EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52018AA0007

Opinjoni Nru 7/2018 (skont l-Artikolu 322(1)(a) TFUE) rigward il-proposti tal-Kummissjoni għal regolamenti relatati mal-Politika Agrikola Komuni għall-perjodu wara l-2020 (COM(2018) 392, 393 u 394 final)

ECA_OPI_2018_7

ĠU C 41, 1.2.2019, p. 1–55 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

1.2.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 41/1


OPINJONI Nru 7/2018

(skont l-Artikolu 322(1)(a) TFUE)

rigward il-proposti tal-Kummissjoni għal regolamenti relatati mal-Politika Agrikola Komuni għall-perjodu wara l-2020

(COM(2018) 392, 393 u 394 final)

(2019/C 41/01)

WERREJ

 

Paragrafu

Paġna

KONKLUŻJONIJIET ĠENERALI

1 – 12

3

INTRODUZZJONI

13 – 25

5

Kuntest tal-proposta

15

5

Bażi ġuridika, sussidjarjetà u proporzjonalità

16 – 18

6

Riżultati tal-evalwazzjonijiet ex post, tal-konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati u tal-valutazzjonijiet tal-impatt

19 – 23

7

Implikazzjonijiet baġitarji

24

8

Elementi oħra

25

8

VALUTAZZJONI TAL-PROPOSTA

26 – 96

9

Valutazzjoni tal-ħtiġijiet tal-PAK

27 – 32

9

Valutazzjoni tal-objettivi tal-PAK

33 – 41

11

Valutazzjoni tal-inputs tal-PAK

42 – 49

14

Valutazzjoni tal-proċessi tal-PAK

50 – 67

16

L-irbit tal-inputs, l-outputs, ir-riżultati u l-impatti tal-PAK

68 – 80

20

Valutazzjoni tal-obbligu ta’ rendikont għall-PAK

81 – 96

24

ANNESS I – KUMMENTI SPEĊIFIĊI DWAR L-INDIKATURI PROPOSTI

32

ANNESS II – L-IRBIT TAL-OBJETTIVI, L-INTERVENTI U L-INDIKATURI

48

IL-QORTI EWROPEA TAL-AWDITURI

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 38 sa 44, 287(4), it-tieni subparagrafu, 317, 318 u 322 tiegħu,

Wara li kkunsidrat il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni “Il-Ġejjieni tal-Ikel u tal-Biedja” (1),

Wara li kkunsidrat il-proposta tal-Kummissjoni għal Regolament dwar l-appoġġ għall-pjanijiet strateġiċi li jridu jitfasslu mill-Istati Membri taħt il-Politika Agrikola Komuni (2) (“ir-Regolament dwar il-pjan strateġiku tal-PAK”),

Wara li kkunsidrat il-proposta tal-Kummissjoni għal Regolament dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni (3) (“ir-Regolament Orizzontali”),

Wara li kkunsidrat il-proposta tal-Kummissjoni għal Regolament li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1308/2013, (UE) Nru 1151/2012, (UE) Nru 251/2014, (UE) Nru 228/2013 u (UE) Nru 229/2013 (4) (“ir-Regolament Emendatorju”),

Wara li kkunsidrat il-proposta tal-Kummissjoni għal Regolament li jistipula dispożizzjonijiet komuni (5) (“ir-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni”),

Wara li kkunsidrat ir-rapporti annwali u r-rapporti speċjali tal-Qorti kif ukoll id-Dokumenti Informattivi u Analitiċi tagħha dwar il-ġejjieni tal-finanzi tal-UE (6), dwar il-proposta tal-Kummissjoni għall-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2021-2027 (7) u dwar il-ġejjieni tal-PAK (8),

Wara li kkunsidrat it-talba tal-Kummissjoni tal-1 ta’ Ġunju 2018 u dik tal-Parlament Ewropew tal-11 ta’ Ġunju 2018 għal opinjoni dwar il-proposta msemmija hawn fuq,

ADOTTAT L-OPINJONI LI ĠEJJA:

KONKLUŻJONIJIET ĠENERALI

1.

Meta l-Kummissjoni ppubblikat il-proposta tagħha għall-politika agrikola komuni (PAK) wara l-2020, hija enfasizzat li “Politika Agrikola Komuni mmodernizzata trid iżżid il-valur miżjud Ewropew tagħha billi tkun aktar ambizzjuża f’dak li għandu x’jaqsam mal-ambjent u mal-klima u billi tindirizza l-aspettattivi taċ-ċittadini b’rabta ma’ saħħithom, mal-ambjent u mal-klima”. Il-valutazzjoni tal-impatt imwettqa mill-Kummissjoni li tappoġġa l-proposti tinkludi l-ippjanar sal-2030. Madankollu, il-viżjoni fit-tul tagħha għall-agrikoltura tal-UE (b’kont meħud tax-xejriet fit-tul għal bidliet teknoloġiċi, klimatiċi, soċjetali u demografiċi, eċċ.) mhix evidenti. Il-bidliet ewlenin għall-PAK li ġew ippreżentati fil-proposta huma stabbiliti fil-Kaxxa 1.

Kaxxa 1 –   Bidliet ewlenin ippreżentati fil-proposta

Bejn l-opzjonijiet ta’ politika proposti u l-PAK attwali hemm ħafna similaritajiet, iżda l-bidliet ewlenin li ġejjin huwa importanti li jiġu enfasizzati:

Pjan strateġiku tal-PAK għal kull Stat Membru għall-infiq kollu taħt il-PAK (pagamenti diretti, żvilupp rurali u miżuri tas-suq).

Tentattiv biex issir bidla għal sistema bbażata fuq il-prestazzjoni.

Tentattiv biex tiġi ddefinita mill-ġdid l-eliġibbiltà tal-infiq (l-outputs irrappurtati u kunċett ġdid ta’ legalità u regolarità).

Bidliet fis-sistemi ta’ kontroll (bidla fl-irwol tal-korpi taċ-ċertifikazzjoni).

2.

F’xi oqsma ewlenin, il-Kummissjoni ma identifikatx il-ħtiġijiet fuq il-bażi ta’ evidenza soda. Filwaqt li l-każ favur l-azzjonijiet tal-UE rigward l-ambjent u t-tibdil fil-klima huwa wieħed b’saħħtu, id-data u l-argumenti użati biex tiġi appoġġata l-valutazzjoni tal-ħtiġijiet għall-introjtu tal-bdiewa mhumiex biżżejjed. Il-Kummissjoni eliminat l-opzjoni li l-PAK titneħħa mill-valutazzjoni tal-impatt tagħha, fuq il-bażi ta’ nuqqas ta’ konformità mal-obbligi tat-Trattat. Madankollu, hija ma pprovdietx evidenza ekonomika robusta li tappoġġa l-opzjonijiet finali li jżommu l-miżuri tradizzjonali tal-PAK: il-pagamenti diretti, il-miżuri tas-suq u l-iżvilupp rurali. Peress li l-akbar parti tal-baġit tal-PAK tkompli tiffinanzja l-pagamenti diretti favur il-bdiewa, jeħtieġ li jiġi osservat li ma hemmx rekwiżit li jirrikjedi li l-Istati Membri jiġbru statistika affidabbli u komparabbli dwar l-introjtu disponibbli tal-azjendi agrikoli.

3.

Minkejja l-ambizzjonijiet tal-Kummissjoni u l-appell tagħha favur PAK aktar ekoloġika, il-proposta ma tirriflettix żieda ċara fl-ambizzjoni tagħha rigward l-ambjent u l-klima. Aħna nirrikonoxxu li l-proposta tinkludi għodod li jindirizzaw l-objettivi relatati mal-ambjent u l-klima. Madankollu, l-Istati Membri jkunu responsabbli għall-prijoritizzazzjoni tat-tipi ta’ interventi li għandhom jiġu ffinanzjati fil-pjanijiet strateġiċi tal-PAK tagħhom. Mhuwiex ċar kif il-Kummissjoni se tivverifika dawn il-pjanijiet biex tiżgura l-ambizzjoni tagħha rigward l-ambjent u l-klima. L-istima tagħha tal-kontribut tal-PAK għall-miri relatati tal-UE tidher li mhix realistika.

4.

Skont il-proposta, il-fondi tal-UE ma jiġux allokati fuq il-bażi ta’ valutazzjoni tal-ħtiġijiet imwettqa fil-livell tal-UE u r-riżultati mistennija u l-livelli proposti ta’ kofinanzjament ma jkunux jirriflettu livelli differenti tal-valur miżjud mistenni tal-UE. Kull Stat Membru jalloka sehem mill-pakkett finanzjarju tiegħu li jkun ġie stabbilit minn qabel għal interventi speċifiċi fuq il-bażi ta’ valutazzjoni tal-ħtiġijiet proprja tagħhom (dawn l-allokazzjonijiet jibqgħu suġġetti għal bosta restrizzjonijiet sinifikanti). B’mod partikolari, il-proposta tkompli timponi fuq l-Istati Membri l-użu ta’ pagamenti diretti bbażati fuq ammont partikolari ta’ ettari ta’ art li tappartjeni lill-bdiewa jew li huma jużaw. Dan l-istrument la huwa adattat biex jindirizza parti kbira mill-problemi ambjentali u klimatiċi, u lanqas huwa l-aktar mod effiċjenti biex jiġi appoġġat l-introjtu vijabbli tal-azjendi agrikoli.

5.

Il-proposta żżomm ċerti karatteristiċi ewlenin bħas-Sistemi Integrati ta’ Amministrazzjoni u Kontroll. Hija tnaqqas il-qafas leġiżlattiv minn ħames għal tliet regolamenti. Il-programmazzjoni konġunta, fi pjan strateġiku nazzjonali wieħed taħt il-PAK, ta’ miżuri li attwalment jinsabu mifruxin bejn il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u l-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), tista’ tikkontribwixxi biex tiġi żgurata l-konsistenza bejn diversi miżuri tal-PAK. Madankollu, mhuwiex ċar jekk, b’mod kumplessiv, il-PAK hijiex se tkun aktar sempliċi, minħabba li l-kumplessità tiżdied f’aspetti oħra (pereżempju l-proposta tintroduċi skema ekoloġika b’objettivi simili għal dawk ta’ żewġ strumenti ambjentali oħra).

6.

Il-valutazzjoni tal-eliġibbiltà tal-Kummissjoni tkun ibbażata fuq miżuri relatati mal-output u mal-operat tas-sistemi ta’ governanza, u teskludi r-regoli għal benefiċjarji individwali li jinsabu fil-pjanijiet strateġiċi tal-PAK. “Output” mhix iddefinita b’mod ċar fil-proposta. Fil-fehma tagħna, hemm interventi fejn l-outputs jiddependu fuq il-konformità tal-benefiċjarji mal-impenji stabbiliti fil-pjanijiet strateġiċi tal-PAK.

7.

L-aġenziji tal-pagamenti jkollhom jiżguraw il-legalità u r-regolarità tal-operazzjonijiet iffinanzjati mill-PAK. Il-korpi taċ-ċertifikazzjoni jivverifikaw il-funzjonament tas-sistemi ta’ governanza, li jikkonsistu f’korpi ta’ governanza u “rekwiżiti bażiċi tal-Unjoni”. Dawn tal-aħħar ikunu ddefiniti bħala r-regoli stabbiliti fir-Regolament dwar il-pjan strateġiku tal-PAK u fir-Regolament Orizzontali. Mhux ċar jekk il-kontrolli tal-korpi taċ-ċertifikazzjoni jkoprux id-definizzjonijiet u l-kriterji speċifiċi ta’ eliġibbiltà stabbiliti fil-pjanijiet strateġiċi tal-PAK.

8.

Għall-PAK, il-Kummissjoni għandha l-għan li tibdel minn mudell ta’ implimentazzjoni bbażat fuq il-konformità għal mudell ibbażat fuq il-prestazzjoni. Aħna nilqgħu l-ambizzjoni li ssir bidla lejn mudell ibbażat fuq il-prestazzjoni. Madankollu, nikkunsidraw li l-proposta ma fihiex l-elementi meħtieġa ta’ sistema ta’ prestazzjoni effettiva. In-nuqqas ta’ objettivi ċari, speċifiċi u kkwantifikati fil-livell tal-UE joħloq inċertezza dwar kif il-Kummissjoni tivvaluta l-pjanijiet strateġiċi tal-PAK tal-Istati Membri. Dan ifisser ukoll li l-ilħuq tal-objettivi tal-UE ma jistax jitkejjel. Fir-rigward tal-prestazzjoni, il-qafas propost jipprovdi inċentivi li huma relattivament dgħajfa. Il-miri jistgħu ma jintlaħqux b’marġni konsiderevoli u jkollhom impatt żgħir fuq il-finanzjament li jingħata mill-UE. Prestazzjoni tajba tistal-aktar l-aktar tiskatta bonus marġinali għall-“prestazzjoni”.

9.

B’mod partikolari, jeħtieġ li jkun hemm dawn l-elementi li ġejjin:

objettivi ċari, speċifiċi u kkwantifikati fil-livell tal-UE li t-twettiq tagħhom ikun jista’ jitkejjel;

miżuri li jkunu marbuta b’mod ċar mal-objettivi;

ġabra kompletament żviluppata ta’ indikaturi tal-output, tar-riżultati u tal-impatti;

rekwiżiti għall-Istati Membri biex jiġbru statistika affidabbli u komparabbli dwar l-introjtu disponibbli tal-azjendi agrikoli;

kriterji trasparenti għall-valutazzjoni tal-kontenut u tal-kwalità tal-pjanijiet strateġiċi tal-PAK;

pagamenti bbażati fuq il-prestazzjoni għall-Istati Membri.

10.

Aħna nilqgħu t-tentattiv tal-Kummissjoni li tibdel għal valutazzjoni bbażata fuq il-prestazzjoni. Madankollu, din il-bidla ma teliminax il-ħtieġa li jiġu kkontrollati l-legalità u r-regolarità. Il-proposta tal-Kummissjoni żżomm rekwiżiti bħar-regola tal-“bidwi ġenwin” u l-użu ta’ pagamenti diretti bbażati fuq ammont partikolari ta’ ettari ta’ art li tappartjeni lill-bdiewa jew li huma jużaw, li jiġu ssorveljati permezz tas-sistema integrata ta’ amministrazzjoni u kontroll, inkluż is-sistema ta’ identifikazzjoni tal-irqajja’ tal-art. Dan ifisser li l-pagament favur benefiċjarju jkun regolari biss jekk jissodisfa dawn ir-rekwiżiti (anke jekk dawn ikunu – fuq il-bażi tar-rekwiżiti tal-UE – speċifikament iddefiniti mir-regoli tal-Istat Membru). Fil-proposta, ir-rwol superviżorju tal-Istati Membri ma jinbidilx, għalkemm il-kontroll tal-legalità u tar-regolarità mill-korpi taċ-ċertifikazzjoni ma jibqax obbligatorju. Ir-rappurtar u l-aċċertament li l-Kummissjoni tikseb jinbidlu b’mod sinifikanti. Skont il-proposta, il-Kummissjoni la tirċievi statistika ta’ kontroll mill-aġenziji tal-pagamenti, u lanqas aċċertament dwar il-pagamenti li jsiru favur il-bdiewa individwali mill-korpi taċ-ċertifikazzjoni.

11.

Fl-aħħar mill-aħħar, il-Kummissjoni tibqa’ responsabbli għall-implimentazzjoni tal-baġit (9), inkluż il-pagamenti li jsiru fi ħdan l-Istati Membri, skont ir-regoli stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-UE, u dawk il-partijiet tal-pjanijiet strateġiċi tal-PAK meħtieġa mir-regolamentazzjoni tal-UE. Aħna nifhmu li l-impatt tal-proposta jdgħajjef l-obbligu ta’ rendikont tal-Kummissjoni f’dan ir-rigward.

12.

Il-proposta tal-Kummissjoni ma tipprovdix bażi għal approċċ ta’ “attestazzjoni” għad-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni, li attwalment qed nikkunsidraw. Skont il-proposta, il-Kummissjoni ma tkunx tista’ tikkwantifika aktar sa liema punt il-pagamenti jkunu saru bi ksur tar-regoli. Il-proposta tagħmilha wkoll aktar diffiċli li jiġi applikat approċċ ta’ awditu uniku, b’mod partikolari minħabba r-rwol inqas importanti tal-korpi taċ-ċertifikazzjoni.

INTRODUZZJONI

13.

Fl-1 ta’ Ġunju 2018, il-Kummissjoni ppubblikat il-proposta leġiżlattiva tagħha għall-PAK wara l-2020, li fiha tliet regolamenti akkumpanjati minn valutazzjoni tal-impatt (10) u memorandum ta’ spjegazzjoni li jkopri t-tliet regolamenti. Din l-introduzzjoni ssegwi l-istruttura tal-memorandum u jintużaw l-istess intestaturi.

14.

Fil-kapitolu ta’ wara l-introduzzjoni, aħna nivvalutaw il-proposta. Fl-Annessi I u II, aħna nikkummentaw dwar il-qafas ta’ prestazzjoni propost mill-Kummissjoni.

Kuntest tal-proposta

15.

Il-memorandum ta’ spjegazzjoni tal-Kummissjoni jenfasizza li “Politika Agrikola Komuni mmodernizzata trid iżżid il-valur miżjud Ewropew tagħha billi tkun aktar ambizzjuża f’dak li għandu x’jaqsam mal-ambjent u mal-klima u billi tindirizza l-aspettattivi taċ-ċittadini b’rabta ma’ saħħithom, mal-ambjent u mal-klima” (11). Il-Kummissjoni interpretat l-objettivi tal-PAK stabbiliti fit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) bħala li jaqblu mal-kuntest attwali, u l-proposta tiddefinixxi disa’ “objettivi speċifiċi” (ara l-Figura 1).

Figura 1

Objettivi tal-PAK

Image

Sors: Il-QEA, ibbażat fuq l-Artikolu 39 tat-TFUE u l-Artikoli 5 u 6 tar-Regolament dwar il-pjan strateġiku tal-PAK.

Bażi ġuridika, sussidjarjetà u proporzjonalità

16.

Il-proposta tnaqqas il-qafas leġiżlattiv minn ħames għal tliet regolamenti. Ir-“Regolament dwar il-pjan strateġiku tal-PAK” ikopri l-objettivi tal-PAK, it-tipi ta’ interventi (12) ffinanzjati taħt il-politika u r-rekwiżiti ġenerali għat-tħejjija ta’ pjanijiet strateġiċi tal-PAK. Ir-“Regolament Orizzontali” jinkludi regoli finanzjarji u l-qafas ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni, filwaqt li r-“Regolament Emendatorju” prinċipalment jittrasferixxi parti kbira mir-regoli tar-“Regolament dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq” (13) għar-Regolament dwar il-pjan strateġiku tal-PAK.

17.

Il-Kummissjoni tipproponi mudell ta’ implimentazzjoni ġdid, filwaqt li tissuġġerixxi li dan iwassal għal sussidjarjetà akbar u għal żieda fl-obbligu ta’ rendikont tal-Istati Membri. Bl-istabbiliment ta’ ċerti parametri biss fil-leġiżlazzjoni tal-UE u bl-għoti ta’ għażla usa’ ta’ strumenti ta’ politika lill-Istati Membri, kif ukoll bl-irbit parzjali tal-pagamenti mal-ksib tal-outputs, il-Kummissjoni qed tfittex li tibdel il-fokus tal-PAK mill-konformità għall-prestazzjoni. Il-Figura 2 turi stampa tal-mudell ta’ implimentazzjoni ġdid.

Figura 2

Il-mudell ta’ implimentazzjoni ġdid

Image

Sors: Il-QEA, ibbażat fuq il-proposta tal-Kummissjoni għall-PAK wara l-2020 u l-valutazzjoni tal-impatt li takkumpanjaha.

18.

Is-settur agrikolu jvarja b’mod sinifikanti bejn l-Istati Membri, u r-regoli attwali tal-UE jagħtu lill-Istati Membri ċerta libertà fid-definizzjoni tal-applikazzjoni tal-PAK. Fir-rapport tagħna dwar l-Iskema ta’ Pagament Bażiku (14), aħna indikajna li hemm differenzi sinifikanti ħafna fil-mod kif l-iskemi attwalment qed jiġu mmexxija fi Stati Membri differenti. Pereżempju, il-Ġermanja kienet qed tikkonverġi rapidament ir-rati tal-għajnuna għall-bdiewa tagħha, filwaqt li Spanja żammet differenzi kbar fl-ammonti mħallsa lill-bdiewa. Id-data tal-Kummissjoni (15) turi wkoll li, filwaqt li ħafna Stati Membri għamlu użu minn appoġġ akkoppjat, is-sehem tal-infiq użat għal dan ir-rigward (u t-tip ta’ produzzjoni appoġġata) kien ivarja ħafna. Skont il-mudell il-ġdid, li jinkludi inqas regoli tal-UE, il-formulazzjoni tal-politika u tal-interventi speċifiċi tkun tiddependi dejjem aktar mill-għażliet li l-Istati Membri jagħmlu fil-pjanijiet strateġiċi tal-PAK tagħhom u mill-approvazzjoni ta’ dawn il-pjanijiet min-naħa tal-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha l-għan li telimina r-rabta bejn l-UE u l-benefiċjarji finali. Dan ifisser li l-Istati Membri jkollhom ir-responsabbiltà li jiddefinixxu fid-dettal ir-regoli ta’ eliġibbiltà applikabbli għall-benefiċjarji finali. Madankollu, il-proposta tinvolvi restrizzjonijiet sinifikanti fuq l-għażliet tal-Istati Membri, bħal pereżempju li ċerti sussidji jkunu obbligatorji. Il-Kummissjoni tqis li dan huwa meħtieġ sabiex tinżamm il-karatteristika tal-PAK bħala politika komuni (16).

Riżultati tal-evalwazzjonijiet ex post, tal-konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati u tal-valutazzjonijiet tal-impatt

19.

Preċedentement, aħna kkritikajna (17) l-fatt li l-evalwazzjonijiet ex post ma jkunux disponibbli fil-ħin biex ikollhom impatt reali fuq il-politiki l-ġodda, u rrakkomandajna li l-Kummissjoni ssegwi l-prinċipju ta’ “l-ewwel evalwa” meta tirrevedi l-leġiżlazzjoni eżistenti (18). Madankollu, ir-rapport inizjali tal-Kummissjoni li jinkludi l-ewwel riżultati dwar il-prestazzjoni tal-PAK attwali se jkun disponibbli biss fi tmiem l-2018 (19). Kif irrappurtajna fid-dokument informattiv u analitiku tagħna (20), l-eżaminar tal-infiq min-naħa tal-Kummissjoni ma jipprovdix valutazzjoni ta’ – jew konklużjoni dwar – il-valur miżjud tal-UE ta’ programmi speċifiċi. Għalhekk, hija ma tantx tipprovdi fehim approfondit li jiggwida d-deċiżjonijiet futuri li jittieħdu mil-leġiżlaturi tal-UE fir-rigward tal-finanzjament.

20.

Fit-tħejjija tal-proposta, il-Kummissjoni kkonsultat lill-partijiet interessati (21). Filwaqt li l-konsultazzjoni żvelat livell għoli ta’ interess fiż-żamma ta’ politika agrikola komuni – b’mod partikolari mill-benefiċjarji – fir-rigward tal-flessibbiltà ma tantx kien hemm kunsens. Ċerti risposti appellaw biex jingħataw aktar lok sabiex jadattaw għall-ħtiġijiet lokali. Oħrajn talbu għal azzjoni aktar b’saħħitha min-naħa tal-UE biex tiggarantixxi kundizzjonijiet ekwi. Il-konsultazzjoni indikat li l-adattament għat-tibdil fil-klima u l-protezzjoni ambjentali huma oqsma li jiġu indirizzati l-aħjar permezz ta’ azzjoni tal-UE.

21.

Fil-valutazzjoni tal-impatt tagħha, il-Kummissjoni vvalutat diversi kombinamenti ta’ strumenti ta’ politika, li inizjalment kopriet linja bażi u erba’ opzjonijiet. Madankollu, il-Kummissjoni eliminat l-opzjoni li l-PAK (22) titneħħa mill-valutazzjoni tal-impatt fuq il-bażi tar-rakkomandazzjoni tal-Bord tal-Iskrutinju Regolatorju u minħabba li hija ddeċidiet li l-eliminazzjoni gradwali tal-PAK ma tkunx konformi mal-obbligi tat-Trattat. Matul l-integrazzjoni tal-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli fil-valutazzjoni tal-impatt tagħha, il-Kummissjoni ħadet kont tal-problemi relatati mal-ugwaljanza bejn is-sessi, iżda jidher li dan ma tantx kellu impatt fuq il-proposta.

22.

Ir-riżultati tal-valutazzjoni tal-impatt jenfasizzaw kompromessi diffiċli, iżda ma juru l-ebda konklużjoni dwar xi kombinament ippreferut ta’ strumenti ta’ politika. Il-proposta finali tal-Kummissjoni ma tikkorrispondi mal-ebda waħda mill-opzjonijiet ivvalutati fil-valutazzjoni tal-impatt. Kif diġà rrappurtajna preċedentement (23), mhuwiex faċli li jiġu identifikati r-riżultati u l-messaġġi prinċipali tal-valutazzjoni tal-impatt. B’mod partikolari, huwa diffiċli li jiġi identifikat kif il-miżuri proposti jilħqu l-objettivi stabbiliti mill-Kummissjoni.

23.

Il-valutazzjoni tal-impatt fiha nfisha ma kinitx suġġetta għal konsultazzjoni pubblika. Il-verżjoni finali ġiet ippubblikata flimkien mal-proposta. Preċedentement, aħna rrakkomandajna li l-Kummissjoni (24) tippubblika, għal skopijiet ta’ informazzjoni u kummenti, dokumenti interim bħal pjanijiet direzzjonali u abbozzi ta’ valutazzjonijiet tal-impatt.

Implikazzjonijiet baġitarji

24.

L-allokazzjoni finanzjarja proposta għall-PAK tkun inqas minn dik tal-perjodu attwali (25). Il-kobor ta’ dan it-tnaqqis ikun jiddependi fuq il-kalkolu tiegħu. Fid-dokument informattiv u analitiku tagħna dwar il-proposta għal qafas finanzjarju pluriennali, irrappurtajna tnaqqis ta’ 15 %, filwaqt li l-Kummissjoni spiss tirreferi għal tnaqqis ta’ 5 % (26) (ara l-Figura 3). Fil-biċċa l-kbira, id-differenzi jiddependu fuq il-linja bażi magħżula għat-tqabbil (27) u fuq jekk jintużawx prezzijiet attwali jew kostanti (28).

Figura 3

Modi differenti ta’ kif tiġi kkalkulata l-bidla proposta fil-baġit tal-PAK

Image

Sors: Il-QEA, ibbażat fuq data tal-Kummissjoni.

Elementi oħra

25.

