EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62007CA0415

Kawża C-415/07: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat- 2 ta’ April 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale ordinario di Nocera Inferiore — L-Italja) — Lodato Gennaro & C. SpA vs Istituto nazionale della previdenza sociale (INPS), SCCI (Għajnuna mill-Istat għax-xogħol — Linji gwida dwar l-għajnuna għax-xogħol — Linji gwida dwar għajnuna reġjonali nazzjonali — Regolament (KE) Nru 2204/2002 — Kunċett ta’ ħolqien ta’ impjiegi — Kalkolu tat-tkabbir fin-numru ta’ impiegi)

ĠU C 141, 20.6.2009, p. 10–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

20.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 141/10


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-2 ta’ April 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale ordinario di Nocera Inferiore — L-Italja) — Lodato Gennaro & C. SpA vs Istituto nazionale della previdenza sociale (INPS), SCCI

(Kawża C-415/07) (1)

(Għajnuna mill-Istat għax-xogħol - Linji gwida dwar l-għajnuna għax-xogħol - Linji gwida dwar għajnuna reġjonali nazzjonali - Regolament (KE) Nru 2204/2002 - Kunċett ta’ “ħolqien ta’ impjiegi” - Kalkolu tat-tkabbir fin-numru ta’ impiegi)

2009/C 141/15

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale ordinario di Nocera Inferiore

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Lodato Gennaro & C. SpA

Konvenut: Istituto nazionale della previdenza sociale (INPS), SCCI

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Tribunale ordinario di Nocera Inferiore — Interpretazzjoni tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2204/2002, tat-12 ta’ Diċembru 2002, dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat KE dwar għajnuna mill-Istat għax-xogħol (ĠU L 337, p. 3) — Verifika tal-osservanza tal-kundizzjonijiet neċessarji sabiex tinkiseb għajnuna — Verifika taż-żieda fin-numru ta’ postijiet tax-xogħol — Metodu ta’ kalkolu

Dispożittiv

Il-Linji gwida dwar l-għajnuna għax-xogħol għandhom jiġu interpretati, fir-rigward tal-verifika dwar jekk kienx hemm żieda fin-numru ta’ impjiegi, fis-sens li għandu jsir paragun bejn in-numru medju ta’ ħaddiema annwali tas-sena preċedenti għal meta ġew impjegati l-ħaddiema l-ġodda man-numru medju ta’ ħaddiema annwali tas-sena wara li ġew impjegati l-ħaddiema l-ġodda.


(1)  ĠU C 283, 24.11.2007.


Top