EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62007CA0095

Kawżi magħquda C-95/07 & C-96/07: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat- 8 ta' Mejju 2008 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tal-Commissione tributaria provinciale — L-Italja) — Ecotrade spa vs Agenzia Entrate Ufficio Genova 3 (Sitt Direttiva VAT — Reverse charge — Dritt għal tnaqqis — Terminu ta' dekadenza — Irregolarità ta' kontabbiltà u ta' dikjarazzjoni li taffettwa t-tranżazzjonijiet suġġetti għas-sistema ta' reverse charge)

ĠU C 158, 21.6.2008, p. 6–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

21.6.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 158/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-8 ta' Mejju 2008 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tal-Commissione tributaria provinciale — L-Italja) — Ecotrade spa vs Agenzia Entrate Ufficio Genova 3

(Kawżi magħquda C-95/07 & C-96/07) (1)

(Sitt Direttiva VAT - Reverse charge - Dritt għal tnaqqis - Terminu ta' dekadenza - Irregolarità ta' kontabbiltà u ta' dikjarazzjoni li taffettwa t-tranżazzjonijiet suġġetti għas-sistema ta' reverse charge)

(2008/C 158/09)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Qorti tar-rinviju

Commissione tributaria provinciale

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Ecotrade spa

Konvenuta: Agenzia Entrate Ufficio Genova 3

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Commissione tributaria provinciale — Interpretazzjoni ta' l-Artikoli 17, 18(1)(d), 21(1) u 22 tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta' Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta' stima (ĠU L 145, p. 1) — Dritt ta' tnaqqis ta' l-input VAT — Dispożizzjoni nazzjonali li tissuġġetta l-eżerċizzju tad-dritt ta' tnaqqis għal ħarsien ta' terminu ta' preskrizzjoni ta' sentejn

Dispożittiv

1)

L-Artikoli 17, 18(2) u (3), kif ukoll 21(1)(b) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE tas-17 ta' Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta' stima, kif emendata mid-Direttiva tal-Kunsill 2000/17/KE, tat-30 ta' Marzu 2000, ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi terminu ta' dekadenza għall-eżerċizzju tad-dritt għal tnaqqis, bħal dak in kwistjoni fil-kawża prinċipali, sakemm il-prinċipji ta' l-ekwivalenza u ta' l-effettività jkunu osservati. Il-prinċipju ta' l-effettività mhuwiex miksur minħabba s-sempliċi fatt li l-perijodu li l-amministrazzjoni fiskali għandha sabiex tirkupra t-taxxa huwa itwal minn dak mogħti lil persuni taxxabbli sabiex jeżerċitaw id-dritt għal tnaqqis.

2)

Madankollu, l-Artikoli 18(1)(d) u 22 tas-Sitt Direttiva 77/388, kif emendata mid-Direttiva 2000/17, jipprekludu prassi ta' riklassifikazzjoni tal-prospetti u ta' rkupru tat-taxxa fuq il-valur miżjud li tippenalizza ksur, bħal dak imwettaq fil-kawżi prinċipali, minn naħa, ta' l-obbligi li jirriżultaw mill-formalitajiet stabbiliti mil-leġiżlazzjoni nazzjonali skond l-Artikolu 18(1)(d) u, min-naħa l-oħra, ta' l-obbligi ta' kontabbiltà u kif ukoll ta' dikjarazzjoni li jirriżultaw rispettivament mill-imsemmi Artikolu 22(2) u (4), permezz ta' rifjut tad-dritt għal tnaqqis fil-każ ta' applikazzjoni tal-mekkaniżmu ta' reverse charge.


(1)  ĠU C 117, 26.5.2007.


Top