Il-Kummissjoni tipproponi li tinżamm in-nomenklatura eżistenti ta’ żewġ strumenti ta’ finanzjament għall-agrikoltura (l-FAEG u l-FAEŻR), għalkemm dawn ma jkunux aktar suġġetti għal proċessi ta’ programmazzjoni separati fl-Istati Membri. Il-Kummissjoni tipproponi li l-“programmi ta’ żvilupp rurali” (29) jiġu sostitwiti bi pjanijiet strateġiċi tal-PAK, li jkopru l-miżuri kollha tal-PAK (pagamenti diretti, miżuri tas-suq, miżuri ta’ żvilupp rurali) (30). Madankollu, l-għażliet tal-Istati Membri fir-rigward tal-infiq taħt il-PAK ikunu limitati mir-restrizzjonijiet stabbiliti fil- Kaxxa 2 .

Kaxxa 2 –   L-ambitu għall-ippjanar strateġiku tal-pagamenti diretti

Għalkemm l-Istati Membri jkollhom japplikaw ippjanar strateġiku għall-pagamenti diretti, il-proposta tillimita b’mod sinifikanti l-flessibbiltà tal-Istati Membri.

Huma jistgħu jużaw madwar 7 % (31) għal interventi settorjali u sa 12 % (32) għal pagamenti akkoppjati, iżda l-bqija tal-FAEG ikun riżervat għal appoġġ diżakkoppjat għall-introjtu (33) u skemi ekoloġiċi (34) għall-bdiewa.

L-Istati Membri jkunu meħtieġa li joffru skemi ekoloġiċi, iżda ma jkun hemm l-ebda rekwiżit baġitarju minimu, u l-iskemi jkunu volontarji. Għalhekk, probabbilment l-akbar sehem tal-FAEG jibqa’ jiġi allokat għal appoġġ diżakkoppjat għall-introjtu għall-bdiewa, imħallas għal kull ettaru ta’ art. L-Istati Membri jeħtieġ li jallinjaw ir-rati tal-għajnuna f’reġjun jew inaqqsu l-varjazzjoni fil-valur tal-unità tagħhom bejn il-bdiewa (l-hekk imsejħa konverġenza interna) (35).

Il-proposta tintroduċi limiti massimi obbligatorji għall-pagamenti li jsiru favur il-bdiewa individwali (36) u tagħmel il-pagamenti ridistributtivi obbligatorji (37).

VALUTAZZJONI TAL-PROPOSTA

26.

B’segwitu għall-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-ġejjieni tal-ikel u l-biedja f’Novembru 2017, aħna ppubblikajna dokument informattiv u analitiku dwar il-ġejjieni tal-PAK. F’dan id-dokument, aħna ppreżentajna l-kriterji għar-reviżjoni tagħna tal-proposta leġiżlattiva tal-PAK wara l-2020. Dawn il-kriterji jiggwidaw il-valutazzjoni tagħna f’din il-parti tal-opinjoni. Dawn huma bbażati fuq il-mudell loġiku tal-programm tagħna (spjegat fil-paragrafu 19 u fil-Figura 4 tad-dokument informattiv u analitiku tagħna), li jistabbilixxi kif l-interventi pubbliċi jistgħu jiksbu ekonomija, effiċjenza u effettività. B’dan il-mod, l-opinjoni tagħna hija valutazzjoni tal-ekonomija, l-effiċjenza u l-effettività u l-konklużjonijiet tagħna huma mmirati biex jippromwovu soluzzjonijiet li jtejbu dawn it-tliet elementi.

Valutazzjoni tal-ħtiġijiet tal-PAK

Kriterji

1.1.

Il-ħtiġijiet huma identifikati fuq il-bażi ta’ evidenza solida.

1.2.

Il-valur miżjud fl-indirizzar ta’ dawn il-ħtiġijiet jiġi ddimostrat permezz ta’ azzjoni tal-UE.

1.3.

Il-proposta tal-PAK tieħu kont ta’ xejriet fit-tul.

1.4.

Il-proposta tal-PAK hija ċara fir-rigward tal-impatti distribuzzjonali tagħha.

27.

Il-Kummissjoni stabbiliet dak li hija identifikat bħala l-ħtiġijiet l-aktar importanti tas-settur tal-biedja ġewwa l-UE fil-komunikazzjoni tagħha dwar il-ġejjieni tal-ikel u l-biedja. Hija kompliet telabora dwar dawn fid-dokumenti ta’ sfond tagħha dwar l-isfidi ekonomiċi, soċjoekonomiċi, ambjentali u dawk relatati mat-tibdil fil-klima. Bħala argument għall-pagamenti diretti, hija ssemmi li d-dħul minn attivitajiet agrikoli huwa inqas mill-pagi medji tal-ekonomija kollha kemm hi (38). Madankollu, kif indikajna fid-dokument informattiv u analitiku tagħna, id-data tal-Kummissjoni ma tiħux kont tas-sorsi tal-introjtu apparti l-biedja.

28.

Fid-dokument informattiv u analitiku tagħna dwar il-ġejjieni tal-PAK, aħna esprimejna l-fehma li d-data ppubblikata dwar id-dħul tal-bdiewa ma kinitx biżżejjed biex “tappoġġa d-dikjarazzjoni li l-unitajiet domestiċi ta’ azjendi agrikoli, meqjusa fl-intier tagħhom, jeħtieġu appoġġ sinifikanti biex jiksbu standard ġust tal-għajxien”. L-analiżi li l-Kummissjoni wettqet fir-rigward tad-dħul tal-bdiewa ma nbidlitx fil-valutazzjoni tal-impatt u ma hemm l-ebda rekwiżit għall-Istati Membri biex jiġbru statistika affidabbli u komparabbli dwar id-dħul disponibbli tal-azjendi agrikoli (39). Id-data u t-tendenzi ewlenin l-oħra rilevanti għas-settur tal-biedja li aħna enfasizzajna fid-dokument informattiv u analitiku tagħna huma:

azjendi agrikoli inqas numerużi iżda akbar fid-daqs: fl-2013 kien hemm 10,8 miljun azjenda agrikola (tnaqqis ta’ 22 % meta mqabbel mal-2007) filwaqt li d-daqs medju żdied minn 12,6 ettaru għal 16,1 ettaru;

tnaqqis ta’ 25 % fil-forza tax-xogħol agrikola (minn 12,8 miljun ekwivalenti full-time fl-2005 għal 9,5 miljuni fl-2017);

mill-2010 ’l hawn, l-UE saret esportatur nett tal-ikel, b’surplus kummerċjali ta’ EUR 20,5 biljun fl-2017, li prinċipalment irriżulta minn ikel ipproċessat u xorb – l-UE saret importatur nett ta’ prodotti agrikoli mhux ipproċessati (40);

azjenda agrikola ta’ daqs medju tipprovdi xogħol għal inqas minn persuna waħda full-time;

filwaqt li l-prestazzjoni ta’ setturi differenti tvarja ħafna, kien hemm żieda sinifikanti fl-introjtu mill-biedja għal kull persuna full-time;

il-popolazzjoni tal-biedja li qed tixjieħ, u l-għadd dejjem jonqos ta’ bdiewa żgħażagħ: għal kull 100 maniġer ta’ azjendi agrikoli li għandhom aktar minn 55 sena, l-għadd ta’ maniġers ta’ azjendi agrikoli taħt il-35 sena naqas minn 14 fl-2010 għal 11 fl-2013.

29.

Il-Kummissjoni tidher li ħadet kont tal-ippjanar fuq terminu medju, minħabba li l-valutazzjoni tal-impatt tagħha tinkludi l-ippjanar sal-2030. Madankollu, il-viżjoni aktar fit-tul tagħha rigward l-agrikoltura fl-UE (b’kont meħud tal-bidla teknoloġika, klimatika, soċjetali u demografika, eċċ.) mhix evidenti.

30.

L-Istati Membri jivvalutaw il-ħtiġijiet lokali tagħhom fil-pjanijiet strateġiċi tal-PAK u jibbażaw l-għażla tagħhom ta’ interventi fuq dawn. Il-mudell propost jittrasferixxi aktar responsabbiltajiet mill-UE lill-Istati Membri, mhux biss għall-FAEŻR iżda wkoll għall-FAEG. Eżempju wieħed ta’ dan jirrigwarda r-rakkomandazzjoni (41) reċenti tagħna, li l-Kummissjoni jeħtieġ li tivvaluta l-pożizzjoni tal-introjtu għall-gruppi kollha ta’ bdiewa u tanalizza l-ħtieġa tagħhom ta’ appoġġ għall-introjtu qabel ma tagħmel xi proposta għat-tfassil futur tal-PAK (ara l-Kaxxa 3). Skont il-proposta, l-Istati Membri jkunu responsabbli għat-twettiq ta’ dawn il-valutazzjonijiet (42). Madankollu, kif rajna, l-istrument ewlieni tal-introjtu huwa fil-biċċa l-kbira stabbilit mil-leġiżlazzjoni proposta tal-UE (ara l-paragrafu 25). Għalhekk Stat Membru, pereżempju, li jkun imħasseb dwar l-impatt tas-sussidji fuq is-sessi (iċ-ċifri tal-Kummissjoni jissuġġerixxu li l-irġiel jirċievu madwar tlieta minn kull ħamsa ta’ dawn is-sussidji, filwaqt li n-nisa jirċievu wieħed minn kull tmienja, u l-kumpaniji jirċievu l-bqija) ikollu ftit opzjonijiet biex ibiddel din id-distribuzzjoni.

Kaxxa 3 –   Rakkomandazzjoni 3 mir-Rapport Speċjali Nru 10/2018 (43)

Qabel ma tagħmel xi proposta għad-disinn futur tal-PAK, jenħtieġ li l-Kummissjoni tivvaluta l-pożizzjoni tal-introjtu għall-gruppi kollha ta’ bdiewa u tanalizza l-ħtieġa tagħhom ta’ appoġġ għall-introjtu, filwaqt li tieħu inkunsiderazzjoni d-distribuzzjoni attwali tal-appoġġ tal-UE u dak nazzjonali, il-potenzjal agrikolu tal-art, id-differenzi fl-erjas prinċipalment iddedikati għall-produzzjoni agrikola jew għall-manutenzjoni, l-ispiża u l-vijabbiltà tal-biedja, l-introjtu mill-ikel u minn produzzjoni agrikola oħra kif ukoll minn sorsi mhux agrikoli, il-fatturi għall-effiċjenza u l-kompetittività tal-azjendi agrikoli kif ukoll il-valur tal-beni pubbliċi li l-bdiewa jipprovdu.

Jenħtieġ li l-Kummissjoni torbot, mill-bidu nett, il-miżuri proposti ma’ objettivi u ma’ linji bażi operazzjonali xierqa li magħhom tkun tista’ titqabbel il-prestazzjoni tal-appoġġ.

31.

Il-Kummissjoni għandha l-għan li tindirizza l-konċentrazzjoni tal-appoġġ fuq azjendi ta’ daqs akbar billi tipproponi limiti massimi obbligatorja u distribuzzjoni mill-ġdid tal-pagamenti diretti (44), f’konformità mar-rakkomandazzjonijiet li għamilna fl-2011 (45). Madankollu, il-possibbiltà li jitnaqqsu l-ispejjeż għas-salarji – inklużi l-ispejjeż għal xogħol mhux imħallas – mill-ammont ta’ pagamenti diretti kkunsidrati għal-limitu massimu, tillimita l-impatt tal-miżura.

32.

B’mod ġenerali, il-Kummissjoni ma pprovdietx evidenza soda li hemm il-ħtieġa ta’ intervent mill-UE fl-oqsma kollha proposti. Filwaqt li l-każ rigward l-azzjonijiet tal-UE relatati mal-qasam tal-ambjent u t-tibdil fil-klima huwa b’saħħtu, id-data użata biex tappoġġa l-valutazzjoni tal-ħtiġijiet għall-introjtu tal-bdiewa mhix biżżejjed. Għalkemm il-valutazzjoni tal-impatt tal-Kummissjoni analizzat l-impatt distribuzzjonali tal-opzjonijiet ikkunsidrati, ma hemm l-ebda analiżi għal dan ir-rigward għall-proposta finali.

Valutazzjoni tal-objettivi tal-PAK

Kriterji

2.1.

L-objettivi tal-PAK tal-UE jkunu ddefiniti b’mod ċar u jkunu jirriflettu l-ħtiġijiet identifikati u l-viżjoni fuq terminu twil għall-PAK.

2.2.

L-objettivi tal-PAK tal-UE jiġu kkonkretizzati f’miri kwantifikati fil-livell tal-impatti u tar-riżultati.

2.3.

L-objettivi tal-PAK tal-UE jkunu konsistenti ma’ objettivi oħra ta’ politika tal-UE, kemm ġenerali kif ukoll settorjali, u ma’ impenji internazzjonali (46).

33.

Filwaqt li l-proposta tal-Kummissjoni tifformula objettivi ta’ politika (ara l-paragrafu 15), hija tagħti r-responsabbiltà għat-teħid ta’ deċiżjonijiet dwar interventi u miri speċifiċi lill-Istati Membri (permezz tal-“pjanijiet strateġiċi tal-PAK”). L-akbar parti tal-baġit tal-PAK tkompli tiffinanzja pagamenti diretti favur il-bdiewa (47). Minħabba n-nuqqas ta’ informazzjoni preċiża dwar l-introjtu tal-unitajiet domestiċi tal-bdiewa (ara l-paragrafi 27 u 28), huwa diffiċli li wieħed jara kif l-objettivi u l-miri speċifiċi jistgħu jiġu fformulati u segwiti.

34.

L-“objettivi speċifiċi” fl-Artikolu 6 tar-Regolament dwar il-pjan strateġiku tal-PAK mhumiex iddefiniti b’mod ċar; dawn la huma speċifiċi u lanqas huma kkonkretizzati f’miri kkwantifikati. Kif irrappurtajna preċedentement (48), objettivi ta’ livell għoli li ma jkunux iffukati biżżejjed ma jwasslux għal suċċess operazzjonali. In-nuqqas ta’ objettivi ċari u miri kkwantifikati huwa punt rikorrenti fir-rapporti speċjali tagħna (49). F’ħafna oqsma, il-Kummissjoni għandha biżżejjed informazzjoni biex tidentifika linja bażi li hija tista’ tuża biex tivvaluta l-miri tal-Istati Membri fil-pjanijiet strateġiċi tal-PAK tagħhom.

35.

Il-fatt li l-proposta tiddikjara, b’mod kemxejn vag, li l-Istati Membri għandhom “jimmiraw” li jiżguraw li l-pagamenti diretti jkunu jistgħu jingħataw biss jekk jikkontribwixxu b’mod effettiv (50) għall-objettivi tal-PAK (ara l-paragrafu 15) huwa eżempju tar-rabta dgħajfa bejn it-tipi ta’ interventi u l-objettivi proposti. Madankollu, mhuwiex ċar għal liema objettivi speċifiċi qed tirreferi, jew kif dan il-kontribut jista’ jitkejjel. Wieħed mill-objettivi ewlenin proposti għall-pagamenti diretti huwa relatat mas-sikurezza tal-ikel (51). Fil-formulazzjoni attwali tiegħu, ir-rilevanza tal-objettiv għall-kuntest Ewropew hija dubjuża. Biex tkun żgurata s-sigurtà tal-ikel fil-futur, l-indirizzar tat-tibdil fil-klima x’aktarx li se jkun aktar rilevanti mill-appoġġ għall-introjtu tal-azjendi agrikoli (ara l-Kaxxa 4).

Kaxxa 4 –   Is-sigurtà tal-ikel

Il-kunċett ta’ sigurtà tal-ikel huwa relatat mal-provvista tal-ikel u mal-aċċess tal-persuni għalih. Ir-rapport finali mis-Summit Dinji dwar l-Ikel tal-1996 jiddikjara li s-sigurtà tal-ikel teżisti meta l-persuni kollha, fi kwalunkwe mument, ikollhom aċċess fiżiku u ekonomiku għal ikel suffiċjenti, sikur u nutrittiv li jissodisfa l-ħtiġijiet u l-preferenzi alimentari tagħhom sabiex ikunu jistgħu jgħixu ħajja attiva u f’saħħitha (52). Din id-definizzjoni tiggwida l-qafas ta’ politika tal-UE għas-sigurtà tal-ikel li ġie adottat fl-2010 (53).

Valutazzjoni reċenti (54) turi li d-denutrizzjoni fl-UE hija rari u li l-prevalenza tan-nuqqas ta’ sigurtà fl-ikel hija baxxa. Madankollu, l-Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Agrikoltura tan-Nazzjonijiet Uniti tikkonkludi li l-effetti tat-tibdil fil-klima jippreżentaw sfidi sostanzjali għall-agrikoltura. L-indirizzar tat-tibdil fil-klima u l-isfidi ambjentali (inkluż il-metodi ta’ produzzjoni sostenibbli), it-tnaqqis fit-telf u fl-iskart tal-ikel u s-salvagwardja tar-riżorsi naturali huma essenzjali għas-sigurtà tal-ikel tagħna fil-futur.

36.

Bosta mill-objettivi jikkombinaw kunċetti differenti, li jagħmluha diffiċli li jingħata segwitu u li jitkejjel l-ilħuq ta’ dawn l-objettivi. Jekk il-leġiżlatur ikollu l-għan li jżomm dawn l-objettivi ta’ politika, jista’ jkun jeħtieġ li jikkjarifika l-ambitu tagħhom, pereżempju:

l-Artikolu 6(1)(a) huwa relatat ma’ bosta objettivi li fir-rigward tagħhom ma ġietx iddimostrata r-relazzjoni kawżali. Ir-ripartizzjoni tal-objettivi tiffaċilita l-istabbiliment tal-miri u l-kejl tal-ilħuq tagħhom;

l-Artikolu 6(1)(b), fil-formulazzjoni attwali tiegħu, jimplika li l-ambitu huwa usa’ minn dak tas-settur tal-biedja, madankollu, l-indikaturi tar-riżultati u tal-impatti proposti fl-Anness I tar-Regolament dwar il-pjan strateġiku tal-PAK għal dan l-objettiv huma limitati għall-biedja u l-kummerċ agroalimentari;

l-Artikolu 6(1)(g) jipprovdi objettiv li jkopri żewġ kunċetti differenti ħafna, il-bdiewa żgħażagħ u l-iżvilupp tan-negozju fiż-żoni rurali; jekk l-aħħar kunċett jiġi ttrasferit għall-objettiv li jingħata fl-Artikolu 6(1)(h) il-konsistenza taż-żewġ objettivi titjieb.

37.

L-UE għamlet impenji internazzjonali kkwantifikati dwar il-prevenzjoni tat-tibdil fil-klima. Waħda mill-miri ewlenin tal-UE hija li, sal-2030, l-emissjonijiet globali ta’ gassijiet serra fl-UE jitnaqqsu b’40 % meta mqabbla ma dawk tal-1990 (55). Abbażi tal-proposta, il-Kummissjoni tistenna li 40 % tal-allokazzjoni finanzjarja totali tal-PAK (56) tmur għall-kisba ta’ din il-mira. Madankollu, il-kontribut ta’ dawn il-fondi fir-rigward tal-prevenzjoni tat-tibdil fil-klima mhuwiex magħruf, billi dan jiddependi mill-miżuri magħżula mill-Istati Membri fil-pjanijiet strateġiċi tal-PAK tagħhom.

38.

L-akbar kontribut għall-mira relatata mal-infiq huwa l-ponderazzjoni ta’ 40 % (57) għall-appoġġ għall-introjtu bażiku. Din l-istima hija bbażata fuq il-kontribut mistenni mill-“kundizzjonalità” (58), is-suċċessur tas-sistema ta’ kundizzjonalità u l-ekoloġizzazzjoni. Aħna diġà kellna dubju dwar il-ġustifikazzjoni għaċ-ċifra korrispondenti mill-perjodu attwali – 19,46 % (59) – u rrappurtajna li din ma kinitx stima prudenti (60). Għalhekk, aħna nsibu li l-kontribut stmat tal-PAK għall-objettivi tat-tibdil fil-klima mhuwiex realistiku. L-istimi eċċessivi tal-kontribut tal-PAK jistgħu jwasslu biex il-kontribuzzjonijiet finanzjarji għal oqsma oħra ta’ politika jkunu aktar baxxi, u b’hekk titnaqqas il-kontribuzzjoni kumplessiva tal-infiq tal-UE għall-mitigazzjoni u l-adattament għat-tibdil fil-klima. Minflok ma tintuża l-ponderazzjoni ta’ 40 % għall-appoġġ fil-forma ta’ pagamenti diretti, mod aktar affidabbli biex tiġi stmata l-kontribuzzjoni jkun li din il-ponderazzjoni tintuża biss għall-appoġġ fil-forma ta’ pagamenti diretti li jkun maħsub għal żoni fejn il-bdiewa realment japplikaw prattiki biex jimmitigaw it-tibdil fil-klima (pereżempju, il-protezzjoni ta’ artijiet mistagħdra u ta’ torbiera (61)).

39.

Il-proposta tal-Kummissjoni tenfasizza li l-objettivi relatati mal-ambjent u l-klima huma ta’ prijorità għolja u li l-PAK jenħtieġ li tkun aktar ambizzjuża fir-rigward ta’ dawn l-objettivi (62). Il-livell ta’ ambizzjoni jiġi ddeterminat – suġġett għar-restrizzjonijiet diskussi hawn fuq – mill-pjanijiet strateġiċi tal-PAK. L-Istati Membri jiddefinixxu miri kkwantifikati għall-indikaturi tar-riżultati fil-pjanijiet strateġiċi tal-PAK tagħhom. L-Istati Membri jkollhom jiġġustifikaw dawn il-miri (63), iżda l-proposta ma tiddikjarax li dawn jeħtieġ li jipprovdu evidenza tas-sitwazzjoni bażi sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tivvaluta l-ambizzjoni tal-miri. Il-Kummissjoni tivvaluta dawn il-miri u l-ġustifikazzjoni tagħhom fil-kors tal-approvazzjoni tal-pjanijiet strateġiċi tal-PAK. Il-mod kif hija twettaq il-valutazzjoni tagħha jew tiżgura ambizzjoni suffiċjenti mhuwiex ċar, minħabba li ma jkun hemm l-ebda mira kkwantifikata fil-livell tal-UE. Il-leġiżlatur jista’, pereżempju, jinkludi miri stabbiliti fil-livell tal-UE u impenji relatati mal-SDG, bħat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra, fid-deskrizzjoni dwar kif il-Kummissjoni jeħtieġ li tivvaluta l-pjanijiet strateġiċi tal-PAK (64).

40.

Il-proposta ma tispjegax kif il-Kummissjoni se twettaq il-valutazzjoni tagħha tal-pjanijiet strateġiċi tal-PAK. Ir-referenza fl-Artikolu 92 tar-regolament tal-pjan strateġiku tal-PAK għal “aktar ambizzjoni fir-rigward tal-objettivi relatati mal-ambjent u mal-klima” tkun tiggwida l-valutazzjoni tal-Kummissjoni. Madankollu, it-tifsira ta’ formulazzjonijiet bħal “għandhom jimmiraw li jagħmlu kontribut ġenerali akbar”, u “fil-pjanijiet strateġiċi tal-PAK tagħhom … jispjegaw … kif għandhom l-intenzjoni jiksbu l-kontribut ġenerali akbar” mhix spjegata. Għadu mhuwiex ċar kif il-Kummissjoni tista’ tivvaluta jew tkejjel din l-ambizzjoni.

41.

Regolament ma jistax jantiċipa l-isfidi futuri ewlenin kollha għal politika ta’ nfiq diversa u kbira, bħalma hi l-PAK. Dan ifisser li l-Kummissjoni tkun teħtieġ ċertu livell ta’ flessibbiltà fil-ġestjoni tal-politika. Madankollu, din il-kunsiderazzjoni ma tispjegax għalfejn l-objettivi proposti għall-PAK la huma ddefiniti b’mod ċar u lanqas huma kkonkretizzati f’miri kkwantifikati. Mingħajr objettivi ċari u miri kkwantifikati, il-Kummissjoni ma tkunx tista’ tivvaluta l-prestazzjoni tal-politika mal-eżitu mixtieq. Objettivi ċari u speċifiċi għandhom ikunu l-punt tat-tluq ta’ sistema effettiva bbażata fuq il-prestazzjoni.

Valutazzjoni tal-inputs tal-PAK

Kriterji

3.1.

Il-fondi jiġu allokati fuq il-bażi ta’ valutazzjoni tal-ħtiġijiet u ta’ riżultati mistennija.

3.2.

Il-fondi jintefqu fejn jistgħu jiksbu valur miżjud tal-UE sinifikanti.

42.

Fil-valutazzjoni tal-impatt tagħha, il-Kummissjoni analizzat l-allokazzjoni ta’ fondi għal skemi differenti. Hija għamlet dan permezz ta’ simulazzjoni tal-effett ta’ diversi kombinamenti ta’ opzjonijiet ta’ politika u allokazzjonijiet ta’ fondi fuq l-objettivi tal-PAK. Il-valutazzjoni tal-impatt ma fformulatx konklużjoni dwar liema opzjoni tkun l-aħjar, iżda pjuttost ikkonkludiet b’mod ġenerali li jeżisti kompromess diffiċli bejn l-opzjonijiet ta’ politika. Pereżempju, opzjonijiet li jinkludu skemi ambjentali aktar ambizzjużi huma assoċjati ma’ tnaqqis mistenni fl-introjtu tal-bdiewa.

43.

Il-FAEG ikopri l-appoġġ dirett lill-bdiewa, b’finanzjament ta’ 100 % mill-baġit tal-UE. Il-FAEŻR ikopri l-impenji ambjentali u klimatiċi, l-investimenti tal-azjendi agrikoli u ċerti proġetti rurali oħra, b’kofinanzjament mill-Istati Membri. Minkejja li inizjalment il-Kummissjoni kellha l-intenzjoni li tipproponi intensitajiet ta’ finanzjament li jiddependu fuq il-valur miżjud tal-UE (65), dan mhuwiex rifless fil-livelli proposti ta’ kofinanzjament. Pereżempju, l-ekoskemi jiġu ffinanzjati 100 % mill-UE (66), anke jekk dawn jistgħu jkunu inqas ambizzjużi minn impenji ambjentali, li jkunu jeħtieġu kofinanzjament ta’ 20 % mill-Istati Membri (67). Ma hemm l-ebda raġuni għalfejn għandha tinżamm din id-distinzjoni u t-terminoloġija li tirreferi għal “fondi” separati. Il-kombinament tagħhom, pereżempju, jiffaċilita t-tqabbil tal-livell ta’ kofinanzjament tal-UE mal-valur miżjud tal-UE.

44.

L-Annessi tar-Regolament dwar il-pjan strateġiku tal-PAK jinkludu l-allokazzjoni finanzjarja proposta għal kull Stat Membru. Dawn l-allokazzjonijiet la huma ddeterminati fuq il-bażi tal-ħtiġijiet tal-Istati Membri u lanqas fuq impenji għall-ksib ta’ riżultati speċifiċi. L-Istati Membri jallokaw fondi għal miżuri individwali bbażati fuq il-valutazzjonijiet tal-ħtiġijiet tagħhom fil-pjanijiet strateġiċi tal-PAK. Il-Figura 4 turi l-flessibbiltà proposta u r-restrizzjonijiet tal-baġit tal-PAK.

