 5 ta’ Marzu 2009 — K & L Ruppert Stiftung & Co. Handels-KG vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (trade marks u disinni), Natália Cristina Lopes de Almeida Cunha, Cláudia Couto Simões, Marly Lima Jatobá (Appell — Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja figurattiva CORPO LIVRE — Oppożizzjoni mill-proprjetarju tat-trade marks verbali nazzjonali u internazzjonali preċedenti LIVRE — Prova tal-użu ta’ trade marks preċedenti li ġiet ippreżentata tard — Oppożizzjoni miċħuda)

ĠU C 141, 20.6.2009, p. 21–21 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

20.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 141/21


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-5 ta’ Marzu 2009 — K & L Ruppert Stiftung & Co. Handels-KG vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (trade marks u disinni), Natália Cristina Lopes de Almeida Cunha, Cláudia Couto Simões, Marly Lima Jatobá

(Kawża C-90/08 P) (1)

(Appell - Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja figurattiva CORPO LIVRE - Oppożizzjoni mill-proprjetarju tat-trade marks verbali nazzjonali u internazzjonali preċedenti LIVRE - Prova tal-użu ta’ trade marks preċedenti li ġiet ippreżentata tard - Oppożizzjoni miċħuda)

2009/C 141/37

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: K & L Ruppert Stiftung & Co. Handels-KG (rappreżentant: D. Spohn, Rechtsanwältin)

Partijiet oħra fil-proċeduri: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (trade marks u disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent), Natália Cristina Lopes de Almeida Cunha, Cláudia Couto Simões, Marly Lima Jatobá

Suġġett

Appell ippreżentat kontra s-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tieni Awla) tat-12 ta’ Diċembru 2007, K & L Ruppert Stiftung vs UASI — Lopes de Almeida Cunha, Couto Simões, Lima Jatobá (T-86/05), li permezz tagħha l-Qorti tal-Prim’Istanza ċaħdet rikors għal annullament ippreżentat mill-proprjetarju tat-trade marks verbali nazzjonali u internazzjonali “LIVRE” għal prodotti fil-klassi 25 kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tas-7 ta’ Diċembru 2004, li tiċħad ir-rikors kontra d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni li tiċħad l-oppożizzjoni tagħha fir-rigward tar-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja figurattiva “CORPO LIVRE” għal prodotti fil-klassijiet 18 u 25 — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Oppożizzjoni miċħuda abbażi tal-fatt li l-prova tal-użu tat-trade marks preċedenti ġiet ippreżentata tard

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

K & L Ruppert Stiftung & Co. Handels-KG hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 142, 07.06.2008


Top