EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62007CA0331

Kawża C-331/07: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat- 23 ta’ April 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Ellenika (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Leġiżlazzjoni dwar l-għalf u l-ikel — Regolament (KE) Nru 882/2004 — Nuqqas ta’ impjegati assenjati sabiex jaħdmu fis-servizzi responsabbli mill-verifiki veterinarji)

ĠU C 141, 20.6.2009, p. 5–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

20.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 141/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-23 ta’ April 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Ellenika

(Kawża C-331/07) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Leġiżlazzjoni dwar l-għalf u l-ikel - Regolament (KE) Nru 882/2004 - Nuqqas ta’ impjegati assenjati sabiex jaħdmu fis-servizzi responsabbli mill-verifiki veterinarji)

2009/C 141/08

Lingwa tal-kawża: Il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: H. Tserepa-Lacombe u F. Erlbacher, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentanti: S. Charitaki u I. Chalkias aġenti)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel, mas-saħħa tal-annimali u mar-regoli dwar il-welfare tal-annimali (ĠU L 165, p. 1) — Nuqqas ta’ impjegati assenjati sabiex jaħdmu fis-servizzi responsabbli mill-verifiki veterinarji

Dispożittiv

1)

Billi ma ħaditx il-miżuri kollha neċessarji sabiex tirrimedja għan-nuqqas ta’ impjegati assenjati sabiex jaħdmu fis-servizzi responsabbli mill-verifiki veterinarji fil-Greċja, ir-Repubblika Ellenika naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 4(2)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel, mas-saħħa tal-annimali u mar-regoli dwar il-welfare tal-annimali.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 247, 20.10.2007


Top