Figura 4

Il-flessibbiltà u r-restrizzjonijiet tal-baġit tal-PAK

Image

Sors: Il-QEA, ibbażat fuq l-Artikoli 82, 83 u 86 u l-Annessi IV-IX tar-Regolament dwar il-pjan strateġiku tal-PAK u fuq dokumenti ta’ ħidma tal-Kummissjoni.

45.

Ir-Regolament jipproponi infiq ta’ mill-inqas 30 % tal-FAEŻR (68) fuq azzjonijiet relatati mal-ambjent u t-tibdil fil-klima, u ammont ekwivalenti ta’ mill-inqas 2 % tal-allokazzjoni tal-FAEG (69) fuq tiġdid ġenerazzjonali. L-allokazzjoni tal-fondi, flimkien ma’ għadd ta’ elementi oħra (70) fil-proposta, jirriflettu l-prijorità mogħtija biex jiġu attirati bdiewa żgħażagħ u jiġu indirizzati d-dgħufijiet identifikati fir-rapport speċjali reċenti tagħna dwar is-suġġett (71). Id-demografija tal-komunità rurali tvarja ħafna minn Stat Membru għal ieħor, iżda l-ebda Stat Membru ma jista’ jikkonkludi li huma meħtieġa sforzi ulterjuri għall-promozzjoni tat-tiġdid ġenerazzjonali. Il-fatt li l-fondi tal-UE dejjem se jkunu awtomatikament disponibbli għal dawn l-iskopijiet idgħajjef l-inċentiv tal-Istati Membri biex jużaw strumenti ta’ politika oħra għall-ksib tat-tiġdid ġenerazzjonali.

46.

Ir-rapport speċjali tagħna dwar l-appoġġ li jingħata mill-UE lil bdiewa żgħażagħ irrakkomanda li l-għajnuna tiġi mmirata aħjar, inkluż li jiġu speċifikati b’mod aktar ċar l-objettivi tal-għajnuna u l-impatt mistenni tagħha fuq ir-rata ta’ tiġdid ġenerazzjonali u l-vijabbiltà tal-azjendi appoġġati. Skont il-proposta, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jużaw il-biċċa l-kbira mill-ammont delimitat għal bdiewa żgħażagħ biex dawn jingħataw appoġġ għall-introjtu komplementari (pagamenti diretti) aktar milli għajnuna għall-installazzjoni. Kif wera l-awditu tagħna, din tal-aħħar toffri aktar opportunitajiet biex l-għajnuna li tingħata lil bdiewa żgħażagħ tiġi mmirata aħjar u tappoġġahom, pereżempju, biex itejbu l-vijabbiltà tal-azjendi tagħhom, jintroduċu inizjattivi li jiffrankaw l-ilma jew l-enerġija, jinvolvu ruħhom fil-biedja organika jew jistabbilixxu ruħhom f’żoni żvantaġġati.

47.

L-allokazzjoni delimitata tal-FAEŻR ta’ 30 % li ġiet proposta għall-ambjent u l-klima (li issa teskludi l-pagamenti għal żoni b’restrizzjonijiet naturali) tista’ taġixxi bħala inċentiv biex jiżdied l-infiq fuq dawn l-objettivi. Il-possibbiltà għall-Istati Membri li jittrasferixxu fondi mill-FAEG għall-FAEŻR biex jappoġġaw l-impenji ambjentali u klimatiċi ffinanzjati 100 % mill-UE tista’ wkoll tikkontribwixxi għal dan ir-rigward. L-Istati Membri ma jkollhomx għalfejn jallokaw fondi għall-ekoskemi introdotti taħt il-FAEG. Dawn l-iskemi jkunu suġġetti għal limitu massimu obbligatorju għall-pagamenti li jsiru favur il-bdiewa individwali (72). Dan ifisser li l-bdiewa li jirċievu appoġġ għall-introjtu bażiku li jkun qrib jew aktar mil-limitu massimu ma jkollhom l-ebda inċentiv biex jużaw ekoskemi bħal dawn.

48.

Il-proposta tal-PAK ma tidhirx li qed tagħti segwitu għall-ħtieġa li titnaqqas id-diskrepanza fl-investiment fis-settur agrikolu u li jiġi mmobilizzat il-baġit tal-UE (73). Hija ma tipprovdix inċentiv speċifiku biex isir aktar użu mill-istrumenti finanzjarji.

49.

Bħala konklużjoni, skont il-proposta, il-fondi tal-UE ma jiġux allokati fuq il-bażi ta’ valutazzjoni tal-ħtiġijiet imwettqa fil-livell tal-UE u r-riżultati mistennija. Kull Stat Membru jalloka l-pakkett finanzjarju tiegħu li jkun ġie stabbilit minn qabel għal interventi speċifiċi bbażati fuq il-valutazzjoni tal-ħtiġijiet speċifiċi tal-pajjiż, għalkemm dawn l-allokazzjonijiet jibqgħu suġġetti għal bosta restrizzjonijiet sinifikanti. Il-proposta ma tipprovdix mekkaniżmu għal rata ogħla ta’ kofinanzjament mill-UE għal miżuri b’valur miżjud akbar tal-UE.

Valutazzjoni tal-proċessi tal-PAK

Kriterji

4.1.

Il-politika tiġi implimentata permezz ta’ strumenti kosteffettivi bbażati fuq evidenza soda.

4.2.

Ikun hemm konsistenza bejn il-PAK u politiki oħra tal-UE u bejn strumenti differenti tal-PAK.

4.3.

Ir-regoli ta’ implimentazzjoni jkunu sempliċi u ma jikkompromettux il-kosteffettività.

4.4.

Jiġu proposti arranġamenti adegwati għat-tranżizzjoni għall-mudell ta’ implimentazzjoni ġdid.

Kosteffettività

50.

Il-valutazzjoni tal-impatt ma tinkludi l-ebda analiżi tal-kosteffettività tal-opzjonijiet ta’ politika kkunsidrati, iżda tivvaluta l-effettività ta’ diversi strumenti fir-rigward tal-ilħuq tal-objettivi tal-PAK.

51.

Il-Kummissjoni tipproponi li jiġu rregolati t-tipi ta’ pagamenti li l-Istati Membri jistgħu jagħmlu lill-benefiċjarji finali (74). Il-proposta tiddikjara li l-Istati Membri jistgħu jfasslu skemi ta’ pagament ibbażati fuq ir-riżultati li jħeġġu lill-bdiewa biex isaħħu b’mod sinifikanti l-kwalità tal-ambjent fuq skala akbar u b’mod li jista’ jitkejjel (75). Il-proposta ma tippermettix li jintużaw pagamenti bbażati fuq ir-riżultati għall-benefiċjarji għal skopijiet oħra, skont ir-Regolament dwar dispożizzjonijiet komuni (CPR), li huwa applikabbli għall-fondi strutturali (76). Ma narawx għalfejn din l-opzjoni ma tiġix estiża għall-impenji ta’ ġestjoni kollha introdotti fl-istess artikolu.

52.

Sussidjarjetà akbar tista’ tgħin lill-Istati Membri jiddefinixxu interventi li jkunu mmirati aħjar lejn il-ħtiġijiet speċifiċi tagħhom. Madankollu, kif ġie identifikat mill-Kummissjoni nfisha fil-valutazzjoni tal-impatt (77), kriterji ta’ eliġibbiltà varjabbli jistgħu wkoll jippreżentaw ir-riskju li ma jiġux garantiti kundizzjonijiet ekwi li, skont dak li rriżulta mill-konsultazzjoni pubblika, huma element fundamentali (78). Pereżempju, il-proposta ma tinkludix id-definizzjoni ta’ durabbiltà (79) tal-operazzjonijiet (80), li jfisser li din tista’ tiġi ddefinita b’mod differenti minn kull Stat Membru (sakemm ma tiġix indirizzata fil-valutazzjoni tal-Kummissjoni tal-pjanijiet strateġiċi tal-PAK, ara l-paragrafu 58).

53.

Il-proposta tirrikjedi li l-Istati Membri jiddefinixxu l-kunċett ta’ “bidwi ġenwin” (81). Skont ir-regoli attwali, l-Istati Membri jistgħu jagħżlu li ma jħallsux appoġġ lil persuni li l-attivitajiet agrikoli tagħhom jkunu jiffurmaw biss parti insinifikanti tal-attivitajiet ekonomiċi tagħhom jew li l-attività ta’ negozju ewlenija tagħhom ma tkunx relatata mal-agrikoltura. Skont il-proposta l-ġdida, din l-opzjoni mbagħad issir ir-regola ġenerali. L-Istati Membri jkollhom ir-responsabbiltà li jfasslu kriterji oġġettivi u mhux diskriminatorji li jkunu effettivi fl-immirar tal-għajnuna (82) favur “bdiewa ġenwini” mingħajr ma jiġġeneraw spejjeż amministrattivi sproporzjonati. Ibbażat fuq ix-xogħol reċenti tagħna (ara l-Kaxxa 5), aħna nantiċipaw li t-tfassil ta’ definizzjoni kosteffettiva jista’ jkun diffiċli għall-Istati Membri.

Kaxxa 5 –   Il-kunċett ta’ “bidwi attiv” fil-perjodu attwali

F’tentattiv biex jiġi mmirat aħjar l-appoġġ dirett tal-UE lejn il-bdiewa attivi, ir-riforma tal-PAK tal-2013 introduċiet lista negattiva mmirata biex teskludi lil benefiċjarji li l-funzjoni primarja tagħhom ma kinitx l-agrikoltura (83). Aħna sibna (84) li, b’mod ġenerali, din il-lista kienet biss parzjalment effettiva u kienet timponi piż amministrattiv sinifikanti fuq l-aġenziji tal-pagamenti. B’kunsiderazzjoni ta’ dawn id-diffikultajiet, il-Kunsill u l-Parlament qablu li, mill-2018, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu jekk inaqqsux il-kriterji għall-applikanti li juru li l-istatus tagħhom ikun ta’ “bidwi attiv” jew jekk iwaqqfux l-applikazzjoni tal-“lista negattiva”. Il-bidla kienet iġġustifikata minn tħassib li d-diffikultajiet u l-ispejjeż amministrattivi għall-implimentazzjoni tal-klawsola ta’ bidwi attiv ikunu akbar mill-benefiċċju miksub mill-esklużjoni ta’ għadd limitat ħafna ta’ benefiċjarji mhux attivi mill-iskemi ta’ appoġġ dirett.

Konsistenza

54.

Waħda mill-bidliet ewlenin fil-proposta tal-PAK wara l-2020 hija l-programmazzjoni konġunta, kemm tal-FAEG kif ukoll tal-FAEŻR, fi pjan strateġiku ġenerali tal-PAK. Dan jista’ jikkontribwixxi biex tiġi żgurata l-konsistenza bejn id-diversi strumenti tal-PAK.

55.

Madankollu, aħna kkritikajna l-kumplessità li teżisti minħabba bosta strumenti ambjentali u klimatiċi paralleli fil-perjodu attwali (85). Filwaqt li l-proposta tabolixxi l-ekoloġizzazzjoni, l-introduzzjoni ta’ ekoskemi tfisser li xorta se jkun hemm tliet strumenti ambjentali differenti (86):

“Kundizzjonalità” għall-pagamenti diretti (l-Artikolu 11)

Ekoskemi ffinanzjati mill-FAEG (l-Artikolu 28)

Impenji għall-ġestjoni ambjentali u klimatika ffinanzjati mill-FAEŻR (l-Artikolu 65)

56.

Il-“kundizzjonalità” tkun is-suċċessur tas-sistema ta’ kundizzjonalità u l-ekoloġizzazzjoni. L-ambitu tagħha jkun usa’ minn dak tal-predeċessur tagħha, li jkopri l-benefiċjarji kollha (mingħajr eżenzjonijiet għall-azjendi agrikoli ż-żgħar), u jinkludi rekwiżiti ġodda, bħan-newba tal-għelejjel obbligatorja mmirata biex ittejjeb il-protezzjoni u l-kwalità tal-ħamrija. Minkejja l-użu tat-terminu “kundizzjonalità”, il-pagamenti diretti ma jkunux kundizzjonali għar-rispett ta’ sett ta’ rekwiżiti bażiċi relatati mal-ambjent u mal-klima. Minflok, l-Istati Membri jimponu penali amministrattivi fuq il-benefiċjarji li ma jikkonformawx ma’ dawn ir-rekwiżiti (87).

57.

Fil-fatt, l-inkorporazzjoni tar-rekwiżiti tal-ekoloġizzazzjoni fil-kundizzjonalità tista’ tagħmilhom inqas ta’ deterrent. Fir-Rapport Speċjali Nru 5/2011, aħna rrakkomandajna li t-tnaqqis fil-pagamenti għan-nuqqas ta’ rispett tal-obbligi tal-kundizzjonalità jenħtieġ li jkun aktar dissważiv. Minflok, il-Kummissjoni tipproponi sistema ta’ penali bbażata fuq dik attwali tal-kundizzjonalità; ara l- Kaxxa 6 għal eżempju.

Kaxxa 6 –   Eżempju ta’ konsegwenzi li jirriżultaw min-nuqqas ta’ rispett tal-kundizzjonalità, meta mqabbla ma’ dawk tal-ekoloġizzazzjoni

Il-proposta tinkludi kemm rati ta’ kontroll imnaqqsa (ġeneralment minn 5 % għal 1 %) (88) kif ukoll sanzjonijiet. Skont il-qafas tal-ekoloġizzazzjoni attwali, bidwi li ma josservax ir-rekwiżiti tad-diversifikazzjoni tal-għelejjel jista’ jiffaċċja tnaqqis ta’ massimu ta’ 50 % (jekk ma jkun wettaqt ebda diversifikazzjoni) tal-pagament ta’ ekoloġizzazzjoni għar-raba’ li jinħadem, b’penali amministrattiva addizzjonali ta’ massimu ta’ 25 % tal-pagament ta’ ekoloġizzazzjoni. Skont il-proposta tal-Kummissjoni, in-newba tal-għelejjel (89), integrata fil-qafas tal-kundizzjonalità, tissostitwixxi d-diversifikazzjoni tal-għelejjel. B’riżultat ta’ dan, il-penali għan-nuqqas ta’ osservazzjoni tar-rekwiżit relatat man-newba tal-għelejjel minħabba negliġenza, skont l-Artikolu 86(2) tar-Regolament Orizzontali, ġeneralment tkun ta’ 3 % tal-pagament totali (90).

58.

L-Istati Membri jiddefinixxu l-istandards nazzjonali tagħhom għall-kundizzjonalità fil-pjanijiet strateġiċi tal-PAK tagħhom. Għall-kuntrarju tal-perjodu attwali, il-Kummissjoni se tapprova dawn l-istandards (91). Meta tagħmel dan, huwa importanti li l-Kummissjoni tapplika kriterji ċari u oġġettivi.

59.

Filwaqt li l-iskema ta’ pagament proposta għal impenji għall-ġestjoni ambjentali u klimatika (92) tkun tixbah l-iskema ta’ pagament agroambjentali attwali, l-ekoskemi (93) jkunu intervent ambjentali ġdid. Dawn iż-żewġ skemi jikkondividu l-istess objettivi, u l-proposta saħansitra tistipula li l-Istati Membri jridu jiżguraw li ma jkunx hemm trikkib. Kif osservajna preċedentement (94), din id-duplikazzjoni żżid il-kumplessità, minħabba li tirrikjedi li l-Istati Membri jiżviluppaw arranġamenti kumplessi biex jiżguraw li l-iskemi jmorru lil hinn mir-rekwiżiti tal-kundizzjonalità (95) filwaqt li jevitaw ir-riskju ta’ finanzjament doppju.

60.

Barra minn hekk, filwaqt li l-impenji ambjentali u klimatiċi ġeneralment ikunu jkopru perjodu ta’ minn ħames sa seba’ snin (96) biex jinkisbu benefiċċji ambjentali u klimatiċi akbar, l-ekoskemi ma jimponu l-ebda rekwiżit biex l-azzjonijiet idumu aktar minn sena (97). Filwaqt li ċerti benefiċċji jistgħu jinkisbu permezz ta’ skemi annwali, jeħtieġ li jittieħdu impenji għal bosta snin li jipprovdu ċerti benefiċċji ambjentali u klimatiċi (pereżempju, żieda fil-materja organika tal-ħamrija u fis-sekwestru tal-karbonju).

Simplifikazzjoni

61.

Permezz tal-proposta l-ħames regolamenti attwali jiġu kkonsolidati fi tlieta (ara l-paragrafu 16). Tliet regolamenti b’bosta kontroreferenzi jagħmlu t-test legali kkumplikat biex jinqara (ara l-Kaxxa 7).

Kaxxa 7 –   Eżempji ta’ kontroreferenzi fil-proposta

L-Artikolu 101 tar-Regolament dwar il-pjan strateġiku tal-PAK jistipula l-informazzjoni li l-Istati Membri jkollhom jipprovdu fil-pjanijiet strateġiċi tal-PAK tagħhom dwar is-“Sistemi ta’ governanza u ta’ koordinazzjoni”. Madankollu, il-kriterji għal dawn is-sistemi huma stabbiliti fir-Regolament Orizzontali.

L-isem tat-Titolu VII tar-Regolament dwar il-pjan strateġiku tal-PAK huwa “Monitoraġġ, rappurtar u evalwazzjoni”, filwaqt li r-Regolament Orizzontali jkopri “il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ”. L-Artikolu 121(7) tar-Regolament dwar il-pjan strateġiku tal-PAK jipprevedi li l-Kummissjoni twettaq approvazzjoni annwali tal-prestazzjoni msemmija fl-Artikolu 52 tar-Regolament Orizzontali. L-Artikolu 121(9) tar-Regolament dwar il-pjan strateġiku tal-PAK ikopri r-rapporti annwali dwar il-prestazzjoni u jirreferi għal pjanijiet ta’ azzjoni skont l-Artikolu 39(1) tar-Regolament Orizzontali. L-Artikolu 39(1) tar-Regolament Orizzontali dwar is-“Sospensjoni tal-pagamenti b’rabta mal-monitoraġġ pluriennali tal-prestazzjoni” min-naħa tiegħu jirreferi għall-Artikoli 115 u 116 – u l-Artikolu 39(2) sal-Artikolu 121 – tar-Regolament dwar il-pjan strateġiku tal-PAK. Minbarra l-bosta kontroreferenzi li jikkumplikaw il-qari tat-test, il-kombinament tal-kunċetti ta’ annwali u pluriennali joħloq konfużjoni. L-objettivi tal-qafas ta’ prestazzjoni wkoll joħolqu konfużjoni, peress li xi drabi jirreferu għall-valutazzjoni tal-“PAK” (l-Artikolu 116(a)) u drabi oħra jirreferu għall-“pjan strateġiku tal-PAK” (l-Artikolu 116(c) u (d)).

L-Artikoli 84 u 85 tar-Regolament Orizzontali jirrigwardaw is-sistema ta’ kontroll u l-penali għall-“kundizzjonalità”, filwaqt li l-kundizzjonijiet għalihom huma stabbiliti fir-Regolament dwar il-pjan strateġiku tal-PAK. L-Artikolu 86 tar-Regolament Orizzontali jikkonċerna l-kalkolu tal-penali amministrattivi previsti fir-Regolament dwar il-pjan strateġiku tal-PAK.

62.

Il-proposta tinkludi simplifikazzjonijiet, bħal pereżempju li jkun hemm pjan għal kull Stat Membru (98) kif ukoll kumitat ta’ monitoraġġ (99). Iż-żamma tal-istruttura attwali tal-aġenziji tal-pagamenti, il-korpi ta’ koordinazzjoni, l-awtoritajiet kompetenti u l-korpi ta’ ċertifikazzjoni (100) tikkontribwixxi biex jiġu salvagwardjati l-konsistenza u l-istabbiltà. Il-Kummissjoni tipproponi wkoll li sistemi bħas-Sistema Integrata ta’ Amministrazzjoni u Kontroll u s-Sistema ta’ Identifikazzjoni tal-Irqajja’ tal-Art għandhom jinżammu.

63.

L-UE inizjalment introduċiet pagamenti diretti bbażati fuq drittijiet kkalkulati fuq il-livelli ta’ produzzjoni preċedenti biex jikkumpensaw lill-bdiewa għat-tnaqqis mistenni fil-prezzijiet tal-ikel matul ir-riformi preċedenti tal-PAK. Skont il-proposta, id-drittijiet għall-pagamenti ma jkunux obbligatorji, hija tintroduċi l-opzjoni ta’ pagamenti b’rata fissa għal kull ettaru għall-Istati Membri kollha mingħajr l-ebda obbligu li jintużaw id-drittijiet (101). Din tkun simplifikazzjoni sinifikanti għall-Istati Membri li attwalment japplikaw il-BPS, minħabba r-regoli kumplessi u l-kalkoli li normalment jakkumpanjaw id-drittijiet.

64.

Il-fatt li l-proposta telimina xi wħud mir-rekwiżiti tal-UE jista’ jkun pożittiv għas-simplifikazzjoni imma mhux għall-ġestjoni finanzjarja soda. Pereżempju:

Il-proposta toħloq (102) il-possibbiltà għall-Istati Membri biex jiffinanzjaw il-VAT, li attwalment mhix eliġibbli. Il-finanzjament tal-VAT ma jkunx jikkostitwixxi użu effettiv tal-fondi tal-UE, billi dan ma jikkontribwix għall-objettivi tal-UE iżda għall-baġit proprju tal-Istat Membru biss (103).

Għall-kuntrarju tal-perjodu attwali, il-proposta tippermetti li l-finanzjament tal-proġetti jibda qabel id-data tal-applikazzjoni (104). Dan iżid ir-riskju ta’ deadweight.

65.

Ċerti dispożizzjonijiet tal-proposta jżidu l-kumplessità. Pereżempju, l-Artikolu 15 tar-Regolament dwar il-pjan strateġiku tal-PAK jistipula kif jitnaqqsu l-ammonti tal-pagamenti diretti. Aħna nissuġġerixxu li din id-dispożizzjoni tiġi kkjarifikata, billi hija ma tirreferix b’mod espliċitu għall-ammont li għandu jitnaqqas mill-Istati Membri fil-każ ta’ xogħol imħallas. Min-naħa waħda, il-punt (2)(a) ta’ dan l-Artikolu jindika li l-Istati Membri jenħtieġ li jnaqqsu s-salarji, it-taxxi u l-kontribuzzjonijiet soċjali kif iddikjarati mill-bidwi. Min-naħa l-oħra, is-subparagrafu finali tal-Artikolu 15(2) jirreferi għall-kalkolu bbażat fuq is-salarji standard medji. Anke jekk din id-dispożizzjoni tiġi kkjarifikata, hija tkun kumplessa biex tiġi applikata.

66.

Fil-qosor, l-istrumenti magħżula mhux dejjem jirriflettu l-opzjonijiet l-aktar kosteffettivi. Pereżempju, il-kombinament tal-iskemi ambjentali u d-differenzjar tal-kofinanzjament għal interventi bbażati fuq il-valur miżjud tal-UE tagħhom (ara l-paragrafu 43) jistgħu jnaqqsu l-piżijiet amministrattivi mingħajr ma jikkompromettu l-użu effettiv tal-fondi tal-UE. Madankollu, il-proposta tissimplifika bosta aspetti tal-PAK u l-introduzzjoni tal-pjan strateġiku tal-PAK tista’ tikkontribwixxi biex jinħolqu sinerġiji bejn diversi strumenti tal-PAK. Il-Kummissjoni għadha ma stipulatx l-arranġamenti ta’ ġestjoni għat-tranżizzjoni għall-mudell ta’ implimentazzjoni ġdid. Għaldaqstant, għadu kmieni wisq biex dawn jiġu vvalutati.

67.

L-iżgurar ta’ kundizzjonijiet ekwi u livell suffiċjenti ta’ ambizzjoni jkunu fost l-isfidi ewlenin li l-Kummissjoni jkollha fir-rigward tal-approvazzjoni tal-pjanijiet strateġiċi tal-PAK. Il-proposta ma tinkludi l-ebda dettalji dwar kif il-Kummissjoni se tivvaluta dawn il-pjanijiet (105). Nixtiequ nenfasizzaw dwar l-importanza li l-Kummissjoni tkun trasparenti fl-aspettattivi tagħha rigward il-kontenut u l-kwalità tal-pjanijiet strateġiċi tal-PAK, u possibbilment tippubblika mudell tal-pjan strateġiku tal-PAK u kriterji għall-valutazzjoni tiegħu f’att ta’ implimentazzjoni.

L-irbit tal-inputs, l-outputs, ir-riżultati u l-impatti tal-PAK

Kriterji

5.1.

Sistema effettiva tal-prestazzjoni li torbot l-objettivi tal-politika mal-outputs, ir-riżultati u l-impatti tagħha.

5.2.

Ikun hemm rabta ċara bejn il-flus imħallsa mill-baġit tal-UE u l-ilħuq ta’ miri tal-prestazzjoni maqbula.

5.3.

Il-prestazzjoni ta’ politika u fatturi esterni rilevanti jkunu mmonitorjati u l-politika tiġi aġġustata meta jkun meħtieġ.

Tfassil tas-sistema tal-prestazzjoni

68.

Fil-proposta, ir-relazzjoni bejn l-inputs u l-outputs, u bejn ir-riżultati u l-impatti, inkluż fil-livell tal-benefiċjarju finali, spiss mhix ċara jew ma tintweriex (il-pagamenti diretti pereżempju, ara l-paragrafu 33). Minkejja t-tentattiv ta’ bidla għal mudell ta’ implimentazzjoni bbażat fuq il-prestazzjoni, fil-proposta, ir-rabta bejn l-objettivi, l-azzjonijiet individwali u l-indikaturi għadha vaga.

69.

Il-proposta ma torbotx tipi ta’ interventi mal-objettivi. Fil-pjanijiet strateġiċi tal-PAK tagħhom, l-Istati Membri jidentifikaw il-ħtiġijiet għal kull “objettiv speċifiku” tal-PAK (106). Fuq il-bażi tal-valutazzjoni tal-ħtiġijiet tagħhom, l-Istati Membri jiddefinixxu l-interventi rilevanti u l-indikaturi tal-output u tar-riżultati korrispondenti (107) (ara l-Figura 5).

Figura 5

Ir-rabta bejn l-objettivi tal-UE u l-indikaturi

Image

Sors: Il-QEA, ibbażat fuq ir-Regolament dwar il-pjan strateġiku tal-PAK.

70.

Fl-Anness I tar-Regolament dwar il-pjan strateġiku tal-PAK, il-Kummissjoni tipproponi indikaturi komuni tal-prestazzjoni. Dawn l-indikaturi jkunu element kruċjali tas-sistema tal-prestazzjoni, iżda għadhom ma ġewx żviluppati għalkollox. Il-Kummissjoni tirrikonoxxi li “se jkunu meħtieġa aktar investiment għall-iżvilupp ta’ indikaturi xierqa” (108). Hija tħejji wkoll atti ta’ implimentazzjoni dwar il-kontenut tal-qafas ta’ prestazzjoni (109), inkluż aktar definizzjonijiet tal-indikaturi.

71.

