EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62007CA0352

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba Awla) tat- 2 ta’ April 2009 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale Amministrativo Regionale del Lazio — L-Italja) — A. Menarini Industrie Farmaceutiche Riunite Srl, FIRMA Srl, Laboratori Guidotti SpA, Istituto Lusofarmaco d’Italia SpA, Malesi Istituto Farmacobiologico SpA, Menarini International Operations Luxembourg SA (C-352/07) vs Ministero della Salute, Agenzia Italiana del Farmaco (AIFA), fil-preżenza ta’: Sanofi Aventis SpA, Sanofi Aventis SpA (C-353/07) vs Agenzia Italiana del Farmaco (AIFA), IFB Stroder Srl (C-354/07) vs Agenzia Italiana del Farmaco (AIFA), Schering Plough SpA (C-355/07) vs Agenzia Italiana del Farmaco (AIFA), fil-preżenza ta’: Baxter SpA, Bayer SpA (C-356/07) vs Agenzia Italiana del Farmaco (AIFA), Ministero della Salute, Simesa SpA (C-365/07) vs Ministero della Salute, Agenzia Italiana del Farmaco (AIFA), fil-preżenza ta’: Merck Sharp & Dohme (Italia) SpA, Abbott SpA (C-366/07) vs Ministero della Salute, Agenzia Italiana del Farmaco (AIFA), Baxter SpA (C-367/07) vs Agenzia Italiana del Farmaco (AIFA), fil-preżenza ta’ Merck Sharp & Dohme (Italia) SpA, u SALF SpA (C-400/07) vs Ministero della Salute, Agenzia Italiana del Farmaco (AIFA), Ministero della Salute (Kawżi Magħquda C-352/07 sa C-356/07, C-365/07 sa C-367/07 u C-400/07) (Direttiva 89/105/KEE — Trasparenza tal-miżuri li jirregolaw l-iffissar tal-prezzijiet tal-prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem — Artikolu 4 — Iffriżar tal-prezzijiet — Tnaqqis tal-prezzijiet)

ĠU C 141, 20.6.2009, p. 6–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

20.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 141/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba Awla) tat-2 ta’ April 2009 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale Amministrativo Regionale del Lazio — L-Italja) — A. Menarini Industrie Farmaceutiche Riunite Srl, FIRMA Srl, Laboratori Guidotti SpA, Istituto Lusofarmaco d’Italia SpA, Malesi Istituto Farmacobiologico SpA, Menarini International Operations Luxembourg SA (C-352/07) vs Ministero della Salute, Agenzia Italiana del Farmaco (AIFA), fil-preżenza ta’: Sanofi Aventis SpA, Sanofi Aventis SpA (C-353/07) vs Agenzia Italiana del Farmaco (AIFA), IFB Stroder Srl (C-354/07) vs Agenzia Italiana del Farmaco (AIFA), Schering Plough SpA (C-355/07) vs Agenzia Italiana del Farmaco (AIFA), fil-preżenza ta’: Baxter SpA, Bayer SpA (C-356/07) vs Agenzia Italiana del Farmaco (AIFA), Ministero della Salute, Simesa SpA (C-365/07) vs Ministero della Salute, Agenzia Italiana del Farmaco (AIFA), fil-preżenza ta’: Merck Sharp & Dohme (Italia) SpA, Abbott SpA (C-366/07) vs Ministero della Salute, Agenzia Italiana del Farmaco (AIFA), Baxter SpA (C-367/07) vs Agenzia Italiana del Farmaco (AIFA), fil-preżenza ta’ Merck Sharp & Dohme (Italia) SpA, u SALF SpA (C-400/07) vs Ministero della Salute, Agenzia Italiana del Farmaco (AIFA), Ministero della Salute

(Kawżi Magħquda C-352/07 sa C-356/07, C-365/07 sa C-367/07 u C-400/07) (1)

(Direttiva 89/105/KEE - Trasparenza tal-miżuri li jirregolaw l-iffissar tal-prezzijiet tal-prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem - Artikolu 4 - Iffriżar tal-prezzijiet - Tnaqqis tal-prezzijiet)

2009/C 141/09

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale Amministrativo Regionale del Lazio

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: A. Menarini — Industrie Farmaceutiche Riunite Srl, FIRMA Srl, Laboratori Guidotti SpA, Istituto Lusofarmaco d’Italia SpA, Malesi Istituto Farmacobiologico SpA, Menarini International Operations Luxembourg SA (C-352/07), Sanofi Aventis SpA (C-353/07), IFB Stroder Srl (C-354/07), Schering Plough SpA (C-355/07), Bayer SpA (C-356/07), Simesa SpA (C-365/07), Abbott SpA (C-366/07), Baxter SpA (C-367/07), SALF SpA (C-400/07)

