EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62007CA0421

Kawża C-421/07: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat- 2 ta’ April 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Vestre Landsret — Id-Danimarka) — proċeduri kriminali kontra Frede Damgaard (Prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem — Direttiva 2001/83/KE — Kunċett ta’ reklamar — Tixrid ta’ informazzjoni dwar prodott mediċinali minn terz li jaġixxi minn rajh)

ĠU C 141, 20.6.2009, p. 11–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

20.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 141/11


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-2 ta’ April 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Vestre Landsret — Id-Danimarka) — proċeduri kriminali kontra Frede Damgaard

(Kawża C-421/07) (1)

(Prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem - Direttiva 2001/83/KE - Kunċett ta’ “reklamar” - Tixrid ta’ informazzjoni dwar prodott mediċinali minn terz li jaġixxi minn rajh)

2009/C 141/16

Lingwa tal-kawża: Id-Daniż

Qorti tar-rinviju

Vestre Landsret

Parti fil-proċedura kriminali prinċipali

Frede Damgaard

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Vestre Landsret — Interpretazzjoni tal-Artikolu 86 tad-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (ĠU L 311, p.67) — Kunċett ta’ reklamar — Tixrid ta’ informazzjoni dwar prodott mediċinali minn terz li jaġixxi minn rajh u b’mod għal kollox indipendenti mill-bejjiegħ jew mill-manifattur

Dispożittiv

L-Artikolu 86 tad-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem, kif emendata mid-Direttiva 2004/27/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, għandu jiġi interpretat fis-sens li t-tixrid minn terz ta’ informazzjoni dwar prodott mediċinali, b’mod partikolari dwar il-kwalitajiet tiegħu ta’ fejqan jew ta’ prevenzjoni, jista’ jiġi kkunsidrat bħala reklamar skont dan l-artikolu, inkluż fil-każ fejn dan it-terz jaġixxi minn rajh u b’mod għal kollox indipendenti, fid-dritt u fil-fatt, mill-manifattur jew mill-bejjiegħ ta’ tali prodott mediċinali. Hija l-qorti nazzjonali li għandha tiddetermina jekk dan it-tixrid jikkostitwixxix tip ta’ tixrid ta’ informazzjoni, ta’ kkanvassjar jew ta’ inkoraġġiment li jippromwovi l-preskrizzjoni, il-provvista, il-bejgħ jew il-konsum ta’ prodotti mediċinali.


(1)  ĠU C 269, 10.11.2007


Top