Aħna analizzajna l-indikaturi, filwaqt li ħadna kont tad-definizzjonijiet ippreżentati fil-Figura 6. Il-pertinenza u l-kwalità tal-indikaturi proposti jvarjaw, u inkludejna l-kummenti ddettaljati li għamilna fir-rigward tagħhom fl-Anness I. Dawk l-indikaturi tal-output li jikkontribwixxu b’mod ċar għall-ilħuq tal-objettivi ddikjarati biss huma sinifikanti. Il-maġġoranza tal-indikaturi tar-riżultati, fil-realtà, pjuttost jirriflettu l-outputs u bosta “indikaturi tal-impatti” ma jindirizzawx l-impatti reali.

Figura 6

Definizzjoni ta’ input, output, riżultat, u impatt

Image

Sors: Il-QEA, il-Manwal tal-Awditu tal-Prestazzjoni

L-irbit tal-flus imħallsa mal-prestazzjoni miksuba

72.

Il-kejl tal-prestazzjoni (l-output u r-riżultati) fil-livell tal-Istat Membru, b’konsegwenzi finanzjarji possibbli, jista’ jkun inċentiv biex l-Istati Membri jilħqu l-miri tagħhom. Madankollu, f’sistema bħal din il-kwalità tal-indikaturi u l-affidabbiltà tad-data tal-monitoraġġ tkun kruċjali. Kemm aħna (110) kif ukoll is-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni (111) kkritikajna l-qafas komuni attwali ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni.

73.

Skont il-proposta, mhuwiex ċar jekk l-Istati Membri humiex awtorizzati, minbarra l-indikaturi komuni (ara l-paragrafu 70), jiżviluppaw l-indikaturi proprji tagħhom biex ikejlu l-prestazzjoni. Dan huwa implikat fl-Artikolu 97(1)(a) tar-Regolament dwar il-pjan strateġiku tal-PAK, billi jsemmi li “kull indikatur tar-riżultati speċifiku rilevanti … tal-Pjan Strateġiku tal-PAK”. Madankollu, dan it-tip ta’ indikatur ma jissemmiex fil-kontenut tal-qafas ta’ prestazzjoni deskritt fl-Artikolu 115(2)(a) tal-istess Regolament, u l-Artikolu 91 jiddikjara li l-Istati Membri għandhom jiddefinixxu l-miri tagħhom fuq il-bażi tal-indikaturi komuni.

74.

Il-forniment ta’ finanzjament minn aktar minn programm wieħed għal “investimenti territorjali integrati” (112) jista’ jikkontribwixxi sabiex jinħolqu sinerġiji bejn l-oqsma ta’ politika. Madankollu, l-awtoritajiet ta’ ġestjoni jkollhom jiżguraw li l-operazzjonijiet, l-output u r-riżultati relatati ma’ dawn l-nvestimenti jkunu identifikabbli. Billi n-nuqqas ta’ ksib tal-outputs u tar-riżultati jista’ jkollu konsegwenzi finanzjarji għall-pagamenti li jsiru taħt il-PAK, l-attribuzzjoni ta’ dawn l-outputs u r-riżultati għall-fond it-tajjeb tkun kruċjali, u għadu mhux ċar kif l-Istati Membri se jirrappurtaw dwar l-outputs u r-riżultati għal investimenti li jiġu ffinanzjati minn aktar minn fond wieħed. Filwaqt li l-proposta tal-PAK tistipula li l-opinjoni tal-korp taċ-ċertifikazzjoni trid tindirizza l-affidabbiltà tar-rappurtar tal-prestazzjoni (113), is-CPR ma jinkludix dispożizzjonijiet simili dwar l-affidabbiltà tal-indikaturi għall-oqsma l-oħra ta’ politika. Dan joħloq riskju ta’ rappurtar doppju dwar l-outputs u r-riżultati miksuba, li huwa aspett li l-korpi taċ-ċertifikazzjoni jkollhom jikkunsidraw matul il-valutazzjonijiet tagħhom.

75.

Kull sena, l-Istati Membri jirrappurtaw dwar il-kisba tal-outputs u tar-riżultati. Il-Kummissjoni tqabbel l-outputs mal-infiq iddikjarat (114) u r-riżultati mal-miri stabbiliti fil-pjanijiet strateġiċi tal-PAK (115). Jekk ir-riżultati rrappurtati jkunu sinifikattivament inqas mill-ammont li jikkorrispondi għall-infiq iddikjarat (differenza ta’ aktar minn 50 %) (116), il-Kummissjoni tista’ tissospendi jew tnaqqas (117) il-pagamenti lill-Istati Membri. Jekk l-Istati Membri ma jilħqux il-miri relatati mar-riżultati, il-Kummissjoni tista’ titlobhom sabiex iħejju pjanijiet ta’ azzjoni. Hija tista’ wkoll tissospendi l-pagamenti jew, bħala l-aħħar għażla, tista’ tnaqqashom.

76.

Il-pertinenza u l-kwalità tal-indikaturi mhumiex uniformi (ara l-paragrafu 71). Għall-biċċa l-kbira mill-infiq, il-Kummissjoni tħallas lill-Istati Membri fuq il-bażi tal-benefiċjarji u tal-ettari appoġġati. F’dawn iċ-ċirkustanzi, mhuwiex probabbli li jkun hemm differenza ta’ aktar minn 50 % bejn l-outputs u l-infiq. Fil-fehma tagħna, skont il-proposta, il-biċċa l-kbira mill-pagamenti ma jkunux ibbażati fuq il-prestazzjoni, billi l-Istati Membri ma jitħallsux għall-kisba tal-miri ta’ prestazzjoni.

77.

Għall-perjodu l-ġdid, il-Kummissjoni tipproponi s-sostituzzjoni tar-riżerva ta’ prestazzjoni introdotta fil-perjodu attwali b’bonus għall-prestazzjoni għall-ilħuq tal-miri relatati mal-ambjent u l-klima. Minħabba l-impatt finanzjarju limitat ta’ dan il-bonus għall-prestazzjoni (ara l-Figura 7), mhuwiex probabbli li dan jaġixxi bħala inċentiv għall-Istati Membri biex jilħqu dawk il-miri.

Figura 7

Valur aggregat tal-bonus għall-prestazzjoni f’miljuni ta’ euro mqabbel mal-ammont delimitat għall-pagamenti ambjentali u l-baġit totali propost tal-FAEŻR

Image

Sors: Il-QEA, ibbażat fuq l-Artikoli 86, 123 u 124 u l-Anness IX tar-Regolament dwar il-pjan strateġiku tal-PAK.

Monitoraġġ tal-prestazzjoni tal-politika u ta’ fatturi esterni rilevanti

78.

Minbarra li twettaq ir-rieżami annwali tal-prestazzjoni u tapprova l-outputs u r-riżultati li jiġu rrappurtati mill-Istati Membri, il-Kummissjoni tkejjel il-prestazzjoni għal kull pjan strateġiku tal-PAK u għall-PAK fl-intier tiegħu. L-Istati Membri jridu jikkompletaw evalwazzjonijiet komprensivi tal-pjanijiet strateġiċi tal-PAK tagħhom (118), u l-Kummissjoni twettaq evalwazzjonijiet interimex post (119) li jmorru lil hinn mir-rieżamijiet annwali tal-prestazzjoni u li ma jinvolvu l-ebda konsegwenza fir-rigward tal-pagamenti lill-Istati Membri.

79.

Dawn l-evalwazzjonijiet tal-Kummissjoni jinvolvu l-valutazzjoni tal-indikaturi tal-impatti (120) fuq il-bażi ta’ sorsi tad-data esterni aktar milli fuq rappurtar mill-Istati Membri. Il-fatturi esterni jagħmluha diffiċli biex jitkejjel l-impatt dirett tal-politika. Konsegwentement, l-evalwazzjonijiet li jivvalutaw l-indikaturi tal-impatti ma jistgħux jorbtu direttament l-impatt tal-politika mal-interventi ffinanzjati mill-pjanijiet strateġiċi tal-PAK.

80.

Bħala konklużjoni, aħna ma nikkunsidrawx li l-mudell propost huwa sistema effettiva ta’ ġestjoni tal-prestazzjoni. L-objettivi tal-politika ma jistgħux jiġu marbuta b’mod ċar mal-interventi jew mal-outputs, ir-riżultati u l-impatti tagħhom. Il-varjazzjonijiet kbar fl-ilħuq tal-miri ftit li xejn ikollhom impatt fuq il-finanzjament mill-UE. Ir-riżultati u l-impatti tal-politiki ffinanzjati mill-baġit tal-UE ma jkunux ċari. Il-preżentazzjoni tal-elementi proposti f’qafas koerenti, (ara l-Anness II) tkun utli biex jiġu kkunsidrati l-kopertura u l-konsistenza tagħhom.

Valutazzjoni tal-obbligu ta’ rendikont għall-PAK

Kriterju

6.1.

Ikun hemm katina b’saħħitha ta’ obbligu ta’ rendikont u ta’ awditjar.

81.

Il-bidla deċiżiva lejn il-prestazzjoni, b’sistema ta’ ġestjoni tal-prestazzjoni b’saħħitha, tista’ ssaħħaħ l-obbligu ta’ rendikont, iżda ma teliminax il-ħtieġa li jiġi vverifikat li l-benefiċjarji jissodisfaw il-kundizzjonijiet għall-għoti tal-appoġġ (element ewlieni tal-legalità u r-regolarità). Fil-fehma tagħna, sistema robusta ta’ aċċertament estern hija meħtieġa biex tiżgura l-konformità mar-regoli u l-kundizzjonijiet applikabbli. Minħabba l-karatteristiċi tal-mudell ta’ implimentazzjoni propost, u l-limitazzjonijiet tal-mudell ta’ prestazzjoni propost (ara pereżempju l-paragrafu 76), il-proposti x’aktarx li jwasslu biex il-qafas tal-obbligu ta’ rendikont jiddgħajjef.

Eliġibbiltà

82.

Waħda mill-bidliet ewlenin fil-proposta tkun id-definizzjoni mill-ġdid tal-eliġibbiltà tal-UE għall-pagamenti li jsiru taħt il-PAK. Il-Kummissjoni tiddikjara li l-eliġibbiltà tal-pagamenti jeħtieġ li ma tkunx tiddepend aktar fuq il-legalità u r-regolarità tal-pagamenti lil benefiċjarji individwali (121). Skont il-proposta, il-pagamenti tal-Istat Membru jkunu eliġibbli għall-finanzjament tal-UE jekk ikunu jaqblu mal-outputs korrispondenti u jsiru skont is-sistemi ta’ governanza applikabbli. Dan ikollu konsegwenzi sinifikanti għall-katina tal-awditjar.

83.

Il-Figura 8 turi l-kriterji ta’ eliġibbiltà proposti għall-finanzjament mill-UE tal-PAK u sa liema punt dawn ikopru l-infiq taħt il-PAK.

Figura 8

Il-kriterji ta’ eliġibbiltà tal-UE proposti għall-infiq taħt il-PAK

Image

Sors: Il-QEA, ibbażat fuq l-Artikolu 35 tar-Regolament Orizzontali.

84.

Skont il-proposta, parti żgħira ħafna biss mill-infiq taħt il-PAK trid “tkun saret skont ir-regoli tal-Unjoni applikabbli” f’konformità mal-Artikolu 35(b) tar-Regolament Orizzontali. L-Artikolu 35(c) japplika għall-maġġoranza tal-infiq taħt il-PAK. Jenħtieġ li l-leġiżlatur jirrifletti dwar jekk ir-regoli tal-Unjoni humiex rilevanti għall-finanzjament kollu li jingħata mill-UE u jekk ikun hekk, jemenda l-Artikolu 35(b) biex ikun ikopri l-infiq kollu taħt il-PAK (122). Skont il-proposta, il-legalità u r-regolarità għandhom żewġ dimensjonijiet: ir-rispett tar-regoli applikabbli tal-Unjoni (l-Artikolu 35(b)) u l-kisba tar-riżultati skont is-sistemi ta’ governanza applikabbli (l-Artikolu 35(c)). Aħna nibżgħu li d-dispożizzjoni legali li tiddikjara li parti żgħira biss mill-infiq trid issir skont ir-regoli tal-Unjoni tista’ tagħmel dawn ir-regoli insinifikanti u tista’ ddgħajjef l-applikazzjoni tad-dritt tal-UE.

85.

Id-definizzjoni ta’ “output korrispondenti” fl-Artikolu 35(c)(i) tar-Regolament Orizzontali mhijiex ċara. Pereżempju, fil-każ ta’ impenji għall-ġestjoni ambjentali, l-output jitkejjel skont l-ettari koperti mill-impenn (123). Fil-fehma tagħna, jeħtieġ li dan l-output jitqies li jkun inkiseb (124) meta l-impenn jiġi ssodisfat matul perjodu ddefinit u mhux sempliċement għax jiġi impenjat ċertu ammont ta’ ettari. Madankollu, billi l-impenn innifsu jiġi ddefinit fil-pjan strateġiku tal-PAK (jew possibilment f’kuntratt bejn l-Istat Membru u l-benefiċjarju finali), mhuwiex ċar (125) sa liema punt dan ikun jaqa’ fi ħdan l-ambitu tar-regoli ta’ eliġibbiltà tal-UE. Jekk l-ambitu ma kienx jinkludi t-twettiq tal-impenn, waħda mill-konsegwenzi tal-kriterji ta’ eliġibbiltà proposti (ara l-Figura 8) tista’ tkun li l-UE tista’ tiffinanzja pagamenti favur benefiċjarju individwali anke jekk dan ma jkunx jissodisfa l-kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà stabbiliti fil-pjan strateġiku tal-PAK (126).

86.

It-tifsira ta’ “saret skont is-sistemi ta’ governanza applikabbli” wkoll mhix ċara (127). Skont l-Artikolu 2 tar-Regolament Orizzontali, is-sistemi ta’ governanza jinkludu l-korpi ta’ governanza u r-regoli tal-UE inklużi fir-Regolament dwar il-pjan strateġiku tal-PAK u r-Regolament Orizzontali. Dawn ir-regolamenti jinkludu bosta regoli li huma applikabbli għal benefiċjarji individwali, pereżempju, id-definizzjonijiet (128) li l-Istati Membri jkollhom jifformulaw fil-pjanijiet strateġiċi tal-PAK tagħhom. Mhuwiex ċar jekk dawn ir-regoli, iddefiniti fil-pjanijiet strateġiċi tal-PAK iżda obbligatorji fir-regolamenti tal-UE, ikunux parti mis-sistemi ta’ governanza.

Ġestjoni, kontroll u aċċertament

87.

Il-korpi ta’ governanza jibqgħu l-istess bħal fil-perjodu attwali, iżda r-rwoli tagħhom jinbidlu abbażi tal-proposta. Il-Figura 9 tqabbel uħud mill-elementi ewlenin tas-sistema ta’ ġestjoni u kontroll tal-PAK fil-perjodu attwali mal-proposta.

Figura 9

Elementi ewlenin tas-sistema ta’ ġestjoni u kontroll

Image

Sors: Il-QEA, ibbażat fuq leġiżlazzjoni attwali tal-PAK u l-proposta tal-Kummissjoni.

88.

Fil-prinċipju, ir-rwol tal-aġenziji tal-pagamenti ma tantx se jinbidel. Huma jwettqu kontrolli dettaljati fuq il-legalità u r-regolarità tal-operazzjonijiet (129), li jkopru r-regoli stabbiliti fil-pjanijiet strateġiċi tal-PAK. L-aġenziji tal-pagamenti jibqgħu wkoll ifasslu l-kontijiet annwali u jipprovdu dikjarazzjonijiet ta’ ġestjoni kif deskritt fil-Figura 9.

89.

Ir-rwol tal-korpi taċ-ċertifikazzjoni jinbidel b’mod sinifikanti. Fir-rapport speċjali tagħna dwar il-korpi taċ-ċertifikazzjoni (130), aħna lqajna l-introduzzjoni ta’ opinjoni ta’ korp taċ-ċertifikazzjoni dwar il-legalità u r-regolarità. Il-proposta ma titlobx direttament lill-korpi taċ-ċertifikazzjoni biex jirrappurtaw dwar il-legalità u r-regolarità (131). Minflok, l-opinjonijiet tagħhom ikunu jkopru l-elementi stabbiliti fl-Artikolu 35 tar-Regolament Orizzontali, li fil-prattika jkunu jfissru legalità u regolarità fil-mudell il-ġdid (ara l-paragrafi 82 u 83). Ir-rwol tal-korpi taċ-ċertifikazzjoni, kif stabbilit fl-Artikolu 11(1)(b)-(c) tar-Regolament Orizzontali, li jintroduċi r-rappurtar dwar l-affidabbiltà tad-data dwar il-prestazzjoni, ikun kompatibbli mal-Artikolu 63(7) tar-Regolament Finanzjarju l-ġdid (132). Ir-regoli ddettaljati dwar ir-rwol tal-korpi taċ-ċertifikazzjoni, inkluż il-prinċipji u l-metodi tal-awditjar li għandhom jintużaw għall-opinjonijiet tagħhom, ikunu stabbiliti f’atti ta’ implimentazzjoni (133).

90.

Il-korpi taċ-ċertifikazzjoni jipprovdu opinjonijiet dwar, fost l-oħrajn, il-funzjonament tas-sistemi ta’ governanza stabbiliti mill-Istati Membri (134). Is-sistemi ta’ governanza msemmija fid-definizzjoni tal-eliġibbiltà proposta huma ddefiniti (135) bħala l-korpi ta’ governanza – l-aġenziji tal-pagamenti u l-korpi ta’ koordinazzjoni, l-awtorità kompetenti u l-korpi taċ-ċertifikazzjoni – u r-“rekwiżiti bażiċi tal-Unjoni”.

91.

Ir-“rekwiżiti bażiċi tal-Unjoni” jkunu ddefiniti bħala r-regoli stabbiliti fir-Regolament dwar il-pjan strateġiku tal-PAK u fir-Regolament Orizzontali (136). Dawn ir-Regolamenti jirrikjedu li l-Istati Membri jinkludu definizzjonijiet u kriterji ta’ eliġibbilità speċifiċi fil-pjanijiet strateġiċi tal-PAK tagħhom. Dan ifisser li xi wħud mill-kriterji ta’ eliġibbiltà li jinsabu fil-pjanijiet strateġiċi tal-PAK jirriżultaw minn “rekwiżiti bażiċi tal-Unjoni”, ara l-Figura 10. Għaldaqstant, aħna nifhmu li l-pjanijiet strateġiċi tal-PAK jinkludu kemm regoli li jirriżultaw mir-Regolamenti kif ukoll kriterji nazzjonali oħra ta’ eliġibbiltà.

Figura 10

Trikkib tar-rekwiżiti bażiċi tal-Unjoni u r-regoli fil-pjanijiet strateġiċi tal-PAK

Image

Sors: Il-QEA.

92.

Ix-xogħol tal-korpi taċ-ċertifikazzjoni li jappoġġa l-opinjonijiet (137) tagħhom dwar il-funzjonament xieraq tas-sistemi ta’ governanza jinkludi l-kontrolli ta’ testijiet imwettqa mill-aġenziji tal-pagamenti. Filwaqt li l-aġenziji tal-pagamenti jkollhom jivverifikaw il-konformità kemm mar-rekwiżiti bażiċi tal-Unjoni kif ukoll mar-regoli tal-eliġibbiltà li jinsabu fil-pjanijiet strateġiċi tal-PAK, il-proposta ma tiddikjarax jekk il-kontrolli mwettqa mill-korpi taċ-ċertifikazzjoni jkoprux dawn tal-aħħar. Jekk il-leġiżlatur jistenna li l-korpi taċ-ċertifikazzjoni jridu jikkontrollaw li s-sistemi ta’ governanza tal-Istati Membri jirrispettaw ir-rekwiżiti bażiċi tal-Unjoni li jinsabu fil-pjanijiet strateġiċi tal-PAK, jenħtieġ li dan jiġi ċċarat fir-Regolament.

93.

Jekk ix-xogħol tal-korpi taċ-ċertifikazzjoni ma jkunx ikopri l-legalità u r-regolarità, inkluż il-konformità mar-regoli tal-Unjoni u l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-pjanijiet strateġiċi tal-PAK, l-aġenziji tal-pagamenti biss ikunu jistgħu jivverifikaw dan. Fil-fehma tagħna, din ma tkunx sistema ta’ aċċertament robusta biżżejjed biex tiġi żgurata l-konformità ma’ dawn ir-regoli u l-kundizzjonijiet.

94.

L-approvazzjoni tal-prestazzjoni min-naħa tal-Kummissjoni tkun element ġdid (ara l-paragrafu 76), u l-ambitu tal-proċedura ta’ konformità (138) tagħha jkun limitat għall-kriterji ta’ eliġibbiltà tal-UE. Dan ikun ifisser li dgħufija fil-kontroll, mill-aġenzija tal-pagamenti, tal-konformità mar-regoli tal-eliġibbiltà stabbiliti fil-pjanijiet strateġiċi tal-PAK ma tistax twassal għal korrezzjonijiet finanzjarji. Regoli li jkunu inqas dettaljati jnaqqsu l-probabbiltà ta’ żbalji, u għaldaqstant il-Kummissjoni tistenna li twettaq ammont inqas ta’ proċeduri ta’ konformità bbażati fuq ir-riskju, b’hekk jirriżultaw inqas korrezzjonijiet finanzjarji. Il-proposta tal-Kummissjoni tantiċipa tnaqqis sinifikanti fid-dħul assenjat mill-approvazzjoni u mill-irregolaritajiet dovuti għall-introduzzjoni tal-mudell ta’ implimentazzjoni ġdid (139) (ara l-Figura 11).

Figura 11

Id-dħul assenjat stmat (FAEG) mill-approvazzjoni u mill-irregolaritajiet (f’eluf ta’ euro u bħala % tal-approprjazzjonijiet tal-FAEG)

Image

Sors: Il-QEA, ibbażat fuq il-baġits ġenerali tal-UEgħall-perjodu 2016-2019 u d-dikjarazzjoni finanzjarja leġiżlattiva li takkumpanja l-proposta għal Regolament dwar il-pjan strateġiku tal-PAK.

Impenn ta’ attestazzjoni tal-QEA

95.

Fl-aħħarnett, it-Trattat jirrikjedi li, bħala l-awditur estern tal-UE, nagħtu dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet sottostanti (140). Fil-fehma tal-Kummissjoni (141), fuq il-bażi tad-definizzjoni l-ġdida ta’ eliġibbiltà tal-UE, it-tranżazzjonijiet sottostanti ma jibqgħux jikkonsistu aktar f’pagamenti lill-benefiċjarji finali iżda f’pagamenti lill-Istati Membri. Minħabba li xi wħud mir-“rekwiżiti bażiċi tal-Unjoni” (142) japplikaw għal benefiċjarji individwali (143), dawn jistgħu jiġu vverifikati biss f’dak il-livell.

96.

Il-problemi u l-inċertezzi li identifikajna fir-rigward tad-definizzjoni proposta għall-infiq eliġibbli (ara l-paragrafi 83 sa 86) u l-qafas ta’ aċċertament ma jipprovdux bażi għal impenn ta’ attestazzjoni għall-finijiet tad-Dikjarazzjoni ta’ Assigurazzjoni (144), li attwalment qed nikkunsidraw. B’mod partikolari, minħabba n-nuqqas ta’ ċarezza fir-rwol tal-korpi taċ-ċertifikazzjoni (ara l-paragrafi 89 sa 93), jista’ ma jkunx possibbli li ssir aktar dipendenza fuq l-informazzjoni dwar il-legalità u r-regolarità pprovduta mill-entitajiet awditjati. Abbażi tad-definizzjoni proposta ta’ eliġibbiltà tal-UE, il-pagamenti taħt il-PAK favur l-Istati Membri jsiru fuq il-bażi tal-outputs miksuba. Impenn ta’ attestazzjoni fil-futur jista’ jieħu inkunsiderazzjoni l-qafas il-ġdid permezz ta’, pereżempju, l-attestazzjoni tal-outputs miksuba. Madankollu, dan ikun jirrikjedi li l-Kummissjoni tipprovdi aċċertament li l-outputs ikunu tabilħaqq inkisbu u li aħna nivvalutaw jekk dan l-aċċertament huwiex affidabbli. Jekk l-aġenziji tal-pagamenti jkunu l-uniċi korpi li jivverifikaw il-konformità mar-regoli stabbiliti fil-pjanijiet strateġiċi tal-PAK, li fuqhom tkun ibbażata l-kisba ta’ mill-inqas xi wħud mill-outputs (ara l-paragrafu 85), x’aktarx li dan l-aċċertament ma jkunx biżżejjed għal impenn ta’ attestazzjoni.

Din l-Opinjoni ġiet adottata mill-Qorti tal-Awdituri fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tal-25 ta’ Ottubru 2018.

Għall-Qorti tal-Awdituri

Klaus-Heiner LEHNE

President


(1)  COM(2017) 713 final: Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni – Il-Ġejjieni tal-Ikel u tal-Biedja.

(2)  COM(2018) 392: Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli dwar l-appoġġ għall-pjanijiet strateġiċi li jridu jitfasslu mill-Istati Membri taħt il-Politika Agrikola Komuni (il-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK) u ffinanzjati mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

(3)  COM(2018) 393: Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013.

(4)  COM(2018) 394: Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1308/2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli, (UE) Nru 1151/2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel, (UE) Nru 251/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, it-tikkettar u l-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi tal-prodotti tal-inbid aromatizzat, (UE) Nru 228/2013 li jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikoltura fir-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni u (UE) Nru 229/2013 li jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikoltura favur il-gżejjer minuri fil-Baħar Eġew.

(5)  COM(2018) 375: Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistipula dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew Plus, il-Fond ta’ Koeżjoni, u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u r-regoli finanzjarji għalihom u għall-Fond għall-Ażil u l-Migrazzjoni, il-Fond għas-Sigurtà Interna u l-Istrument għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u tal-Viżi.

(6)  Id-Dokument Informattiv u Analitiku tal-QEA – Future of EU finances: reforming how the EU budget operates (Il-Futur tal-finanzi tal-UE: nirriformaw il-mod kif jopera l-baġit tal-UE) (Frar 2018).

(7)  Id-Dokument Informattiv u Analitiku tal-QEA – The Commission’s proposal for the 2021-2027 Multiannual Financial Framework (Il-proposta tal-Kummissjoni għall-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2021-2027) (Lulju 2018).

(8)  Id-Dokument Informattiv u Analitiku tal-QEA – Il-ġejjieni tal-PAK (Marzu 2018).

(9)  L-Artikoli 317-319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-UE (TFUE).

(10)  Disponibbli fuq https://ec.europa.eu/commission/publications/natural-resources-and-environment_en.

(11)  Il-paġna 1 tal-memorandum ta’ spjegazzjoni tal-Kummissjoni.

(12)  L-Artikolu 3 tar-Regolament dwar il-pjan strateġiku tal-PAK jiddefinixxi “intervent” bħala strument ta’ appoġġ b’sett ta’ kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà kif speċifikat mill-Istati Membri fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK.

(13)  Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671).

(14)  Ir-Rapport Speċjali Nru 10/2018: Skema ta’ Pagament Bażiku għall-bdiewa – qed topera tajjeb, iżda għandha impatt limitat fuq is-simplifikazzjoni, l-immirar u l-konverġenza tal-livelli ta’ għajnuna.