Konvenuti: Ministero della Salute, Agenzia Italiana del Farmaco (AIFA)

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Tribunale Amministrativo Regionale del Lazio — Interpretazzjoni tal-Artikolu 4(1) u (2) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/105/KEE tal-21 ta’ Diċembru 1988 dwar it-trasparenza ta’ miżuri li jirregolaw il-prezzijiet ta’ prodotti mediċinali għall-użu tal-persuna u li jkunu parti mill-pjan ta’ sistemi nazzjonali ta’ assigurazzjoni tas-saħħa (ĠU L 40, p. 8) — Prodotti mediċinali suġġetti għall-iffriżar tal-prezzijiet — Proċeduri li għandhom jiġu segwiti fil-każ ta’ tnaqqis eventwali fil-prezzijiet

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 4(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/105/KEE tal-21 ta’ Diċembru 1988 dwar it-trasparenza ta’ miżuri li jirregolaw il-prezzijiet ta’ prodotti mediċinali għall-użu tal-persuna u li jkunu parti mill-pjan ta’ sistemi nazzjonali ta’ assigurazzjoni tas-saħħa, għandu jiġi interpretat fis-sens li, bil-kundizzjoni li r-rekwiżiti previsti f’din id-dispożizzjoni jiġu osservati, l-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru jistgħu jadottaw miżuri ta’ portata ġenerali li jikkonsistu fit-tnaqqis tal-prezzijiet tal-prodotti mediċinali kollha jew ta’ ċerti kategoriji ta’ prodotti mediċinali, anki jekk l-adozzjoni ta’ dawn il-miżuri ma tkunx ippreċeduta mill-iffriżar ta’ dawn il-prezzijiet.

2)

L-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 89/105 għandu jiġi interpretat fis-sens li, bil-kundizzjoni li r-rekwiżiti previsti f’din id-dispożizzjoni jiġu osservati, l-adozzjoni ta’ miżuri ta’ tnaqqis tal-prezzijiet tal-prodotti mediċinali kollha jew ta’ ċerti kategoriji ta’ prodotti mediċinali hija possibbli diversi drabi fis-sena, u dan matul diversi snin.

3)

L-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 89/105 għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix li miżuri li huma intiżi li jikkontrollaw il-prezzijiet tal-prodotti mediċinali kollha jew ta’ ċerti kategoriji ta’ prodotti mediċinali jiġu adottati abbażi ta’ stimi tan-nefqa, bil-kundizzjoni li r-rekwiżiti previsti f’din id-dispożizzjoni jiġu osservati u li dawn l-istimi jkunu bbażati fuq elementi oġġettivi u verifikabbli.

4)

L-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 89/105 għandu jiġi interpretat fis-sens li, huma l-Istati Membri li għandhom jiddeterminaw, billi josservaw l-għan ta’ trasparenza segwit minn din id-direttiva kif ukoll ir-rekwiżiti previsti fl-imsemmija dispożizzjoni, il-kriterji li abbażi tagħhom għandha ssir ir-reviżjoni tal-kundizzjonijiet makro-ekonomiċi msemmija f’din id-dispożizzjoni u li dawn il-kriterji jistgħu jikkonsistu fl-infiq farmaċewtiku biss, fl-infiq kollu fil-qasam tas-saħħa jew ukoll f’tipi oħra ta’ nfiq.

5)

L-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 89/105 għandu jiġi interpretat fis-sens li:

l-Istati Membri għandhom jipprovdu, fil-każijiet kollha, il-possibbiltà, għall-impriża li tkun affettwata mill-miżura ta’ ffriżar jew ta’ tnaqqis tal-prezz tal-prodotti mediċinali kollha jew ta’ ċerti kategoriji ta’ prodotti mediċinali, li titlob deroga mill-prezz stabbilit skont dawn il-miżuri;

għandhom jiżguraw li tittieħed deċiżjoni mmotivata fuq kull applikazzjoni bħal din, u

li l-parteċipazzjoni konkreta tal-impriża kkonċernata tikkonsisti, minn naħa, fil-preżentata ta’ sunt suffiċjenti tar-raġunijiet partikolari li jiġġustifikaw l-applikazzjoni tagħha għal deroga, u min-naħa l-oħra, fil-provvista ta’ informazzjoni addizzjonali ddettaljata fil-każ fejn l-informazzjoni kkomunikata insostenn ta’ din l-applikazzjoni tkun insuffiċjenti.


(1)  ĠU C 247, 20.10.2007

ĠU C 269, 10.11.2007


Top