EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008CA0134

Kawża C-134/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat- 2 ta’ April 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tal- Bundesfinanzhof — Il-Ġermanja) — Hauptzollamt Bremen vs J.E. Tyson Parketthandel GmbH hanse j. (Regolament (KE) Nru 2193/2003 — Dazji doganali addizzjonali fuq l-importazzjoni ta’ ċertu prodotti li joriġinaw mill-Istati Uniti tal-Amerika — Kamp ta’ applikazzjoni ratione temporis — Artikolu 4(2) — Prodotti esportati wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-regolament, iżda li fir-rigward tagħhom jista’ jiġi pprovat li dawn kienu diġà fi triqithom lejn il-Komunità fid-data tal-ewwel applikazzjoni tal-imsemmija dazji — Suġġettar)

ĠU C 141, 20.6.2009, p. 17–18 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

20.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 141/17


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-2 ta’ April 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tal- Bundesfinanzhof — Il-Ġermanja) — Hauptzollamt Bremen vs J.E. Tyson Parketthandel GmbH hanse j.

(Kawża C-134/08) (1)

(Regolament (KE) Nru 2193/2003 - Dazji doganali addizzjonali fuq l-importazzjoni ta’ ċertu prodotti li joriġinaw mill-Istati Uniti tal-Amerika - Kamp ta’ applikazzjoni ratione temporis - Artikolu 4(2) - Prodotti esportati wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-regolament, iżda li fir-rigward tagħhom jista’ jiġi pprovat li dawn kienu diġà fi triqithom lejn il-Komunità fid-data tal-ewwel applikazzjoni tal-imsemmija dazji - Suġġettar)

2009/C 141/28

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesfinanzhof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Hauptzollamt Bremen

Konvenuta: J.E. Tyson Parketthandel GmbH hanse j.

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Bundesfinanzhof — Interpretazzjoni tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2193/2003 tat-8 ta’ Diċembru 2003 li jistabbilixxi dazji doganali addizzjonali fuq l-importazzjoni ta’ ċertu prodotti li joriġinaw mill-Istati Uniti tal-Amerika (ĠU L 328, p. 3) — Issuġġettar għad-dazji doganali addizzjonali tal-prodotti esportati mill-Istati Uniti tal-Amerika lejn il-Komunità wara d-dħul fis-seħħ tar-regolament fuq imsemmi iżda li fir-rigward tagħhom jista’ jiġi pprovat li kienu diġà fi trqithom lejn il-Komunità, mingħajr possibbiltà ta’ bdil ta’ destinazzjoni, fid-data tal-ewwel applikazzjoni tal-imsemmija dazji

Dispożittiv

L-Artikolu 4(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2193/2003 tat-8 ta’ Diċembru 2003 li jistabbilixxi dazji doganali addizzjonali fuq l-importazzjoni ta’ ċertu prodotti li joriġinaw mill-Istati Uniti tal-Amerika, għandu jiġi interpretat f’sens li huwa konformi ma’ dak tal-kliem tiegħu, jiġifieri li l-prodotti li fir-rigward tagħhom jista’ jiġi pprovat li huma diġà fi triqithom lejn il-Komunità Ewropea fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-regolament u li d-destinazzjoni tagħhom ma tistax tinbidel, mhumiex suġġetti għad-dazji addizzjonali


(1)  ĠU C 171, 05.07.2008


Top