(15)  https://ec.europa.eu/agriculture/sites/agriculture/files/direct-support/direct-payments/docs/direct-payments-schemes_en.pdf, il-Figura 6.

(16)  It-Taqsima 1.4.2 tar-Rapport Finanzjarju Leġiżlattiv li jakkumpanja l-proposta.

(17)  Pereżempju, ir-Rapport Speċjali Nru 16/2017: Programmazzjoni tal-Iżvilupp Rurali: jeħtieġ li jkun hemm inqas kumplessità u aktar fokus fuq ir-riżultati.

(18)  Ir-Rakkomandazzjoni 4 tar-Rapport Speċjali Nru 16/2018: Rieżami ex post tal-leġiżlazzjoni tal-UE: sistema stabbilita tajjeb, iżda mhux kompleta.

(19)  L-Artikolu 110(5) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill: “Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport inizjali dwar l-implimentazzjoni ta’ dan l-Artikolu, inklużi l-ewwel riżultati dwar ir-rendiment tal-PAK, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sal-31 ta’ Diċembru 2018. It-tieni rapport li jinkludi valutazzjoni tar-rendiment tal-PAK għandu jiġi ppreżentat sal-31 ta’ Diċembru 2021.” (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 549).

(20)  Id-Dokument Informattiv u Analitiku tal-QEA – Il-proposta tal-Kummissjoni għall-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2021-2027 (Lulju 2018).

(21)  Bl-inklużjoni ta’ konsultazzjoni pubblika online li rċeviet 58 520 risposta, li 36,5 % minnhom kienu minn bdiewa, laqgħat ma’ “gruppi ta’ djalogu ċivili” u sessjonijiet ta’ ħidma speċjalizzati.

(22)  Iċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka (JRC): Scenar 2030 – Pathways for the European agriculture and food sector beyond 2020 (Perkorsi għas-settur agrikolu u alimentari Ewropew wara l-2020).

(23)  Ir-Rapport Speċjali Nru 3/2010: Il-valutazzjonijiet tal-impatt fl-Istituzzjonijiet tal-UE huma ta’ appoġġ għat-teħid tad-deċiżjonijiet?

(24)  Ir-Rapport Speċjali Nru 3/2010: Il-valutazzjonijiet tal-impatt fl-Istituzzjonijiet tal-UE huma ta’ appoġġ għat-teħid tad-deċiżjonijiet?

(25)  Anke mingħajr is-sehem tar-Renju Unit tal-baġit tal-PAK, li kien ta’ EUR 27,7 biljun fl-2014-2020.

(26)  Memorandum ta’ spjegazzjoni għall-proposta tar-Regolament COM(2018) 392 u d-Dokument informattiv u analitiku: Il-proposta tal-Kummissjoni għall-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2021-2027.

(27)  Ibbażat fuq id-Dokument ta’ Ħidma tal-Kummissjoni – Tabella ta’ tqabbil bejn il-Proposta għall-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2021-2027 u l-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2014-2020 – is-6 ta’ Ġunju 2018. Filwaqt li ż-żewġ kalkoli jeskludu s-sehem tar-Renju Unit tal-baġit, wieħed minnhom jieħu l-aħħar sena tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali attwali bħala l-punt ta’ tqabbil (immultiplikat b’sebgħa, biex jiġu esklużi l-effetti tal-konverġenza tal-pagamenti diretti u d-deċiżjonijiet tal-Istati Membri fir-rigward tat-tranżizzjoni tal-fondi bejn il-FAEG u l-FAEŻR), filwaqt li l-ieħor jieħu l-allokazzjoni totali għall-perjodu 2014-2020 bħala linja bażi.

(28)  Il-Kummissjoni tuża t-terminu “prezzijiet attwali” biex tirreferi għal ammonti assoluti li għandhom jitħallsu jew jiġu impenjati f’sena partikolari. Biex tieħu kont tal-inflazzjoni, il-Kummissjoni tuża wkoll “prezzijiet kostanti” (prezzijiet tal-2011 għall-perjodu attwali u prezzijiet tal-2018 għall-perjodu li jmiss), ikkalkulati bl-użu ta’ “deflatur annwali” ta’ 2 %, li jikkorrispondi għall-mira ta’ inflazzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew. Dan l-aġġustament huwa konvenzjoni baġitarja tal-UE u mhux neċessarjament jirrifletti r-rata ta’ inflazzjoni reali ġewwa l-UE.

(29)  Id-Dokumenti ta’ programmazzjoni attwali għall-FAEŻR regolati mir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 487).

(30)  Diġà sar l-ippjanar strateġiku għall-FAEŻR bħala parti mill-programmi ta’ żvilupp rurali.

(31)  Madwar EUR 21 biljun, ikkalkulati bħala d-differenza bejn il-baġit totali propost tal-FAEG u l-allokazzjonijiet riżervati għal pagamenti diretti abbażi tal-Artikolu 81(1) u l-Anness IV tar-Regolament dwar il-pjan strateġiku tal-PAK.

(32)  L-Artikolu 86(5) tar-Regolament dwar il-pjan strateġiku tal-PAK.

(33)  L-għoti ta’ appoġġ għall-introjtu bażiku lill-bdiewa huwa obbligatorju skont l-Artikolu 17 tar-Regolament dwar il-pjan strateġiku tal-PAK.

(34)  L-Artikolu 28 tar-Regolament dwar il-pjan strateġiku tal-PAK.

(35)  Skont l-Artikolu 20 tar-Regolament dwar il-pjan strateġiku tal-PAK, l-Istati Membri jridu jiżguraw li, sa mhux aktar tard mis-sena tat-talba 2026, id-drittijiet kollha għall-pagament jeħtieġ li jkollhom valur ta’ mill-inqas 75 % tal-ammont unitarju medju ppjanat għall-appoġġ għall-introjtu bażiku għas-sena tat-talba 2026, kif stabbilit fil-pjan strateġiku tal-PAK. Huma jistgħu jiddeċiedu dwar tnaqqis massimu li ma jistax ikun inqas minn 30 %.

(36)  L-Artikolu 15 tar-Regolament dwar il-pjan strateġiku tal-PAK.

(37)  Skont ir-regoli attwali, il-pagamenti ridistributtivi huma volontarji (l-Artikoli 1 u 41 tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli għal pagamenti diretti lil bdiewa skont skemi ta’ appoġġ fil-qafas tal-politika agrikola komuni (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 608)).

(38)  Il-valutazzjoni tal-impatt, il-Parti I, il-paġna 7.

(39)  Din l-istatistika teżisti f’xi wħud mill-Istati Membri; ara l-paragrafu 29 u l-Kaxxa 1 tar-Rapport Speċjali 1/2016: Is-sistema tal-Kummissjoni għall-kejl tal-prestazzjoni fir-rigward tal-introjtu tal-bdiewa hija mfassla tajjeb u bbażata fuq data soda?

(40)  Ara l-Figura 3 tad-dokument informattiv u analitiku tagħna dwar il-ġejjieni tal-PAK.

(41)  Ir-Rapport Speċjali Nru 10/2018: Skema ta’ Pagament Bażiku għall-bdiewa – qed topera tajjeb, iżda għandha impatt limitat fuq is-simplifikazzjoni, l-immirar u l-konverġenza tal-livelli ta’ għajnuna.

(42)  L-Artikoli 95(1) u 96 tar-Regolament dwar il-pjan strateġiku tal-PAK jiddikjaraw li l-Istati Membri jkollhom jidentifikaw il-ħtiġijiet għal kull objettiv speċifiku stabbilit fl-Artikolu 6 tal-istess Regolament.

(43)  Ir-Rapport Speċjali Nru 10/2018: Skema ta’ Pagament Bażiku għall-bdiewa – qed topera tajjeb, iżda għandha impatt limitat fuq is-simplifikazzjoni, l-immirar u l-konverġenza tal-livelli ta’ għajnuna.

(44)  L-Artikoli 15, 18(2), 26 u 27 tar-Regolament dwar il-pjan strateġiku tal-PAK.

(45)  Ir-Rapport Speċjali Nru 5/2011: Skema ta’ Pagament Uniku (l-SPS): problemi li għandhom jiġu indirizzati biex titjieb il-ġestjoni finanzjarja soda tagħha.

(46)  Pereżempju, l-impenji li rriżultaw mill-Konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (COP 21) tal-2015, mill-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli u mill-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ.

(47)  Ara l-Figura 4.

(48)  Ara l-Kapitolu 3 tar-Rapport Annwali 2014 tagħna.

(49)  Pereżempju, ir-Rapport Speċjali Nru 25/2015: L-appoġġ mill-UE għall-infrastruttura rurali: il-potenzjal li jinkiseb valur sinifikattivament akbar għall-flus; ir-Rapport Speċjali Nru 1/2016: Is-sistema tal-Kummissjoni għall-kejl tal-prestazzjoni fir-rigward tal-introjtu tal-bdiewa hija mfassla tajjeb u bbażata fuq data soda?; ir-Rapport Speċjali Nru 21/2017: Ekoloġizzazzjoni: skema aktar kumplessa ta’ appoġġ għall-introjtu, li għadha mhijiex ambjentalment effettiva; ir-Rapport Speċjali Nru 16/2017: Programmazzjoni tal-Iżvilupp Rurali: jeħtieġ li jkun hemm inqas kumplessità u aktar fokus fuq ir-riżultati; ir-Rapport Speċjali Nru 10/2017: Jenħtieġ li l-appoġġ li jingħata mill-UE lil bdiewa żgħażagħ ikun immirat aħjar biex jitrawwem tiġdid ġenerazzjonali effettiv; ir-Rapport Speċjali Nru 10/2018: Skema ta’ Pagament Bażiku għall-bdiewa – qed topera tajjeb, iżda għandha impatt limitat fuq is-simplifikazzjoni, l-immirar u l-konverġenza tal-livelli ta’ għajnuna.

(50)  L-Artikolu 16(2) tar-Regolament dwar il-pjan strateġiku tal-PAK.

(51)  L-Artikolu 6(1)(a) tar-Regolament dwar il-pjan strateġiku tal-PAK: jiġu appoġġati l-introjtu vijabbli tal-azjendi agrikoli u r-reżiljenza tagħhom fl-Unjoni kollha biex tissaħħaħ is-sigurtà tal-ikel.

(52)  Summit Dinji dwar l-Ikel tal-1996: id-Dikjarazzjoni ta’ Ruma dwar is-Sigurtà Dinjija tal-Ikel. http://www.fao.org/docrep/003//w3613e/w3613e00.htm#Note1

(53)  KUMM(2010)127 finali: Qafas ta’ politika tal-UE biex jgħin lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw jindirizzaw l-isfidi fil-qasam tas-sigurtà tal-ikel.

(54)  L-Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Agrikoltura tan-Nazzjonijiet Uniti (2017): The state of food security and nutrition in Europe and Central Asia (L-istat tas-sigurtà tal-ikel u n-nutrizzjoni fl-Ewropa u fl-Asja Ċentrali).

(55)  https://ec.europa.eu/clima/citizens/eu_mt

(56)  Traċċar tal-klima (il-premessa 52 u l-Artikolu 87 tar-Regolament dwar il-pjan strateġiku tal-PAK).

(57)  L-Artikolu 87 tar-Regolament dwar il-pjan strateġiku tal-PAK.

(58)  L-Artikolu 11 tar-Regolament dwar il-pjan strateġiku tal-PAK u “Kundizzjoni agrikola u ambjentali tajba tal-art” fl-Anness III tar-Regolament dwar il-pjan strateġiku tal-PAK.

(59)  Ara l-Figura 7 fir-Rapport Speċjali Nru 31/2016: Infiq ta’ mill-inqas euro wieħed minn kull ħamsa mill-baġit tal-UE fuq l-azzjoni klimatika: qed isir xogħol ambizzjuż, iżda hemm riskju serju li ma jkunx suffiċjenti.

(60)  Il-“konservattività” hija wieħed mill-Prinċipji Komuni għat-Traċċar tal-Finanzjament għall-Mitigazzjoni tal-Klima żviluppati mill-grupp konġunt dwar il-finanzjament għall-klima tal-banek multilaterali tal-iżvilupp (MDBs) u l-Klabb tal-Finanzjament għall-Iżvilupp Internazzjonali (IDFC). Hija tirrikjedi li, fejn ma jkunx hemm data disponibbli, fir-rigward tal-finanzjament għall-klima, huwa preferibbli li jsir sottorappurtar aktar milli rappurtar żejjed sabiex tingħeleb l-inċertezza.

(61)  “Kundizzjoni agrikola u ambjentali tajba tal-art”, in-Numru 2 tal-Anness III tar-Regolament dwar il-pjan strateġiku tal-PAK.

(62)  Pereżempju, fil-valutazzjoni tal-impatt u l-premessa 16 tar-Regolament dwar il-pjan strateġiku tal-PAK.

(63)  L-Artikoli 96-97 u 115-116 tar-Regolament dwar il-pjan strateġiku tal-PAK.

(64)  L-Artikolu 106(2) tar-Regolament dwar il-pjan strateġiku tal-PAK.

(65)  Ara paġna 11 tad-Dokument ta’ Riflessjoni tal-Kummissjoni dwar il-futur tal-finanzi tal-UE.

(66)  Skemi għall-klima u għall-ambjent ibbażati fuq l-Artikoli 14(6)(d) u 28 tar-Regolament dwar il-pjan strateġiku tal-PAK jiġu ffinanzjati mill-FAEG, skont l-Artikolu 79(1) tal-istess Regolament.

(67)  L-impenji ambjentali u klimatiċi bbażati fuq l-Artikolu 65 tar-Regolament dwar il-pjan strateġiku tal-PAK jiġu ffinanzjati sa massimu ta’ 80 % mill-FAEŻR, skont l-Artikoli 79(2) u 85(3) tal-istess Regolament.

(68)  L-Artikolu 86(2) tar-Regolament dwar il-pjan strateġiku tal-PAK.

(69)  L-Artikoli 27(2) u 86(4) tar-Regolament dwar il-pjan strateġiku tal-PAK.

(70)  Pereżempju, definizzjoni aktar ambizzjuża ta’ bidwi żagħżugħ (l-Artikolu 4(1)(e)), żieda fl-ammont massimu ta’ għajnuna għall-installazzjoni ta’ bdiewa żgħażagħ (il-premessa 43 u l-Artikolu 69), il-possibbiltà ta’ trasferiment ta’ 2 % addizzjonali bejn il-FAEG u l-FAEŻR jekk jintuża għal għotjiet ta’ installazzjoni għal bdiewa żgħażagħ (l-Artikolu 90 (1)).

(71)  Ir-Rapport Speċjali Nru 10/2017: Jenħtieġ li l-appoġġ li jingħata mill-UE lil bdiewa żgħażagħ ikun immirat aħjar biex jitrawwem tiġdid ġenerazzjonali effettiv.

(72)  L-Artikoli 14, 15 u 29 tar-Regolament dwar il-pjan strateġiku tal-PAK.

(73)  L-Artikolu 75 u l-premessi 16 u 42 tar-Regolament dwar il-pjan strateġiku tal-PAK.

(74)  L-Artikolu 77 tar-Regolament dwar il-pjan strateġiku tal-PAK.

(75)  L-Artikolu 65(7) tar-Regolament dwar il-pjan strateġiku tal-PAK.

(76)  Il-finanzjament mhux marbut mal-ispejjeż (l-Artikolu 46 tas-CPR).

(77)  Il-valutazzjoni tal-impatt, l-Anness 4, il-paġna 71.

(78)  Il-konsultazzjoni pubblika tal-Kummissjoni Ewropea: “L-immodernizzar u s-Simplifikazzjoni tal-Politika Agrikola Komuni” PUNTI EWLENIN.

(79)  Aħna ddefinejna t-terminu “durabbiltà” bħala “l-kapaċità ta’ proġett biex iżomm il-benefiċċji tiegħu għal żmien twil wara li l-proġett ikun ġie kkompletat” fir-Rapport Speċjali Nru 8/2018: Appoġġ mill-UE għal investimenti produttivi fin-negozji – jeħtieġ li jkun hemm fokus akbar fuq id-durabbiltà.

(80)  Is-CPR (l-Artikolu 59 tal-proposta dwar is-CPR COM(2018) 375 final) għadu jinkludi r-rekwiżit ta’ durabbiltà ta’ ħames snin.

(81)  L-Artikolu 4(1)(d) tar-Regolament dwar il-pjan strateġiku tal-PAK jirrikjedi li, fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom, l-Istati Membri għandhom jipprovdu definizzjoni ta’ “bdiewa ġenwini”, “b’mod li jiġi żgurat li l-ebda appoġġ ma jingħata lil dawk li l-attività agrikola tagħhom tifforma parti insinifikanti biss tal-attivitajiet ekonomiċi tagħhom jew li l-attività ta’ negozju ewlenija tagħhom mhijiex agrikola, filwaqt li ma jiġux esklużi mill-appoġġ il-bdiewa pluriattivi. Id-definizzjoni għandha tippermetti li jiġi determinat liema bdiewa mhumiex ikkunsidrati bdiewa ġenwini fuq il-bażi ta’ kundizzjonijiet bħal pereżempju t-testijiet tal-introjtu, l-inputs lavorattivi fuq l-azjenda agrikola, l-għanijiet tal-kumpanija u/jew l-inklużjoni fir-reġistri”.

(82)  Id-definizzjoni tintuża għall-appoġġ għall-introjtu bażiku skont l-Artikoli 16(2) u 17(3), għall-ekoskemi skont l-Artikolu 28, għall-appoġġ għall-introjtu akkoppjat skont l-Artikolu 29, għall-pagamenti għal żoni b’restrizzjonijiet naturali jew restrizzjonijiet speċifiċi oħrajn taż-żona skont l-Artikolu 66 u għall-għodod għall-ġestjoni tar-riskju skont l-Artikolu 70 tar-Regolament dwar il-pjan strateġiku tal-PAK.

(83)  Bħal ajruporti, servizzi ferrovjarji, netwerks tal-ilma, servizzi ta’ proprjetà immobbli jew persuni li jamministraw faċilitajiet sportivi jew rikreattivi permanenti.

(84)  Ir-Rapport Speċjali Nru 10/2018: Skema ta’ Pagament Bażiku għall-bdiewa – qed topera tajjeb, iżda għandha impatt limitat fuq is-simplifikazzjoni, l-immirar u l-konverġenza tal-livelli ta’ għajnuna.

(85)  Pereżempju, ir-Rapport Speċjali Nru 21/2017: Ekoloġizzazzjoni: skema aktar kumplessa ta’ appoġġ għall-introjtu, li għadha mhijiex ambjentalment effettiva.

(86)  Proposta fir-Regolament dwar il-pjan strateġiku tal-PAK.

(87)  L-Artikolu 11 tar-Regolament dwar il-pjan strateġiku tal-PAK.

(88)  L-Artikolu 31 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 809/2014 (ĠU L 227, 31.7.2014, p. 69) u l-Artikolu 84(3)(d) tar-Regolament Orizzontali, rispettivament.

(89)  “Kundizzjoni agrikola u ambjentali tajba tal-art”, in-Numru 8 tal-Anness III tar-Regolament dwar il-pjan strateġiku tal-PAK.

(90)  Fil-każ ta’ nuqqas ta’ konformità intenzjonali, il-perċentwal ikun ogħla u, skont l-Artikolu 86(4) tar-Regolament Orizzontali, jista’ jkun sa 100 %.

(91)  L-Artikolu 106(2) tar-Regolament dwar il-pjan strateġiku tal-PAK.

(92)  L-Artikolu 65 tar-Regolament dwar il-pjan strateġiku tal-PAK.

(93)  L-Artikolu 28 tar-Regolament dwar il-pjan strateġiku tal-PAK.

(94)  Ir-Rapport Speċjali Nru 21/2017: Ekoloġizzazzjoni: skema aktar kumplessa ta’ appoġġ għall-introjtu, li għadha mhijiex ambjentalment effettiva.

(95)  L-Artikoli 11 u 12 tar-Regolament dwar il-pjan strateġiku tal-PAK.

(96)  L-Artikolu 65(8) tar-Regolament dwar il-pjan strateġiku tal-PAK.

(97)  L-Artikolu 28 tar-Regolament dwar il-pjan strateġiku tal-PAK.

(98)  Meta mqabbel ma’ 118-il programm ta’ żvilupp rurali matul il-perjodu 2014-2020.

(99)  L-Artikolu 111 tar-Regolament dwar il-pjan strateġiku tal-PAK jiddikjara b’mod ċar li Stat Membru jrid jistabbilixxi kumitat biex jimmonitorja l-implimentazzjoni tal-pjan strateġiku tal-PAK. Il-Premessa 70 tar-Regolament dwar il-pjan strateġiku tal-PAK tirreferi wkoll għall-fużjoni tal-Kumitat għall-“Iżvilupp Rurali” mal-Kumitat għall-“Pagamenti Diretti” biex jagħmlu kumitat ta’ monitoraġġ wieħed. Fil-perjodu attwali, l-Artikolu 47 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 jirrikjedi li l-Istati Membri jistabbilixxu kumitat għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-programm.

(100)  Għalkemm il-korpi jibqgħu l-istess, ir-rwol tal-korpi ta’ ċertifikazzjoni jinbidel b’mod partikolari (ara l- Figura 9 u l-paragrafu 89).

(101)  Skont ir-regoli attwali, it-18-il Stat Membru li japplikaw l-iskema ta’ pagament bażiku (BPS) jużaw drittijiet għall-pagamenti, filwaqt li l-10 Stati Membri li jifdal japplikaw skema simili mingħajr drittijiet (l-iskema ta’ pagament uniku skont l-erja).

(102)  L-Artikolu 68(3) tar-Regolament dwar il-pjan strateġiku tal-PAK jistipula li l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu lista ta’ investimenti u kategoriji ta’ nefqa mhux eliġibbli kif ukoll rekwiżiti minimi għal din il-lista. F’dan l-Artikolu, il-VAT ma tissemmiex.

(103)  Għalkemm il-finanzjament tal-VAT rekuperabbli jkun konformi mal-proposta tal-Kummissjoni dwar is-CPR għal oqsma oħra ta’ politika, dan ikun kontra l-prinċipji applikabbli għall-ġestjoni diretta skont l-Artikolu 186 tar-Regolament Finanzjarju.

(104)  L-Artikolu 73(5) tar-Regolament dwar il-pjan strateġiku tal-PAK.

(105)  L-Artikolu 106(2) tar-Regolament dwar il-pjan strateġiku tal-PAK jinkludi deskrizzjoni ta’ livell għoli tal-proċess ta’ approvazzjoni.

(106)  L-Artikolu 96(b) tar-Regolament dwar il-pjan strateġiku tal-PAK.

(107)  L-Artikolu 91 tar-Regolament dwar il-pjan strateġiku tal-PAK.

(108)  Il-paġna 9 tal-memorandum ta’ spjegazzjoni.

(109)  L-Artikolu 120 tar-Regolament dwar il-pjan strateġiku tal-PAK.

(110)  Pereżempju, il-Kapitolu 3 tar-Rapport Annwali 2015 tagħna; il-Kapitolu 3 tar-Rapport Annwali 2016 tagħna; ir-Rapport Speċjali Nru 12/2013: Jistgħu l-Kummissjoni u l-Istati Membri juru li l-baġit tal-UE allokat għall-politika ta’ żvilupp rurali jintnefaq tajjeb?; ir-Rapport Speċjali Nru 12/2015: Il-prijorità tal-UE li tippromwovi ekonomija rurali bbażata fuq l-għarfien ġiet affettwata minn ġestjoni ħażina ta’ miżuri ta’ trasferiment tal-għarfien u ta’ konsulenza; ir-Rapport Speċjali Nru 1/2016: Is-sistema tal-Kummissjoni għall-kejl tal-prestazzjoni fir-rigward tal-introjtu tal-bdiewa hija mfassla tajjeb u bbażata fuq data soda?; ir-Rapport Speċjali Nru 31/2016: Infiq ta’ mill-inqas euro wieħed minn kull ħamsa mill-baġit tal-UE fuq l-azzjoni klimatika: qed isir xogħol ambizzjuż, iżda hemm riskju serju li ma jkunx suffiċjenti; ir-Rapport Speċjali Nru 1/2017: Jenħtieġ li jsiru aktar sforzi biex il-potenzjal sħiħ tan-netwerk Natura 2000 jiġi implimentat; ir-Rapport Speċjali Nru 2/2017: In-negozjar, li sar mill-Kummissjoni, tal-Ftehimiet ta’ Sħubija 2014-2020 u l-programmi fil-qasam tal-Koeżjoni, għall-perjodu 2014-2020: l-infiq qed ikun aktar immirat fuq il-prijoritajiet ta’ Ewropa 2020, iżda l-arranġamenti għall-kejl tal-prestazzjoni qed ikunu dejjem aktar kumplessi; ir-Rapport Speċjali Nru 10/2017: Jenħtieġ li l-appoġġ li jingħata mill-UE lil bdiewa żgħażagħ ikun immirat aħjar biex jitrawwem tiġdid ġenerazzjonali effettiv; ir-Rapport Speċjali Nru 16/2017: Programmazzjoni tal-Iżvilupp Rurali: jeħtieġ li jkun hemm inqas kumplessità u aktar fokus fuq ir-riżultati; ir-Rapport Speċjali Nru 5/2018: Enerġija rinnovabbli għal żvilupp rurali sostenibbli: sinerġiji sinifikanti huma possibbli iżda fil-biċċa l-kbira mhumiex qed jiġu realizzati.

(111)  COM(2017) 497 final – Rapport annwali 2016 tal-IAS.

(112)  L-Artikolu 2(2) tar-Regolament dwar il-pjan strateġiku tal-PAK, l-Artikolu 24 tal-proposta dwar is-CPR (COM(2018) 375 final).

(113)  L-Artikolu 11(1)(c) tar-Regolament Orizzontali.

(114)  Approvazzjoni annwali tal-prestazzjoni tal-indikaturi tal-outputs: l-Artikoli 38 u 52(2) tar-Regolament Orizzontali.

(115)  Monitoraġġ pluriennali tal-prestazzjoni tal-indikaturi tar-riżultati: l-Artikolu 39 tar-Regolament Orizzontali.

(116)  Skont l-Artikoli 38(2) tar-Regolament Orizzontali jekk “…jkun hemm differenza ta’ iktar minn 50 % bejn in-nefqa ddikjarata u l-ammont li jikkorrispondi mal-output rilevanti rrappurtat u l-Istat Membru ma jkunx jista’ jiġġustifika dan kif xieraq…”.

(117)  Bl-adozzjoni ta’ att ta’ implimentazzjoni skont l-Artikolu 52 tar-Regolament Orizzontali.

(118)  L-Artikolu 126(7) tar-Regolament dwar il-pjan strateġiku tal-PAK.

(119)  L-Artikolu 127 tar-Regolament dwar il-pjan strateġiku tal-PAK.

(120)  L-indikaturi komuni tal-impatti huma proposti fl-Anness I tar-Regolament dwar il-pjan strateġiku tal-PAK.

(121)  Il-Premessa 25 u l-Artikolu 35 tar-Regolament Orizzontali.

(122)  Minkejja li l-Artikolu 9 tar-Regolament dwar il-pjan strateġiku tal-PAK jiddikjara li l-interventi għandhom jitfasslu skont il-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni, jeħtieġ li dan jiġi ċċarat ukoll fil-kriterji ta’ eliġibbiltà.

(123)  Pereżempju, O.13 tal-Anness I tar-Regolament dwar il-pjan strateġiku tal-PAK.

(124)  L-Artikolu 35 tar-Regolament Orizzontali jsemmi l-outputs irrappurtati, filwaqt li aħna nistennew li l-outputs miksuba jkunu l-bażi għall-pagament. L-Artikolu 121(4) tar-Regolament dwar il-pjan strateġiku tal-PAK jiddikjara li r-rapporti annwali dwar il-prestazzjoni jridu jinkludu informazzjoni dwar l-outputs, in-nefqa u r-riżultati mwettqa kif ukoll dwar id-distanza għall-miri rispettivi.

(125)  Għall-kuntrarju tal-Artikolu 35(c)(ii), l-Artikolu 35(c)(i) tar-Regolament Orizzontali ma jeskludix b’mod espliċitu l-kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà għall-benefiċjarji individwali stabbiliti fil-pjanijiet strateġiċi tal-PAK.

(126)  Ħlief għal operazzjonijiet iffinanzjati minn strumenti finanzjarji, billi għal dawn, l-infiq iddikjarat mill-Istati Membri ma jistax jaqbeż l-ispejjeż eliġibbli tal-operazzjoni (l-Artikolu 74(4) tar-Regolament dwar il-pjan strateġiku tal-PAK).

(127)  Aħna nissuġġerixxu li jiġi ssimplifikat l-użu tas-“sistema ta’ ġestjoni u ta’ kontroll” u tas-“sistema ta’ governanza”. L-Artikolu 1(b) tar-Regolament Orizzontali jirreferi għas-“sistemi ta’ ġestjoni u ta’ kontroll”, filwaqt li l-preambolu 36 juża t-terminu “sistemi ta’ ġestjoni u ta’ spezzjoni”. L-Artikolu 57(2) jirreferi għal “sistemi ta’ ġestjoni u ta’ kontroll”, filwaqt li l-Artikoli 2 u 40 jużaw “sistemi ta’ governanza” u l-Artikolu 53: “sistemi ta’ governanza tal-Istati Membri”.

(128)  L-Artikolu 4 tar-Regolament dwar il-pjan strateġiku tal-PAK.

(129)  L-Artikolu 57(1)(a) tar-Regolament Orizzontali.

(130)  Ir-Rapport Speċjali Nru 7/2017: Ir-rwol il-ġdid tal-korpi taċ-ċertifikazzjoni f’dak li jirrigwarda l-infiq taħt il-PAK: pass pożittiv lejn mudell ta’ awditu uniku iżda hemm dgħufijiet sinifikanti li jridu jiġu indirizzati.

(131)  L-Artikolu 11 tar-Regolament Orizzontali jillimita r-rappurtar dwar il-legalità u r-regolarità għall-infiq iffinanzjat taħt ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 – l-organizzazzjoni komuni tas-swieq.

(132)  Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1). L-Artikolu 63(7) jirrikjedi opinjonijiet ta’ korpi tal-awditjar indipendenti dwar jekk il-kontijiet jipprovdux stampa ċara u ġusta, jekk in-nefqa li fir-rigward tagħha ntalab rimborż mingħand il-Kummissjoni hijiex legali u regolari, u jekk is-sistemi ta’ kontroll imħaddma jiffunzjonawx kif suppost.

(133)  L-Artikolu 11(3) tar-Regolament Orizzontali.

(134)  L-Artikolu 11(1) tar-Regolament Orizzontali. Il-korpi taċ-ċertifikazzjoni nfushom ikunu parti minn dawn is-sistemi ta’ governanza. Matul l-intervisti, il-Kummissjoni spjegat li l-korpi taċ-ċertifikazzjoni mhumiex maħsuba biex jivverifikaw lilhom infushom, iżda dan mhuwiex rifless fil-proposta.

(135)  L-Artikolu 2 tar-Regolament Orizzontali.

(136)  L-Artikolu 2(c) tar-Regolament Orizzontali.

(137)  Li jiġu mfassla skont standards tal-awditjar li huma aċċettati internazzjonalment, skont l-Artikolu 11(1) tar-Regolament Orizzontali.

(138)  L-Artikolu 53(1) tar-Regolament Orizzontali.

(139)  L-impatt finanzjarju stmat tal-proposta.

(140)  L-Artikolu 287(1) tat-TFUE.

(141)  Il-Premessa 25 tar-Regolament Orizzontali.

(142)  Iddefiniti fl-Artikolu 2 tar-Regolament Orizzontali bħala r-regoli stabbiliti fir-Regolament dwar il-pjan strateġiku tal-PAK u fir-Regolament Orizzontali.

(143)  Pereżempju, it-tnaqqis tal-pagamenti fl-Artikolu 15, il-livell limitu minimu tal-erja fl-Artikolu 16(2) u l-kunċetti ta’ bidwi ġenwin fl-Artikolu 4(d) u l-art li tkun għad-dispożizzjoni tal-bidwi fl-Artikolu 4(c)(i) tar-Regolament dwar il-pjan strateġiku tal-PAK.

(144)  Il-QEA qed tikkunsidra li tibdel għal impenn ta’ attestazzjoni għad-Dikjarazzjoni ta’ Assigurazzjoni tagħha, filwaqt li tiddependi aktar fuq l-informazzjoni dwar il-legalità u r-regolarità pprovduta mill-entitajiet awditjati. Abbażi tal-ISSAI 4000, fl-impenji ta’ attestazzjoni l-parti responsabbli (f’dan il-kuntest: il-Kummissjoni) tkejjel jew tevalwa s-suġġett (f’dan il-kuntest: l-infiq taħt il-PAK) mal-kriterji (f’dan il-kuntest: ir-regoli stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-UE u dawk il-partijiet tal-pjanijiet strateġiċi tal-PAK li huma meħtieġa mir-regoli tal-UE) u tippreżenta l-informazzjoni dwar is-suġġett (f’dan il-kuntest: sa fejn il-pagamenti kienu bi ksur tar-regoli), li skontha mbagħad l-awditur jiġbor evidenza għall-awditjar suffiċjenti u xierqa biex jipprovdi bażi raġonevoli għall-formulazzjoni ta’ konklużjoni.


ANNESS I

KUMMENTI SPEĊIFIĊI DWAR L-INDIKATURI PROPOSTI

Dan l-anness jipprovdi kummenti speċifiċi dwar l-indikaturi inklużi fil-proposta tal-Kummissjoni. Il-kummenti ġenerali tagħna jinsabu fil-paragrafu 71. L-ewwel tabella tkopri l-indikaturi tal-outputs, fil-proposta marbuta mal-interventi rispettivi. It-tieni tabella tinkludi l-indikaturi tar-riżultati u tal-impatti, fil-proposta marbuta mal-objettivi rispettivi.

Indikaturi tal-output

Referenza legali

Sistemi tal-Għarfien u tal-Innovazzjoni Agrikoli (AKIS)

Indikatur tal-output

Kummenti tal-QEA

L-Artikolu 13 tar-Regolament dwar il-pjan strateġiku tal-PAK

Sħubija Ewropea għall-Innovazzjoni għall-għarfien u l-innovazzjoni fil-qasam agrikolu (EIP)

O.1

Għadd ta’ gruppi operattivi tal-EIP

O.2

Għadd ta’ konsulenti li jistabbilixxu jew jipparteċipaw fi gruppi operattivi tal-EIP

Il-proposta tistruttura l-indikaturi tal-output fl-Anness I tar-Regolament dwar il-pjan strateġiku tal-PAK, l-ewwel parti dwar l-AKIS u t-tieni parti dwar it-“tipi ġenerali tal-interventi”.

Bosta interventi tal-PAK jistgħu jappoġġaw l-AKIS. L-indikaturi O.1 u O.2 huma relatati mal-interventi “Kooperazzjoni” u “Skambju tal-għarfien u l-informazzjoni”. Jekk dawn l-indikaturi jiġu ttrasferiti għall-interventi rilevanti l-qafas ta’ prestazzjoni jkun aktar ċar.

L-indikatur O.2 jidher li jkejjel żewġ azzjonijiet separati, jiġifieri konsulenti “li jistabbilixxu” u “jipparteċipaw fi” grupp tal-EIP (l-Artikoli 64(g) u 71). Biex jiġi evitat li jsir kontabilizzar doppju, aħna nissuġġerixxu li jew titħassar “li jistabbilixxu” jew li dan l-indikatur jinqasam fi tnejn.

 

Appoġġ tal-PAK

O.3

Għadd ta’ benefiċjarji tal-appoġġ tal-PAK

“L-appoġġ tal-PAK” mhuwiex tip ta’ intervent, u r-rilevanza tal-indikatur propost mhijiex ċara. Jekk il-Kummissjoni tixtieq timmonitorja l-għadd totali ta’ benefiċjarji, ikun aktar utli li dan isir għal kull tip ta’ intervent.

Filwaqt li l-proposta ma tipprovdix definizzjoni ta’ “tip ġenerali tal-intervent”, jenħtieġ li “intervent” ikun ibbażat fuq tip ta’ intervent previst fir-Regolament dwar il-pjan strateġiku tal-PAK (l-Artikolu 3). It-Titolu III tar-Regolament dwar il-pjan strateġiku tal-PAK jistabbilixxi t-tipi ta’ interventi tal-PAK, b’mod aktar speċifiku l-Artikolu 14 (interventi ta’ pagamenti diretti), l-Artikoli 39, 43, 49, 52, 55, 57 u 60 (interventi settorjali) u l-Artikolu 64 (interventi tal-iżvilupp rurali). Biex tiġi allinjata l-lingwa, aħna nissuġġerixxu li tintuża l-intestatura “Tip ta’ intervent”.

L-Artikolu 14(6) tar-Regolament dwar il-pjan strateġiku tal-PAK

Appoġġ dirett diżakkoppjat

O.4

Għadd ta’ ettari għall-pagamenti diretti diżakkoppjati

O.5

Għadd ta’ benefiċjarji għall-pagamenti diretti diżakkoppjati

O.6

Għadd ta’ ettari suġġett għal aktar appoġġ għall-introjtu għall-bdiewa żgħażagħ

O.7

Għadd ta’ benefiċjarji suġġett għal aktar appoġġ għall-introjtu għall-bdiewa żgħażagħ

L-Artikolu 14 jiddefinixxi erba’ tipi ta’ interventi ta’ pagamenti diretti diżakkoppjati.

L-indikaturi O.4O.5 jkopru l-erba’ tipi kollha (l-Artikolu 14(6)(a)-(d)) filwaqt li l-indikaturi O.6O.7 jiffukaw fuq il-bdiewa żgħażagħ (l-Artikolu 14(6)(c)). Il-proposta ma tinkludix monitoraġġ separat għat-tipi l-oħra ta’ pagamenti diretti diżakkoppjati, eż. l-ekoskemi ġodda (l-Artikolu 14(d)).

Il-monitoraġġ separat tat-tipi differenti ta’ pagamenti diretti diżakkoppjati jkun aktar utli. B’żewġ indikaturi, simili għal dawk tal-indikaturi O.6O.7, għal kull wieħed mill-erba’ tipi ta’ intervent stabbiliti fl-Artikolu 14(6), l-indikaturi O.4O.5 ma jkunux meħtieġa.

L-Artikolu 64(f) tar-Regolament dwar il-pjan strateġiku tal-PAK

Għodod għall-ġestjoni tar-riskju

O.8

Għadd ta’ bdiewa koperti minn strumenti appoġġati għall-ġestjoni tar-riskju

Minħabba l-firxa ta’ għodod għall-ġestjoni tar-riskju disponibbli, ikun utli li l-indikatur O.8 jiġi mmonitorjat għal kull tip ta’ għodda. L-isem tal-indikatur ikun aktar ċar jekk it-terminoloġija tiġi allinjata mat-test legali (l-Artikolu 70), jiġifieri “għodod għall-ġestjoni tar-riskju” minflok “strumenti għall-ġestjoni tar-riskju”.

L-Artikolu 14(7) tar-Regolament dwar il-pjan strateġiku tal-PAK

Appoġġ akkoppjat

O.9

Għadd ta’ ettari li jibbenefika minn appoġġ akkoppjat

O.10

Għadd ta’ ettari li jibbenefika minn appoġġ akkoppjat

Biex tiġi armonizzata t-terminoloġija u tkun żgurata l-konsistenza tal-unitajiet tal-kejl, għall-indikatur O.10, aħna nissuġġerixxu li “ettari” tiġi ssostitwita b’“unitajiet ta’ bhejjem”.

Indikatur tal-output separat jista’ jintuża għall-monitoraġġ tal-għadd ta’ benefiċjarji li jibbenefikaw minn appoġġ akkoppjat, li jkun aktar utli mill-indikatur O.3 propost hawn fuq.

L-Artikoli 64(b)-(c), 66 u 67 tar-Regolament dwar il-pjan strateġiku tal-PAK

Pagamenti għal restrizzjonijiet naturali u restrizzjonijiet speċifiċi oħrajn tar-reġjun

O.11

Għadd ta’ ettari li jirċievu pagament supplimentari ta’ żona b’restrizzjonijiet naturali (3 kategoriji)

O.12

Għadd ta’ ettari li jirċievu appoġġ taħt Natura 2000 jew id-Direttiva Qafas dwar l-Ilma

Dawn l-indikaturi huma relatati ma’ żewġ tipi ta’ intervent: “restrizzjonijiet naturali jew restrizzjonijiet speċifiċi oħrajn taż-żona” (l-Artikolu 64(b)) u “żvantaġġi speċifiċi għaż-żona li jirriżultaw minn ċerti rekwiżiti obbligatorji” (l-Artikolu 64(c)). Jekk it-tipi ta’ intervent jiġu elenkati wieħed wieħed u jintuża l-kliem fit-test legali propost l-istruttura tkun aktar ċara. L-allinjament tat-terminoloġija jiffaċilita l-qari tal-leġiżlazzjoni; pereżempju, it-tip ta’ intervent jirreferi għal “restrizzjonijiet speċifiċi għar-reġjun”, filwaqt li l-Artikolu 64(b)-(c) juża t-terminu “speċifiċi għaż-żona”.

Għall-indikatur O.11, aħna nissuġġerixxu li “pagament supplimentari ta’ żona b’restrizzjonijiet naturali” tinbidel għal “appoġġ għal żona b’restrizzjonijiet naturali”. Il-proposta ma ssemmi l-ebda “pagament supplimentari”; l-introduzzjoni ta’ dan il-kunċett fl-indikatur tista’ toħloq konfużjoni. Mhuwiex ċar jekk l-indikatur huwiex maħsub biex ikejjel it-tliet kategoriji flimkien, jew jekk dawn għandhomx jiġu mmonitorjati b’mod separat.

L-azzjonijiet immonitorjati mill-indikatur O.12 jikkontribwixxu għal objettivi differenti (l-Artikolu 6(1)(e) u (f)). Biex jiġu vvalutati l-kontribuzzjonijiet għal kull objettiv, ikun aktar utli li l-indikatur jinqasam fi tnejn, u b’hekk kemm l-appoġġ relatat ma’ Natura 2000 kif ukoll dak relatat mad-Direttiva dwar l-ilma jkunu jistgħu jiġu mmonitorjati b’mod separat.

Ikun xieraq ukoll li jiġu inklużi indikaturi li, minbarra ż-żona, jimmonitorjaw ukoll l-għadd ta’ benefiċjarji, kif huma inklużi għal interventi oħra.

L-Artikoli 64(a) u 65 tar-Regolament dwar il-pjan strateġiku tal-PAK

Pagamenti għall-impenji tal-ġestjoni (ambjent-klima, riżorsi ġenetiċi, benessri tal-annimali)

O.13

Għadd ta’ ettari (agrikoli) koperti minn impenji tal-ambjent/klima li jmorru lil hinn mir-rekwiżiti mandatorji

O.14

Għadd ta’ ettari (forestrija) koperti minn impenji tal-ambjent/klima li jmorru lil hinn mir-rekwiżiti mandatorji

O.15

Għadd ta’ ettari b’appoġġ għall-biedja organika

O.16

Għadd ta’ unitajiet ta’ bhejjem koperti b’appoġġ għal miżuri tal-benessri tal-annimali, tas-saħħa jew ta’ bijosigurtà ikbar

O.17

Għadd ta’ proġetti li jappoġġaw ir-riżorsi ġenetiċi

L-indikaturi O.13 u O.14 ikopru interventi li jikkontribwixxu għal objettivi differenti. Fil-fehma tagħna, jekk il-monitoraġġ ta’ attivitajiet relatati mal-klima, l-ambjent u l-bijodiversità jitwettaq b’mod separat ikun aktar utli.

Mhuwiex ċar għaliex l-indikatur O.16 jirreferi għas-saħħa tal-annimali u l-bijosigurtà. Il-proposta (l-Artikolu 65) ma tirreferix b’mod speċifiku għal miżuri relatati mas-saħħa tal-annimali u mal-bijosigurtà, għalkemm l-Istati Membri jistgħu jagħżlu li jinkludu dawn l-interventi fil-pjanijiet strateġiċi tal-PAK tagħhom. Barra minn hekk, mhuwiex ċar jekk l-għadd ta’ unitajiet ta’ bhejjem jiġix irrappurtat separatament għal kull sottotip ta’ intervent (benessri, saħħa u bijosigurtà), li jagħmlu l-indikatur aktar utli.

L-Artikoli 64(d) u 68 tar-Regolament dwar il-pjan strateġiku tal-PAK

Investimenti

O.18

Għadd ta’ investimenti produttivi fl-azjendi agrikoli appoġġati

O.19

Għadd ta’ infrastrutturi lokali appoġġati

O.20

Għadd ta’ investimenti mhux produttivi appoġġati

O.21

Għadd ta’ investimenti produttivi mhux fl-azjendi agrikoli

Biex ir-rappurtar tal-indikaturi 0.18, O.19O.20 ikun konsistenti, jeħtieġ li jkun hemm definizzjonijiet ta’ “investiment” u “infrastrutturi lokali”, billi dawn it-termini mhumiex iddefiniti fil-proposta. Pereżempju, id-definizzjoni ta’ “operazzjoni” fl-Artikolu 3 tista’ tintuża.

Minħabba l-varjetà ta’ investimenti li jistgħu jiġu appoġġati taħt dan l-intervent, dawn l-indikaturi ma tantx jipprovdu fehim approfondit dwar dak li ġie prodott jew imwettaq (jiġifieri ftit orjentazzjoni tar-riżultat).

Barra minn hekk, kemm l-għotjiet kif ukoll l-istrumenti finanzjarji jistgħu jintużaw għall-finanzjament tal-investimenti. Jekk il-Kummissjoni biħsiebha jkollha indikaturi tal-output separati għal modi differenti ta’ finanzjament, aħna nissuġġerixxu li dawn l-indikaturi separati jiġu speċifikati fir-Regolament dwar il-pjan strateġiku tal-PAK innifsu.

L-Artikoli 64(e) u 69 tar-Regolament dwar il-pjan strateġiku tal-PAK

Għotjiet għall-installazzjoni

O.22

Għadd ta’ bdiewa li jirċievu għotjiet għall-installazzjoni

O.23

Għadd ta’ imprendituri rurali li jirċievu għotjiet għall-installazzjoni

L-intervent “Għotjiet għall-installazzjoni” jkopri l-bdiewa żgħażagħ u l-bidu tan-negozji rurali (l-Artikolu 69). Għal raġunijiet ta’ ċarezza, aħna nissuġġerixxu li fl-indikatur O.22tiżdied il-kelma “żgħażagħ” u li l-kliem tal-indikatur O.23 jiġi allinjat mat-test legali propost billi “imprendituri” tiġi ssostitwita minn “bidu tan-negozji”.

Għal bdiewa żgħażagħ, ikun xieraq li jiġi inkluż ukoll l-għadd ta’ ettari kkonċernat.

L-Artikoli 64(g) u 71 tar-Regolament dwar il-pjan strateġiku tal-PAK

Kooperazzjoni

O.24

Għadd ta’ gruppi/organizzazzjonijiet tal-produtturi appoġġati

O.25

Għadd ta’ bdiewa li jirċievu appoġġ biex jipparteċipaw fl-iskemi tal-kwalità tal-UE

O.26

Għadd ta’ proġetti ta’ tiġdid ġenerazzjonali (bdiewa żgħażagħ/mhux żgħażagħ)

O.27

Għadd ta’ strateġiji lokali ta’ żvilupp (LEADER)

O.28

Għadd ta’ gruppi oħrajn ta’ kooperazzjoni (minbarra l-EIP rrappurtati taħt O.1)

Biex l-istruttura tkun aktar ċara, l-indikaturi tal-output jistgħu jsegwu l-ordni tat-test legali (l-Artikolu 71):

EIP (O.1O.2)

LEADER (O.27)

Promozzjoni tal-iskemi ta’ kwalità (O.25)

Organizzazzjonijiet tal-produtturi jew gruppi tal-produtturi (O.24)

Forom oħra ta’ kooperazzjoni (O.28)

Suċċessjoni tal-azjendi agrikoli (O.26)

Ara wkoll il-kummenti ta’ hawn fuq dwar l-indikaturi O.1O.2 relatati mal-EIP.

Għal raġunijiet ta’ konsistenza, jenħtieġ li l-indikaturO.25 jiġi fformulat mill-ġdid biex jirrifletti l-fatt li l-għan tal-intervent huwa li jappoġġa l-promozzjoni tal-iskemi ta’ kwalità aktar milli jappoġġa lill-bdiewa li jipparteċipaw f’dawn l-iskemi. Minħabba li l-intervent jappoġġa l-promozzjoni tal-iskemi ta’ kwalità, ir-rata ta’ parteċipazzjoni ta’ dawn l-iskemi pjuttost tkun indikatur tar-riżultati.

Jenħtieġ li jiġi ċċarat ukoll jekk l-indikatur O.27 huwiex maħsub biex ikejjel l-istrateġiji kollha appoġġati jew dawk biss magħżula għall-implimentazzjoni (fid-dawl tal-approċċ attwali maqsum f’żewġ stadji li jappoġġa l-istrateġiji LEADER).

L-Artikoli 64(h) u 72 tar-Regolament dwar il-pjan strateġiku tal-PAK

Skambju tal-għarfien u l-informazzjoni

O.29

Għadd ta’ bdiewa li tħarrġu jew ingħataw pariri

O.30

Għadd ta’ persuni li mhumiex bdiewa li tħarrġu jew ingħataw pariri

Biex l-indikaturi O.29O.30 ikunu aktar utli, jenħtieġ li jingħaddu biss il-benefiċjarji uniċi.

L-Artikoli 11-12 u l-Anness III tar-Regolament dwra il-pjan strateġiku tal-PAK

Indikaturi orizzontali

O.31

Għadd ta’ ettari bi prattiki ambjentali (l-indikatur ta’ sinteżi fl-erja fiżika koperta bil-kundizzjonalità, l-ELS, l-AECM, miżuri tal-forestrija, il-biedja organika)

O.32

Għadd ta’ ettari suġġetti għall-kundizzjonalità (imqassam skont il-prattika GAEP)

Biex tiġi ssimplifikata l-istruttura tal-Anness I u jissaħħaħ l-element ta’ prestazzjoni bl-adattament tal-indikaturi rilevanti għall-approvazzjoni annwali tal-prestazzjoni u r-rieżami pluriennali tal-prestazzjoni, aħna nissuġġerixxu li ma jiġux inklużi indikaturi orizzontali.

L-indikatur O.31 ma jipprovdix informazzjoni addizzjonali, billi dawn l-oqsma jiġu koperti minn indikaturi oħra (li jistgħu jiżdiedu, jekk ikun meħtieġ); għaldaqstant, dan l-indikatur jista’ jiġi eliminat. L-iskemi ta’ livell ta’ dħul (ELS) ma jissemmewx fit-test legali (ħlief fil-premessa 31).

Il-monitoraġġ tal-kundizzjonalità taħt l-indikatur O.32 jidher li huwa relatat biss mal-“Kundizzjoni agrikola u ambjentali tajba tal-art” (KAAT); dan jenħtieġ li jiġi ċċarat u “GAEP” tinbidel għal “KAAT”. L-Istati Membri jiddefinixxu l-istandards KAAT fil-pjanijiet strateġiċi tal-PAK tagħhom (suġġett għall-approvazzjoni tal-Kummissjoni). Fil-fehma tagħna, l-oqsma suġġetti għall-KAAT jistgħu jiġu inklużi, bħala indikaturi tar-riżultati taħt it-tliet objettivi relatati mal-ambjentali/it-tibdil fil-klima li għalihom huma allokati fl-Anness III.

L-Artikoli 39, 44(1) u 49 tar-Regolament dwar il-pjan strateġiku tal-PAK

Programmi settorjali

O.33

Għadd ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi li waqqfu fond/programm operattiv

O.34

Għadd ta’ azzjonijiet ta’ promozzjoni u informazzjoni, u monitoraġġ tas-suq

O.35

Għadd ta’ azzjonijiet għall-preservazzjoni/titjib tat-trobbija tan-naħal

Biex tiġi allinjata l-lingwa, aħna nissuġġerixxu li l-isem tat-tip ta’ intervent jinbidel għal “interventi settorjali”.

Minħabba li jirrappreżentaw biss waħda mis-16-il subintervent fis-settur tal-frott u l-ħaxix (l-Artikolu 43(1)(n)), mhuwiex ċar għalfejn l-azzjonijiet ta’ promozzjoni u komunikazzjoni jiġu mmonitorjati għalihom bl-indikatur O.34. Subinterventi oħra, bħall-azzjonijiet fil-qasam tat-tibdil fil-klima fis-settur tal-frott u l-ħaxix (l-Artikolu 43(1)(l), jidhru li għandhom l-istess rilevanza. Barra minn hekk, il-monitoraġġ tas-suq mhuwiex imsemmi bħala subintervent għas-settur tal-frott u l-ħaxix (l-Artikolu 43)(1) iżda għall-apikultura (l-Artikolu 49(g)). Mhuwiex ċar jekk l-indikatur O.34 huwiex maħsub biex jimmonitorja interventi f’setturi differenti.

Bl-istess mod, mhuwiex ċar dwar x’eżattament l-indikatur O.35 huwa intenzjonat li jkejjel, peress li l-“preservazzjoni/titjib tat-trobbija tan-naħal” ma tissemmiex fil-proposta (l-Artikolu 49).

Aħna nissuġġerixxu li l-indikaturi O.34O.35 jiġu sostitwiti b’“Għadd ta’ produtturi (uniċi) inklużi fil-fondi/programmi operattivi appoġġati (maqsumin fis-sitt setturi jekk ikun meħtieġ)”. Jekk il-Kummissjoni trid iżżomm monitoraġġ separat permezz tal-indikatur O.35 għat-trobbija tan-naħal (fid-dawl tal-attenzjoni akbar li tingħata għal dan is-settur), jenħtieġ li l-formulazzjoni tal-indikatur tiġi allinjata mat-test legali propost. Jekk jintuża t-terminu “azzjoni”, jeħtieġ li jiġi ddefinit (eż. bl-użu tad-definizzjoni ta’ “operazzjoni” fl-Artikolu 3).

Sors: Il-QEA, ibbażat fuq il-proposta tal-Kummissjoni għar-Regolament dwar il-pjan strateġiku tal-PAK (prinċipalment l-Anness I).

Indikaturi tar-riżultati u tal-impatti

Indikaturi tar-riżultati

Kummenti tal-QEA

Indikaturi tal-impatti

Kummenti tal-QEA

Objettiv trażversali : Modernizzazzjoni – It-tkattir tal-għarfien, tal-innovazzjoni u tad-diġitalizzazzjoni fl-agrikoltura u fiż-żoni rurali u t-tħeġġiġ tal-użu tagħhom

L-Artikolu 96 tar-Regolament dwar il-pjan strateġiku tal-PAK jirrikjedi li l-Istati Membri jidentifikaw il-ħtiġijiet għad-disa’ objettivi speċifiċi tal-PAK stabbiliti fl-Artikolu 6 tal-istess regolament. L-objettiv trażversali mhuwiex wieħed minn dawn, iżda jissemma separatament fl-Artikolu 5. Dan iżid il-kumplessità bla bżonn fil-qafas.

L-inklużjoni separata tal-objettiv trażversali, teskludi lill-indikaturi li huma marbutin ma’ dan l-objettiv mill-ambitu tal-approvazzjoni tal-prestazzjoni u tar-rieżami pluriennali tal-prestazzjoni.

L-objettiv jikkoinċidi parzjalment mal-objettiv speċifiku li “tissaħħaħ l-orjentazzjoni lejn is-suq u tiżdied il-kompetittività inkluż permezz ta’ aktar enfasi fuq ir-riċerka, it-teknoloġija u d-diġitalizzazzjoni” (l-Artikolu 6(1)(b)). Biex tiġi ssimplifikata l-istruttura tal-qafas, aħna nissuġġerixxu li l-objettiv trażversali jiġi integrat fl-objettivi speċifiċi.

R.1

It-titjib tal-prestazzjoni permezz tal-għarfien u tal-innovazzjoni: Is-sehem tal-bdiewa li jirċievu appoġġ għal pariri, taħriġ, skambju ta’ għarfien, jew il-parteċipazzjoni fi gruppi operattivi biex itejbu l-prestazzjoni ekonomika, ambjentali, klimatika u tal-effiċjenza tar-riżorsi

R.2

Kollegament tas-sistemi tal-pariri u tal-għarfien: għadd ta’ konsulenti integrati fl-AKIS (imqabbel mal-għadd totali ta’ bdiewa)

R.3

Id-diġitalizzazzjoni tal-agrikoltura: Is-sehem ta’ bdiewa li jibbenefikaw minn appoġġ għal teknoloġija agrikola ta’ preċiżjoni permezz tal-PAK

Fil-formulazzjoni attwali tagħhom, l-indikaturi R.1R.3 ma jkejlux ir-riżultati.

Biex jitkejlu r-riżultati (bidliet immedjati) tal-appoġġ li jingħata għal pariri, taħriġ, skambju ta’ għarfien, jew il-parteċipazzjoni fi gruppi operattivi, indikatur ta’ eż. kemm bdiewa ħadu azzjoni bbażata fuq il-pariri jew it-taħriġ li rċevew jista’ jkun aktar utli. Jekk l-objettiv trażversali jiġi integrat fl-objettivi speċifiċi kif issuġġerit hawn fuq, l-indikatur R.1, ifformulat mill-ġdid, ikun jaqbel bħala indikatur tar-riżultati taħt l-objettiv speċifiku ġdid/riformulat. Alternattivament, l-għadd ta’ bdiewa li jirċievu appoġġ ta’ dan it-tip jista’ jintuża bħala indikatur tal-output taħt l-intervent “Skambju tal-għarfien u l-informazzjoni”. Madankollu, jidher li hemm trikkib bejn l-indikaturi R.1R.24, li jeħtieġ li jiġi indirizzat.

R.3 ikun indikatur tal-output utli għall-“investimenti”.

Jekk Stat Membru jirrikonoxxi nuqqas ta’ konsulenti fil-valutazzjoni tal-ħtiġijiet tagħhom u jintroduċi interventi mmirati biex iżidu l-proporzjon ta’ konsulenti fil-pjan strateġiku tal-PAK tiegħu, il-proporzjon tal-għadd ta’ bdiewa għal kull konsulent imkejjel f’R.2 jista’ jkun indikatur tar-riżultati rilevanti. Jekk l-objettiv trażversali jiġi integrat fl-objettivi speċifiċi kif issuġġerit hawn fuq, l-indikatur R.2 ikun jaqbel taħt l-objettiv speċifiku ġdid/riformulat.

I.1

Il-kondiviżjoni tal-għarfien u tal-innovazzjoni: Is-sehem mill-baġit tal-PAK għall-kondiviżjoni tal-għarfien u tal-innovazzjoni

I.1 mhuwiex indikatur tal-impatti. Minħabba li jkejjel ir-riżorsi finanzjarji, l-indikatur I.1 jista’ jitqies bħala indikatur tal-input (ara l- Figura 6 ).

Jekk il-Kummissjoni tqis li l-indikatur huwa rilevanti għall-finijiet ta’ monitoraġġ fil-formulazzjoni attwali tiegħu, ikun utli li jiġi kkjarifikat jekk hux qed jirreferi għas-sehem tal-baġit tal-PAK allokat jew għas-sehem tal-baġit li jkun intnefaq sa ċertu żmien partikolari.

Objettiv speċifiku 1 : Jiġu appoġġati l-introjtu vijabbli tal-azjendi agrikoli u r-reżiljenza tagħhom fl-Unjoni kollha biex tissaħħaħ is-sigurtà tal-ikel.

R.4

Kollegament tal-appoġġ għall-introjtu mal-istandards u l-prattika tajba. Is-sehem tal-erja agrikola użata kopert mill-appoġġ għall-introjtu u soġġett għal kundizzjonalità

R.5

Ġestjoni tar-Riskju: Is-sehem tal-azjendi agrikoli b’għodod għall-ġestjoni tar-riskju tal-PAK

R.6

Ridistribuzzjoni lill-azjendi agrikoli iżgħar: Appoġġ addizzjonali b’perċentwal għal kull ettaru għall-azjendi agrikoli eliġibbli iżgħar mid-daqs medju tal-azjendi agrikoli (imqabbla mal-medja)

R.7

Tisħiħ tal-appoġġ għall-azjendi agrikoli f’żoni bi ħtiġijiet speċifiċi: Perċentwal tal-appoġġ addizzjonali għal kull ettaru f’żoni bi ħtiġijiet akbar (imqabbla mal-medja)

Ma hemm l-ebda rabta bejn l-indikatur R.4 u l-objettiv li tissaħħaħ is-sigurtà tal-ikel. Barra minn hekk, fil-formulazzjoni attwali tiegħu, dan mhux qed ikejjel ir-riżultati. Kif irrakkomandajna fir-rapport speċjali tagħna dwar il-kundizzjonalità, ikun utli li jkun hemm indikatur tar-riżultati li jkejjel is-sehem tal-azjendi agrikoli – minn dawk suġġetti għall-kontroll tal-OTS – li jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ kundizzjonalità. Dan l-indikatur tar-riżultati jkun jaqbel ħafna taħt eż. l-objettiv speċifiku li jindirizza d-domandi soċjetali (l-Artikolu 6(1)(i)).

Minħabba l-firxa ta’ għodod għall-ġestjoni tar-riskju disponibbli, ikun utli li l-indikatur R.5 jiġi mmonitorjat għal kull tip ta’ għodda.

Jekk l-indikatur R.7 huwa maħsub biex ikejjel ir-riżultat tal-interventi taħt l-Artikoli 66-67 tar-Regolament dwar il-pjan strateġiku tal-PAK, għal raġunijiet ta’ ċarezza jkun aħjar li t-test jiġi allinjat (eż. restrizzjonijiet speċifiċi taż-żona).

I.2

Tnaqqis tal-inugwaljanzi fl-introjtu: L-evoluzzjoni tal-introjtu agrikolu meta mqabbel mal-ekonomija ġenerali

I.3

Tnaqqis tal-varjabbiltà tal-introjtu tal-azjendi agrikoli: Evoluzzjoni tal-introjtu agrikolu

I.4

Appoġġ għall-introjtu vijabbli tal-azjendi agrikoli: L-evoluzzjoni tal-livell tal-introjtu agrikolu skont is-settur (meta mqabbel mal-medja fl-agrikoltura)

I.5

Kontribut għall-bilanċ territorjali: L-evoluzzjoni tal-introjtu agrikolu f’żoni b’restrizzjonijiet naturali (imqabbel mal-medja)

Fir-rigward tal-indikaturi I.2, I.3, I.4I.5, it-termini “introjtu tal-azjendi agrikoli” u “introjtu agrikolu” jidhru li jintużaw b’mod interkambjabbli. Fil-fehma tagħna, l-introjtu tal-azjendi agrikoli huwa kejl aktar xieraq (ara l-paragrafu 27, 28 u 30).

Aħna nosservaw li ma hemm l-ebda indikatur tal-impatti għall-objettiv prinċipali, is-sigurtà tal-ikel, li għalih hija ppjanata l-akbar parti tal-baġit tal-PAK (il-leġiżlazzjoni għall-2014-2020 tinkludi eż. l-indikatur I.05 li jkejjel l-evoluzzjoni fil-prezz tal-konsumatur tal-prodotti tal-ikel, marbut mal-objettiv ġenerali tal-produzzjoni vijabbli tal-ikel).

Il-kejl tas-sigurtà tal-ikel ġewwa l-UE billi jiġi stmat il-livell ta’ awtosuffiċjenza jista’ jkun waħda mill-opzjonijiet. Dan jista’ jsir billi titkejjel il-produzzjoni agrikola tal-UE ta’ komoditajiet u ta’ ikel primarju f’relazzjoni mal-ħtiġijiet stmati tal-popolazzjoni tagħha f’termini ta’ preferenzi alimentari għal ħajja attiva u f’saħħitha (ara l-paragrafu 33).

Barra minn hekk, il-kejl tal-appoġġ tal-PAK bħala sehem mill-introjtu totali tal-azjendi agrikoli jkun indikatur rilevanti tal-impatt tal-politika.

Objettiv speċifiku 2 : Tissaħħaħ l-orjentazzjoni lejn is-suq u tiżdied il-kompetittività, inkluż permezz ta’ aktar enfasi fuq ir-riċerka, it-teknoloġija u d-diġitalizzazzjoni

R.8

Immirar tal-azjendi agrikoli f’setturi fid-diffikultà: Is-sehem ta’ bdiewa li jibbenefikaw minn appoġġ akkoppjat għat-titjib tal-kompetittività, tas-sostenibbiltà jew tal-kwalità

R.9

Modernizzazzjoni tal-azjendi agrikoli: Is-sehem tal-bdiewa li jirċievu appoġġ ta’ investiment biex jirristrutturaw u jimmodernizzaw, inkluż biex tittejjeb l-effiċjenza tar-riżorsi

Ma hemm l-ebda rabta bejn l-indikatur R.8 u l-objettiv billi ġeneralment huwa rikonoxxut li pagamenti akkoppjati jistgħu joħolqu distorsjoni tas-suq.

L-indikatur R.9 ma jkejjilx ir-riżultati (bidla immedjata), iżda jirrelata l-għadd ta’ benefiċjarji ta’ ċerti interventi għat-total.

Jeħtieġ li jiġu żviluppati aktar indikaturi tar-riżultati biex jitkejlu r-riżultati li jikkontribwixxu għal dan l-objettiv. Minbarra l-objettiv prinċipali tal-orjentazzjoni tas-suq u ż-żieda fil-kompetizzjoni, indikatur li jimmonitorja l-“aktar enfasi fuq ir-riċerka, it-teknoloġija u d-diġitalizzazzjoni” ikun utli.

I.6

Żieda fil-produttività tal-azjendi agrikoli: Produttività totali tal-fatturi

I.7

Sfruttament tal-potenzjal tal-kummerċ agroalimentari: L-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet tal-kummerċ agroalimentari

 

Objettiv speċifiku 3 : Tittejjeb il-pożizzjoni tal-bdiewa fil-katina tal-valur

R.10

Organizzazzjoni aħjar tal-katina tal-provvista: Is-sehem tal-bdiewa li jipparteċipaw fi Gruppi tal-Produtturi, Organizzazzjonijiet tal-Produtturi, swieq lokali, ċirkwiti tal-katina tal-provvista qasira u skemi tal-kwalità

R.11

Konċentrazzjoni tal-provvista: Is-sehem tal-valur tal-produzzjoni kummerċjalizzata minn Organizzazzjonijiet tal-Produtturi bi programmi operattivi

L-indikatur R.10 ma jkejjilx ir-riżultati (bidla immedjata) tal-parteċipazzjoni f’dawk il-gruppi jew organizzazzjonijiet.

Fir-rigward tal-indikatur R.11 mhuwiex ċar kif is-sehem jiġi kkalkulat, jiġifieri ma xiex għandu jitqabbel il-valur tal-produzzjoni kkummerċjalizzata.

I.8

Titjib tal-pożizzjoni tal-bdiewa fil-katina tal-valur: Il-valur miżjud għall-produtturi primarji fil-katina alimentari

 

Objettiv speċifiku 4 : Jingħata kontribut lill-mitigazzjoni u l-adattament għat-tibdil fil-klima, kif ukoll lill-enerġija sostenibbli

R.12

Adattament għat-tibdil fil-klima: Is-sehem ta’ art agrikola b’impenji biex jittejjeb l-adattament għall-klima

R.13

Tnaqqis tal-emissjonijiet fis-settur tal-bhejjem: Is-sehem ta’ unitajiet ta’ bhejjem li għandhom appoġġ biex inaqqsu l-emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett ta’ serra u/jew l-ammonijaka, inkluż il-ġestjoni tad-demel

R.14

Il-ħżin tal-karbonju fil-ħamrija u l-bijomassa: Is-sehem tal-art agrikola b’impenji biex tnaqqas l-emissjonijiet, iżżomm u/jew ittejjeb il-ħżin tal-karbonju (bur permanenti, art agrikola fit-torbiera, fil-foresti, eċċ.)

R.15

Enerġija ekoloġika mill-agrikoltura u l-forestrija: Investimenti fil-kapaċità tal-produzzjoni tal-enerġija rinnovabbli, inkluż dik b’bażi bijoloġika (MW)

R.16

Titjib tal-effiċjenza fl-enerġija: L-iffrankar enerġetiku fl-agrikoltura

R 17

Art afforestata: L-erja appoġġata għall-afforestazzjoni u l-ħolqien ta’ msaġar, inkluż l-agrosilvikultura

Aħna nirrikonoxxu li r-riżultati marbuta mal-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-azzjonijiet ta’ adattament mhumiex faċli biex jitkejlu u li spiss il-bidliet ma jkunux immedjatament evidenti. Madankollu, biex l-indikaturi R.12, R.13, R.14R.17 jitqiesu bħala indikaturi tar-riżultati, jeħtieġ li jkun hemm evidenza xjentifika li tappoġġa r-riżultati mistennija tal-miżuri li jittieħdu. Barra minn hekk, għal dawn l-indikaturi kull ettaru jitqies b’mod ugwali, irrispettivament mid-differenzi – spiss sinifikanti – fil-kontribut tal-impenji għat-tibdil fil-klima. Id-differenzjar bejn dawn l-ettari skont il-kontribut tagħhom għall-objettivi, fuq il-bażi ta’ evidenza, jista’ jagħmel dawn l-indikaturi aktar sinifikanti. Pereżempju, dan jista’ jsir permezz ta’ sistema ta’ punteġġi, bħall-indikaturi ta’ Rio tal-OECD, fejn l-attivitajiet jiġu skrinjati u mmarkati billi jiġi assenjat perċentwal (minn 0-100 %) bħala kontribut għall-objettiv.

Mhuwiex ċar jekk l-indikatur R.15 huwiex maħsub biex ikejjel l-għadd ta’ investimenti jew il-kapaċità. Filwaqt li l-kapaċità maħluqa tkun aktar rilevanti mill-għadd ta’ investimenti, l-enerġija rinnovabbli prodotta wara ċertu żmien tista’ tkun indikatur tar-riżultati aktar xieraq.

Jenħtieġ li fl-indikatur R.16 jiġi kkjarifikat jekk l-intenzjoni hijiex li jitkejjel l-iffrankar tal-enerġija li jirriżulta mill-investimenti tal-PAK, u jekk għandux jitkejjel l-iffrankar tal-enerġija annwali.

I.9

Titjib tar-reżiljenza tal-azjendi agrikoli: Indiċi

I.10

Kontribut għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima: Tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett ta’ serra mill-agrikoltura

I.11

Titjib tas-sekwestru tal-karbonju: Żieda fil-karbonju organiku fil-ħamrija

I.12

Żieda tal-enerġija sostenibbli fl-agrikoltura: Produzzjoni ta’ enerġija rinnovabbli mill-agrikoltura u l-forestrija

L-Artikoli 7, 96 u 97 tar-Regolament dwar il-Pjan Strateġiku tal-PAK jorbtu l-interventi tal-PAK mal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar il-klima u l-enerġija. Għalhekk, il-qafas ta’ prestazzjoni tal-PAK jeħtieġ li juri l-impenn tas-settur lejn il-miri tal-UE dwar il-klima u l-enerġija.

Jekk l-indikatur I.9 huwa maħsub biex ikejjel ir-reżiljenza tat-tibdil fil-klima, aħna nissuġġerixxu li dan jiġi speċifikat fl-isem tal-indikatur. Il-kelma “reżiljenza” tintuża fl-objettiv 1 b’tifsira differenti (reżiljenza ekonomika), li tista’ twassal għal konfużjoni. L-indiċi jeħtieġ li jiġi speċifikat aktar: aħna nifhmu li d-DĠ AGRI attwalment qed jiżviluppa indiċi biex isegwi l-adattament għat-tibdil fil-klima flimkien mad-DĠ CLIMA.

Objettiv speċifiku 5 : Jitrawwem l-iżvilupp sostenibbli u l-ġestjoni effiċjenti tar-riżorsi naturali bħall-ilma, il-ħamrija u l-arja

R.18

Titjib tal-ħamrija: Is-sehem tal-art agrikola b’impenji ta’ ġestjoni b’benefiċċju għall-ġestjoni tal-ħamrija

R.19

Titjib tal-kwalità tal-arja: Is-sehem ta’ art agrikola b’impenji għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-ammonijaka

R.20

Protezzjoni tal-kwalità tal-ilma: Is-sehem tal-art agrikola b’impenji ta’ ġestjoni għall-kwalità tal-ilma

R.21

Ġestjoni sostenibbli tan-nutrijenti: Is-sehem ta’ art agrikola b’impenji biex ittejjeb il-ġestjoni tan-nutrijenti

R.22

Użu sostenibbli tal-ilma: Is-sehem ta’ art irrigata b’impenji biex jittejjeb il-bilanċ tal-ilma

R.23

Prestazzjoni marbuta mal-ambjent/il-klima permezz ta’ investiment: Is-sehem ta’ bdiewa b’appoġġ f’investimenti relatati mal-kura tal-ambjent jew tal-klima

R.24

Prestazzjoni ambjentali/klimatika permezz tal-għarfien: Is-sehem tal-bdiewa li jirċievu appoġġ għal pariri/taħriġ marbuta mal-prestazzjoni ambjentali/klimatika

Aħna nirrikonoxxu li r-riżultati marbuta mal-objettivi ambjentali mhumiex faċli biex jitkejlu u li spiss il-bidliet ma jkunux immedjatament evidenti. Madankollu, biex l-indikiaturi R.18, R.19, R.20, R.21R.22 jitqiesu bħala indikaturi tar-riżultati, jeħtieġ li jkun hemm evidenza xjentifika li tappoġġa r-riżultati mistennija tal-miżuri li jittieħdu. Barra minn hekk, għal dawn l-indikaturi l-art titqies b’mod ugwali, irrispettivament mid-differenzi – spiss sinifikanti – fil-valur ambjentali tal-impenji. Dawn ikunu aktar utli jekk ikun hemm differenzjar bejn id-diversi impenji (ara l-kumment dwar l-indikatur R.12 hawn fuq).

Bl-istess mod, fir-rigward tal-indikatur R.23 jeħtieġ li jkun hemm evidenza/studji xjentifiċi li jikkonfermaw il-kontribut ambjentali tal-investiment rispettiv.

L-indikatur R.24 ikun aktar orjentat lejn ir-riżultati jekk jitkejlu l-azzjonijiet li jittieħdu fuq il-bażi tal-pariri/taħriġ riċevuti.

Biex jiġi evitat li jsir kontabilizzar doppju, l-indikaturi R.23R.24 jeħtieġ li jispeċifikaw li l-bdiewa jistgħu jingħaddu darba biss matul il-perjodu tal-qafas finanzjarju pluriennali.

I.13

Tnaqqis tal-erożjoni tal-ħamrija: Perċentwal ta’ art b’erożjoni moderata u gravi fuq l-art agrikola

I.14

Titjib tal-kwalità tal-arja: Tnaqqis tal-emissjoni tal-ammonijaka mill-agrikoltura

I.15

Titjib tal-kwalità tal-ilma: Il-bilanċ tan-nutrijenti gross fuq l-art agrikola

1.16

Tnaqqis tat-tnixxija tan-nutrijenti: In-nitrati fl-ilma ta’ taħt l-art – Il-perċentwal tal-istazzjonijiet tal-ilma ta’ taħt l-art b’konċentrazzjoni ta’ nitroġenu ogħla minn 50 mg/l skont id-Direttiva dwar in-Nitrati

I.17

Tnaqqis tal-pressjoni fuq ir-riżorsi tal-ilma: L-Indiċi Aġġornat tal-Konsum tal-Ilma (Water Exploitation Index Plus, WEI+)

L-indikaturi tal-impatti jidhru li huma rilevanti, iżda jeħtieġ li jiġu speċifikati aktar.

I.14: “Tnaqqis ta’” tkun aktar preċiża minn “Tnaqqis”.

Objettiv speċifiku 6 : Jingħata kontribut lill-protezzjoni tal-bijodiversità, jissaħħu s-servizzi tal-ekosistema u jiġu preservati l-ħabitats u l-pajsaġġi

R.25

Appoġġ għall-ġestjoni sostenibbli tal-foresti: Is-sehem tal-art forestali b’impenji ta’ ġestjoni għall-appoġġ tal-ħarsien u l-ġestjoni tal-foresti.

R.26

Protezzjoni tal-ekosistemi forestali: Is-sehem tal-art forestali b’impenji ta’ ġestjoni għall-appoġġ tal-pajsaġġ, tal-bijodiversità u tas-servizzi tal-ekosistema.

R.27

Preservazzjoni tal-ħabitats u tal-ispeċijiet: Sehem tal-art agrikola b’impenji ta’ ġestjoni li jappoġġaw il-konservazzjoni jew ir-restawr tal-bijodiversità

R.28

Appoġġ ta’ Natura 2000: Erja fis-siti tan-Natura 2000 b’impenji għall-protezzjoni, il-manutenzjoni u r-restawr

R.29

Preservazzjoni tal-karatteristiċi tal-pajsaġġ: Sehem ta’ art agrikola b’impenji għall-ġestjoni tal-karatteristiċi tal-pajsaġġ, inkluż ir-ringieli ta’ sġajriet

Kif imsemmi hawn fuq għall-indikaturi tar-riżultati dwar il-klima u l-ambjent, l-indikaturi R.25, R.26, R.27, R.28R.29 jeħtieġ li jkunu appoġġati minn studji jew evidenza xjentifiċi li jikkonfermaw il-kontribut tal-miżuri relatati mal-bijodiversità.

Mhuwiex ċar għalfejn, fir-rigward tal-indikatur R.28, qed jiġi propost li titkejjel l-erja assoluta minflok is-sehem bħal fil-każ tal-indikaturi l-oħra.

I.18

Żieda fil-popolazzjonijiet tal-għasafar tar-raba’ agrikola: L-Indiċi tal-Għasafar tal-Art Agrikola

I.19

Titjib tal-protezzjoni tal-bijodiversità: Il-perċentwal ta’ speċijiet u ħabitats ta’ interess Komunitarju marbuta mal-agrikoltura b’xejra stabbli jew pożittiva

I.20

Titjib fil-provvediment tas-servizzi tal-ekosistema: sehem ta’ erja agrikola użata koperta b’karatteristiċi tal-pajsaġġ

 

Objettiv speċifiku 7 : Jiġu attirati bdiewa żgħażagħ u jiġi ffaċilitat l-iżvilupp tan-negozju fiż-żoni rurali

R.30

Tiġdid ġenerazzjonali: Għadd ta’ bdiewa żgħażagħ li qed jistabbilixxu azjenda agrikola b’appoġġ mill-PAK

L-indikaturi R.30I.21 jiffukaw fuq l-għadd ta’ bdiewa żgħażagħ jew ġodda, u mhux fuq ir-rata ta’ tiġdid ġenerazzjonali bejn il-bdiewa żgħażagħ/ġodda u l-bdiewa anzjani, jew bejn il-bdiewa żgħażagħ/ġodda u l-għadd totali ta’ bdiewa. Il-kejl ta’ dawn il-proporzjonijiet ikun indikatur aktar utli tal-prestazzjoni tal-politika.

Fil-fehma tagħna, jenħtieġ li dawn l-indikaturi jqisu biss lil dawk il-bdiewa żgħażagħ li jmorru tajjeb fil-fażi tal-installazzjoni (pereżempju jimplimentaw b’suċċess il-pjan tan-negozju tagħhom).

I.21

Attrazzjoni ta’ bdiewa żgħażagħ: Evoluzzjoni tal-għadd ta’ bdiewa ġodda

Ara l-kummenti dwar l-indikatur tar-riżultati R.30.

Objettiv speċifiku 8 : Jiġu promossi l-impjiegi, it-tkabbir, l-inklużjoni soċjali u l-iżvilupp lokali fiż-żoni rurali, inkluż il-bijoekonomija u l-forestrija sostenibbli

R.31

It-tkabbir u l-impjiegi fiż-żoni rurali: Impjiegi ġodda fi proġetti appoġġati

R.32

Żvilupp tal-bijoekonomija rurali: L-għadd ta’ negozji tal-bijoekonomija żviluppati bl-appoġġ

R.33

Diġitalizzazzjoni tal-ekonomija rurali: Popolazzjoni rurali koperta minn strateġija appoġġata tal-Irħula Intelliġenti

R.34

Nikkollegaw l-Ewropa rurali: Sehem tal-popolazzjoni rurali li tibbenefika minn aċċess imtejjeb għas-servizzi u l-infrastruttura permezz ta’ appoġġ tal-PAK

R.35

Promozzjoni tal-inklużjoni soċjali: Għadd ta’ persuni minn gruppi minoritarji u/jew vulnerabbli li jibbenefikaw minn proġetti appoġġati tal-inklużjoni soċjali

Biex l-indikatur R.31 ikun jirrifletti r-realtà, jenħtieġ li huwa jkejjel l-għadd ta’ “impjiegi reali” (jiġifieri mhux temporanji) li jinħolqu fl-ikkompletar ta’ proġett. Jeħtieġ li jkun hemm definizzjoni komuni.

L-indikatur R.33 ikejjel il-kopertura tal-“istrateġiji tal-Irħula Intelliġenti”. Jekk jintuża bħala indikatur tar-riżultati, jeħtieġ li dan il-kunċett jiġi ddefinit fir-regolament. Bl-eċċezzjoni tal-premessi 16 u 45, “l-istrateġija tal-irħula intelliġenti” attwalment ma tissemmiex fil-proposta.

Biex l-indikatur R.35 ikun aktar utli, jenħtieġ li jingħadd biss l-għadd ta’ persuni uniċi (biex jiġi evitat li jsir kontabilizzar doppju jekk l-individwi jkunu jibbenefikaw minn aktar minn proġett wieħed tal-inklużjoni soċjali).

I.22

Kontribut għall-impjiegi fiż-żoni rurali: Evoluzzjoni tar-rata tal-impjiegi fiż-żoni predominantement rurali

I.23

Kontribut għat-tkabbir fiż-żoni rurali: Evoluzzjoni tal-PDG per capita fiż-żoni predominantement rurali

I.24

PAK iktar ġusta: Titjib tad-distribuzzjoni tal-appoġġ tal-PAK

I.25

Promozzjoni tal-inklużjoni rurali: Evoluzzjoni tal-indiċi tal-faqar fiż-żoni rurali

Dak li l-indikatur I.24 huwa maħsub li jkejjel mhuwiex ċar. Il-leġiżlatur jista’ jkun jeħtieġ jikkunsidra l-kalkolu ta’ bidla fil-koeffiċjent Gini tas-sussidji tal-PAK biss.

Objettiv speċifiku 9 : Tittejjeb ir-reazzjoni tal-agrikoltura tal-UE għad-domandi soċjetali għall-ikel u s-saħħa, inkluż ikel sikur, nutrittiv u sostenibbli, kif ukoll il-benessri tal-annimali

R.36

Limitazzjoni tal-użu tal-antibijotiċi: Sehem mill-unitajiet ta’ bhejjem ikkonċernati minn azzjonijiet appoġġati biex jiġi limitat l-użu tal-antibijotiċi (prevenzjoni/tnaqqis)

R.37

Użu sostenibbli tal-pestiċidi: Sehem mill-art agrikola kkonċernata minn azzjonijiet speċifiċi appoġġati li jwasslu għall-użu sostenibbli tal-pestiċidi sabiex jitnaqqsu r-riskji u l-impatti tal-pestiċidi

R.38

Titjib tal-benessri tal-annimali: Sehem mill-unitajiet ta’ bhejjem kopert minn azzjoni appoġġata għat-titjib tal-benessri tal-annimali

Biex l-indikaturi R.36, R.37R.38 jitqiesu bħala indikaturi tar-riżultati, jeħtieġ li jkun hemm evidenza xjentifika li tappoġġa r-riżultati mistennija tal-miżuri li jittieħdu.

L-indikatur R.36 jirreferi għal azzjonijiet b’impatt indirett fuq il-benessri tal-annimali. Huwa ma jirreferix għar-riżultati tal-interventi f’termini ta’ benessri mtejjeb tal-annimali/tnaqqis reali fl-użu tal-antibijotiċi.

L-indikatur R.38 ma jkejjilx ir-riżultati reali. Is-sehem tal-unitajiet ta’ bhejjem koperti minn azzjonijiet għat-titjib fil-benessri tal-annimali ma jirrappreżentax il-bidla fl-istatus tal-benessri tal-annimali. Mhuwiex ċar jekk dan l-indikatur huwiex marbut mal-indikatur tal-output O.16, jiġifieri jekk dak l-indikatur jistax jintuża bħala bażi għall-kalkolu tal-indikatur R.38. Hemm ir-riskju li l-interventi għal objettivi għajr il-benessri tal-annimali (is-saħħa, il-bijosigurtà) jiġu rrapportati taħt dan l-indikatur, u jagħtu stampa qarrieqa tal-firxa tal-azzjonijiet relatati mal-benessri tal-annimali.

I.26

Limitazzjoni tal-użu tal-antibijotiċi fl-agrikoltura: bejgħ/użu fl-annimali li jipproduċu l-ikel

I.27

Użu sostenibbli tal-pestiċidi: Tnaqqis tar-riskji u l-impatti tal-pestiċidi (id-Direttiva dwar l-użu sostenibbli tal-pestiċidi)

I.28

Risposta għad-domanda tal-konsumaturi għal ikel ta’ kwalità: Valur tal-produzzjoni taħt l-iskemi ta’ kwalità tal-UE (inkluż l-ikel organiku)

Ma hemm l-ebda indikatur tal-impatti għall-benessri tal-annimali.

Mhuwiex ċar jekk l-indikatur I.26 huwiex maħsub biex jindirizza l-bejgħ jew l-użu tal-antibijotiċi. L-ikel huwa wkoll kunċett wiesa’ ħafna. L-indikatur ikun aktar utli li kieku kellu jkejjel, pereżempju, is-sehem tal-ikel li jiġi prodott mingħajr antibijotiċi matul iż-żmien.

Dak li l-indikatur I.27 huwa maħsub li jkejjel mhuwiex ċar. Jekk l-għan tiegħu huwa li jnaqqas l-użu tal-pestiċidi, jenħtieġ li dan l-indikatur jinkiteb mill-ġdid. It-tnaqqis tar-riskji u tal-impatti tal-pestiċidi ma jidhirx li jista’ jitkejjel.

L-indikatur I.28 jindirizza biss il-valur tal-produzzjoni mingħajr ma jirrelatah ma’ kwalunkwe fattur ieħor. Dan iħalli l-indikatur vulnerabbli għall-influwenza esterna bħall-bidliet fil-prezzijiet. Il-kejl tiegħu bħala perċentwal tal-produzzjoni totali jista’ jkun indikatur aktar utli.

Sors: Il-QEA, ibbażat fuq il-proposta tal-Kummissjoni għar-Regolament dwar il-pjan strateġiku tal-PAK (prinċipalment l-Anness I).


ANNESS II

L-IRBIT TAL-OBJETTIVI, L-INTERVENTI U L-INDIKATURI

Bl-għan li nippreżentaw qafas koerenti (ibbażat biss fuq l-objettivi, l-interventi u l-indikaturi li jinsabu fil-proposta tal-Kummissjoni), f’dan l-anness, aħna nanalizzaw għal liema objettiv(i) jikkontribwixxi kull indikatur tal-output u l-intervent relatat. Aħna analizzajna wkoll l-immappjar imwettaq mill-Kummissjoni, li jgħaqqad l-indikaturi tar-riżultati u tal-impatti mal-objettivi speċifiċi u, fejn kien meħtieġ, għamilna modifikazzjonijiet. F’dan l-anness aħna ma nivvalutawx il-kwalità tal-indikaturi; għal kummenti dwar indikaturi individwali, ara l- Anness I .

Fil-fehma tagħna, qafas koerenti jeħtieġ li jkun jorbot l-objettivi speċifiċi proposti, li jintwerew fl-ewwel kolonna, mal-indikaturi tal-output u l-interventi korrispondenti (ara l-paragrafu 80). It-test b’tipa grassa jirrifletti xi wħud mill-inkonsistenzi u mid-diskrepanzi (jiġifieri indikaturi neqsin) u fejn jeħtieġ li jsir aktar xogħol.

Objettiv

Intervent

Referenza legali

Indikaturi tal-output

Indikatur tar-riżultati

Indikatur tal-impatti

Objettiv speċifiku 1 : Jiġu appoġġati l-introjtu vijabbli tal-azjendi agrikoli u r-reżiljenza tagħhom fl-Unjoni kollha biex tissaħħaħ is-sigurtà tal-ikel

Pagamenti diretti diżakkoppjati – appoġġ għall-introjtu ridistributtiv bażiku u komplementarju

L-Artikoli 14(6)(a) u (b)

O.4

Għadd ta’ ettari għall-pagamenti diretti diżakkoppjati

O.5

Għadd ta’ benefiċjarji għall-pagamenti diretti diżakkoppjati

R.5

Ġestjoni tar-Riskju: Is-sehem tal-azjendi agrikoli b’għodod għall-ġestjoni tar-riskju tal-PAK

R.6

Ridistribuzzjoni lill-azjendi agrikoli iżgħar: Appoġġ addizzjonali b’perċentwal għal kull ettaru għall-azjendi agrikoli eliġibbli iżgħar mid-daqs medju tal-azjendi agrikoli (imqabbla mal-medja)

R.7

Tisħiħ tal-appoġġ għall-azjendi agrikoli f’żoni bi ħtiġijiet speċifiċi: Perċentwal tal-appoġġ addizzjonali għal kull ettaru f’żoni bi ħtiġijiet akbar (imqabbla mal-medja)

I.2

Tnaqqis tal-inugwaljanzi fl-introjtu: L-evoluzzjoni tal-introjtu agrikolu meta mqabbel mal-ekonomija ġenerali

I.3

Tnaqqis tal-varjabbiltà tal-introjtu tal-azjendi agrikoli: Evoluzzjoni tal-introjtu agrikolu

I.4

Appoġġ għall-introjtu vijabbli tal-azjendi agrikoli: L-evoluzzjoni tal-livell tal-introjtu agrikolu skont is-settur (meta mqabbel mal-medja fl-agrikoltura)

I.5

Kontribut għall-bilanċ territorjali: L-evoluzzjoni tal-introjtu agrikolu f’żoni b’restrizzjonijiet naturali (imqabbel mal-medja)

I.24

PAK iktar ġusta: Titjib tad-distribuzzjoni tal-appoġġ tal-PAK

Għodod għall-ġestjoni tar-riskju

L-Artikoli 64(f) u 70

O.8

Għadd ta’ bdiewa koperti minn strumenti appoġġati għall-ġestjoni tar-riskju

Pagamenti għar-restrizzjonijiet naturali jew restrizzjonijiet speċifiċi oħrajn taż-żona

L-Artikoli 64(b) u 66

O.11

Għadd ta’ ettari li jirċievu pagament supplimentari ta’ żona b’restrizzjonijiet naturali (3 kategoriji)

Objettiv speċifiku 2 : Tissaħħaħ l-orjentazzjoni lejn is-suq u tiżdied il-kompetittività, inkluż permezz ta’ aktar enfasi fuq ir-riċerka, it-teknoloġija u d-diġitalizzazzjoni

Pagamenti diretti akkoppjati

L-Artikolu 14(7)

O.9

Għadd ta’ ettari li jibbenefika minn appoġġ akkoppjat

O.10

Għadd ta’ ettari li jibbenefika minn appoġġ akkoppjat

R.8

Immirar tal-azjendi agrikoli f’setturi fid-diffikultà: Is-sehem ta’ bdiewa li jibbenefikaw minn appoġġ akkoppjat għat-titjib tal-kompetittività, tas-sostenibbiltà jew tal-kwalità

I.6

Żieda fil-produttività tal-azjendi agrikoli: Produttività totali tal-fatturi

I.7

Sfruttament tal-potenzjal tal-kummerċ agroalimentari: L-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet tal-kummerċ agroalimentari

Investimenti

L-Artikoli 64(d) u 68

O.18

Għadd ta’ investimenti produttivi fl-azjendi agrikoli appoġġati

O.21

Għadd ta’ investimenti produttivi mhux fl-azjendi agrikoli

R.3

Id-diġitalizzazzjoni tal-agrikoltura: Is-sehem ta’ bdiewa li jibbenefikaw minn appoġġ għal teknoloġija agrikola ta’ preċiżjoni permezz tal-PAK

R.9

Modernizzazzjoni tal-azjendi agrikoli: Is-sehem tal-bdiewa li jirċievu appoġġ ta’ investiment biex jirristrutturaw u jimmodernizzaw, inkluż biex tittejjeb l-effiċjenza tar-riżorsi

Skambju tal-għarfien u l-informazzjoni

L-Artikoli 64(h) u 72

O.29

Għadd ta’ bdiewa li tħarrġu jew ingħataw pariri

O.30

Għadd ta’ persuni li mhumiex bdiewa li tħarrġu jew ingħataw pariri

R.1

It-titjib tal-prestazzjoni permezz tal-għarfien u tal-innovazzjoni: Is-sehem tal-bdiewa li jirċievu appoġġ għal pariri, taħriġ, skambju ta’ għarfien, jew il-parteċipazzjoni fi gruppi operattivi biex itejbu l-prestazzjoni ekonomika, ambjentali, klimatika u tal-effiċjenza tar-riżorsi

R.2

Kollegament tas-sistemi tal-pariri u tal-għarfien: għadd ta’ konsulenti integrati fl-AKIS (imqabbel mal-għadd totali ta’ bdiewa)

Objettiv speċifiku 3 : Tittejjeb il-pożizzjoni tal-bdiewa fil-katina tal-valur

Interventi settorjali

L-Artikolu 39

O.33

Għadd ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi li waqqfu fond/programm operattiv

O.34

Għadd ta’ azzjonijiet ta’ promozzjoni u informazzjoni, u monitoraġġ tas-suq

R.10

Organizzazzjoni aħjar tal-katina tal-provvista: Is-sehem tal-bdiewa li jipparteċipaw fi Gruppi tal-Produtturi, Organizzazzjonijiet tal-Produtturi, swieq lokali, ċirkwiti tal-katina tal-provvista qasira u skemi tal-kwalità

R.11

Konċentrazzjoni tal-provvista: Is-sehem tal-valur tal-produzzjoni kummerċjalizzata minn Organizzazzjonijiet tal-Produtturi bi programmi operattivi

I.8

Titjib tal-pożizzjoni tal-bdiewa fil-katina tal-valur: Il-valur miżjud għall-produtturi primarji fil-katina alimentari

Kooperazzjoni

L-Artikoli 64(g) u 71

O.24

Għadd ta’ gruppi/organizzazzjonijiet tal-produtturi appoġġati

Objettiv speċifiku 4 : Jingħata kontribut lill-mitigazzjoni u l-adattament għat-tibdil fil-klima, kif ukoll lill-enerġija sostenibbli

[rekwiżiti obbligatorji – KAAT]

L-Artikoli 11 u 12

O.32

Għadd ta’ ettari suġġetti għall-kundizzjonalità (imqassam għall-KAAT 1-2-3)

R.12

Adattament għat-tibdil fil-klima: Is-sehem ta’ art agrikola b’impenji biex jittejjeb l-adattament għall-klima

R.13

Tnaqqis tal-emissjonijiet fis-settur tal-bhejjem: Is-sehem ta’ unitajiet ta’ bhejjem li għandhom appoġġ biex inaqqsu l-emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett ta’ serra u/jew l-ammonijaka, inkluż il-ġestjoni tad-demel

R.14

Il-ħżin tal-karbonju fil-ħamrija u l-bijomassa: Is-sehem tal-art agrikola b’impenji biex tnaqqas l-emissjonijiet, iżżomm u/jew ittejjeb il-ħżin tal-karbonju (bur permanenti, art agrikola fit-torbiera, fil-foresti, eċċ.)

R 17

Art afforestata: L-erja appoġġata għall-afforestazzjoni u l-ħolqien ta’ msaġar, inkluż l-agrosilvikultura

I.9

Titjib tar-reżiljenza tal-azjendi agrikoli: Indiċi

I.10

Kontribut għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima: Tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett ta’ serra mill-agrikoltura

I.11

Titjib tas-sekwestru tal-karbonju: Żieda fil-karbonju organiku fil-ħamrija

I.12

Żieda tal-enerġija sostenibbli fl-agrikoltura: Produzzjoni ta’ enerġija rinnovabbli mill-agrikoltura u l-forestrija

Pagamenti diretti diżakkoppjati – skemi għall-klima u l-ambjent

L-Artikolu 14(6)(d)

[l-ebda indikatur tal-output]

Pagamenti għal impenji ambjentali, klimatiċi u ta’ ġestjoni oħra li jmorru lil hinn mir-rekwiżiti mandatorji

L-Artikoli 64(a) u 65

O.13

L-għadd ta’ ettari (agrikoli) koperti minn impenji tal-ambjent/klima li jmorru lil hinn mir-rekwiżiti mandatorji

O.14

L-għadd ta’ ettari (forestrija) koperti minn impenji tal-ambjent/klima li jmorru lil hinn mir-rekwiżiti mandatorji

Investimenti

L-Artikoli 64(d) u 68

O.18

Għadd ta’ investimenti produttivi fl-azjendi agrikoli appoġġati

O.21

Għadd ta’ investimenti produttivi mhux fl-azjendi agrikoli

R.15

Enerġija ekoloġika mill-agrikoltura u l-forestrija: Investimenti fil-kapaċità tal-produzzjoni tal-enerġija rinnovabbli, inkluż dik b’bażi bijoloġika (MW)

R.16

Titjib tal-effiċjenza fl-enerġija: L-iffrankar enerġetiku fl-agrikoltura

R.23

Prestazzjoni marbuta mal-ambjent/il-klima permezz ta’ investiment: Is-sehem ta’ bdiewa b’appoġġ f’investimenti relatati mal-kura tal-ambjent jew tal-klima

 

Skambju tal-għarfien u l-informazzjoni

L-Artikoli 64(h) u 72

O.29

Għadd ta’ bdiewa li tħarrġu jew ingħataw pariri

O.30

Għadd ta’ persuni li mhumiex bdiewa li tħarrġu jew ingħataw pariri

R.1

It-titjib tal-prestazzjoni permezz tal-għarfien u tal-innovazzjoni: Is-sehem tal-bdiewa li jirċievu appoġġ għal pariri, taħriġ, skambju ta’ għarfien, jew il-parteċipazzjoni fi gruppi operattivi biex itejbu l-prestazzjoni ekonomika, ambjentali, klimatika u tal-effiċjenza tar-riżorsi

R.24

Prestazzjoni ambjentali/klimatika permezz tal-għarfien: Is-sehem tal-bdiewa li jirċievu appoġġ għal pariri/taħriġ marbuta mal-prestazzjoni ambjentali /klimatika

 

Objettiv speċifiku 5 : Jitrawwem l-iżvilupp sostenibbli u l-ġestjoni effiċjenti tar-riżorsi naturali bħall-ilma, il-ħamrija u l-arja

[rekwiżiti obbligatorji – KAAT]

L-Artikoli 11 u 12

O.32

Għadd ta’ ettari soġġetti għall-kundizzjonalità (imqassam għall-KAAT 4-8)

Ħamrija

R.18

Titjib tal-ħamrija: Is-sehem tal-art agrikola b’impenji ta’ ġestjoni b’benefiċċju għall-ġestjoni tal-ħamrija

Arja

R.19

Titjib tal-kwalità tal-arja: Is-sehem ta’ art agrikola b’impenji għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-ammonijaka

Ilma

R.20

Protezzjoni tal-kwalità tal-ilma: Is-sehem tal-art agrikola b’impenji ta’ ġestjoni għall-kwalità tal-ilma

R.21

Ġestjoni sostenibbli tan-nutrijenti: Is-sehem ta’ art agrikola b’impenji biex ittejjeb il-ġestjoni tan-nutrijenti

R.22

Użu sostenibbli tal-ilma: Is-sehem ta’ art irrigata b’impenji biex jittejjeb il-bilanċ tal-ilma

R.23

Prestazzjoni relatata mal-ambjent/il-klima permezz ta’ investiment: Is-sehem ta’ bdiewa b’appoġġ f’investimenti relatati mal-kura tal-ambjent jew tal-klima

Ħamrija

I.13

Tnaqqis tal-erożjoni tal-ħamrija: Perċentwal ta’ art b’erożjoni moderata u gravi fuq l-art agrikola

Arja

I.14

Titjib tal-kwalità tal-arja: Tnaqqis tal-emissjoni tal-ammonijaka mill-agrikoltura

Ilma

I.15

Titjib tal-kwalità tal-ilma: Il-bilanċ tan-nutrijenti gross fuq l-art agrikola

1.16

Tnaqqis tat-tnixxija tan-nutrijenti: In-nitrati fl-ilma ta’ taħt l-art – Il-perċentwal tal-istazzjonijiet tal-ilma ta’ taħt l-art b’konċentrazzjoni ta’ nitroġenu ogħla minn 50 mg/l skont id-Direttiva dwar in-Nitrati

I.17

Tnaqqis tal-pressjoni fuq ir-riżorsi tal-ilma: L-Indiċi Aġġornat tal-Konsum tal-Ilma (Water Exploitation Index Plus, WEI+)

Pagamenti diretti diżakkoppjati – skemi għall-klima u l-ambjent

L-Artikolu 14(6)(d)

[l-ebda indikatur tal-output]

Pagamenti għal impenji ambjentali, klimatiċi u ta’ ġestjoni oħra li jmorru lil hinn mir-rekwiżiti mandatorji

L-Artikoli 64(a) u 65

O.13

L-għadd ta’ ettari (agrikoli) koperti minn impenji tal-ambjent/klima li jmorru lil hinn mir-rekwiżiti mandatorji

O.14

L-għadd ta’ ettari (forestrija) koperti minn impenji tal-ambjent/klima li jmorru lil hinn mir-rekwiżiti mandatorji

O.15

Għadd ta’ ettari b’appoġġ għall-biedja organika

Pagamenti għall-iżvantaġġi speċifiċi għaż-żona li jirriżultaw minn ċerti rekwiżiti mandatorji

L-Artikoli 64(c) u 67

O.12

L-għadd ta’ ettari li jirċievu appoġġ taħt Natura 2000 jew id-Direttiva Qafas dwar l-Ilma

Skambju tal-għarfien u l-informazzjoni

L-Artikoli 64(h) u 72

O.29

Għadd ta’ bdiewa li tħarrġu jew ingħataw pariri

O.30

Għadd ta’ persuni li mhumiex bdiewa li tħarrġu jew ingħataw pariri

R.1

It-titjib tal-prestazzjoni permezz tal-għarfien u tal-innovazzjoni: Is-sehem tal-bdiewa li jirċievu appoġġ għal pariri, taħriġ, skambju ta’ għarfien, jew il-parteċipazzjoni fi gruppi operattivi biex itejbu l-prestazzjoni ekonomika, ambjentali, klimatika u tal-effiċjenza tar-riżorsi

R.24

Prestazzjoni ambjentali/klimatika permezz tal-għarfien: Is-sehem tal-bdiewa li jirċievu appoġġ għal pariri/taħriġ marbuta mal-prestazzjoni ambjentali /klimatika

Objettiv speċifiku 6 : Jingħata kontribut lill-protezzjoni tal-bijodiversità, jissaħħu s-servizzi tal-ekosistema u jiġu preservati l-ħabitats u l-pajsaġġi

[rekwiżiti mandatorji – KAAT]

L-Artikoli 11 u 12

O.32

Għadd ta’ ettari soġġetti għall-kundizzjonalità (imqassam għall-KAAT 9-10)

R.25

Appoġġ għall-ġestjoni sostenibbli tal-foresti: Is-sehem tal-art forestali b’impenji ta’ ġestjoni għall-appoġġ tal-ħarsien u l-ġestjoni tal-foresti.

R.26

Protezzjoni tal-ekosistemi forestali: Is-sehem tal-art forestali b’impenji ta’ ġestjoni għall-appoġġ tal-pajsaġġ, tal-bijodiversità u tas-servizzi tal-ekosistema.

R.27

Preservazzjoni tal-ħabitats u tal-ispeċijiet: Sehem tal-art agrikola b’impenji ta’ ġestjoni li jappoġġaw il-konservazzjoni jew ir-restawr tal-bijodiversità

R.28

Appoġġ ta’ Natura 2000: Erja fis-siti tan-Natura 2000 b’impenji għall-protezzjoni, il-manutenzjoni u r-restawr

R.29

Preservazzjoni tal-karatteristiċi tal-pajsaġġ: Sehem ta’ art agrikola b’impenji għall-ġestjoni tal-karatteristiċi tal-pajsaġġ, inkluż ir-ringieli ta’ sġajriet

I.18

Żieda fil-popolazzjonijiet tal-għasafar tar-raba’ agrikola: L-Indiċi tal-Għasafar tal-Art Agrikola

I.19

Titjib tal-protezzjoni tal-bijodiversità: Il-perċentwal ta’ speċijiet u ħabitats ta’ interess Komunitarju marbuta mal-agrikoltura b’xejra stabbli jew pożittiva

I.20

Titjib fil-provvediment tas-servizzi tal-ekosistema: sehem ta’ erja agrikola użata koperta b’karatteristiċi tal-pajsaġġ

Interventi settorjali

L-Artikolu 39

O.35

Għadd ta’ azzjonijiet għall-preservazzjoni/titjib tat-trobbija tan-naħal

Pagamenti għal impenji ambjentali, klimatiċi u ta’ ġestjoni oħra li jmorru lil hinn mir-rekwiżiti mandatorji

L-Artikoli 64(a) u 65

O.13

L-għadd ta’ ettari (agrikoli) koperti minn impenji tal-ambjent/klima li jmorru lil hinn mir-rekwiżiti mandatorji

O.14

L-għadd ta’ ettari (forestrija) koperti minn impenji tal-ambjent/klima li jmorru lil hinn mir-rekwiżiti mandatorji

O.17

Għadd ta’ proġetti li jappoġġaw ir-riżorsi ġenetiċi

Pagamenti għall-iżvantaġġi speċifiċi għaż-żona li jirriżultaw minn ċerti rekwiżiti mandatorji

L-Artikoli 64(c) u 67

O.12

L-għadd ta’ ettari li jirċievu appoġġ taħt Natura 2000 jew id-Direttiva Qafas dwar l-Ilma

Investimenti

L-Artikoli 64(d) u 68

O.20

Għadd ta’ investimenti mhux produttivi appoġġati

Objettiv speċifiku 7 : Jiġu attirati bdiewa żgħażagħ u jiġi ffaċilitat l-iżvilupp tan-negozju fiż-żoni rurali

Pagamenti diretti diżakkoppjati -appoġġ għall-introjtu komplementarju għall-bdiewa żgħażagħ

L-Artikolu 14(6)(d)

O.6

Għadd ta’ ettari suġġett għal aktar appoġġ għall-introjtu għall-bdiewa żgħażagħ

O.7

Għadd ta’ benefiċjarji suġġett għal aktar appoġġ għall-introjtu għall-bdiewa żgħażagħ

R.30

Tiġdid ġenerazzjonali: Għadd ta’ bdiewa żgħażagħ li qed jistabbilixxu azjenda agrikola b’appoġġ mill-PAK

I.21

Attrazzjoni ta’ bdiewa żgħażagħ: Evoluzzjoni tal-għadd ta’ bdiewa ġodda

Għotjiet għall-installazzjoni

L-Artikoli 64(e) u 69

O.22

Għadd ta’ bdiewa li jirċievu għotjiet għall-installazzjoni

Kooperazzjoni

L-Artikoli 64(g) u 71

O.26

Għadd ta’ proġetti ta’ tiġdid ġenerazzjonali (bdiewa żgħażagħ/mhux żgħażagħ)

Objettiv speċifiku 8 : Jiġu promossi l-impjiegi, it-tkabbir, l-inklużjoni soċjali u l-iżvilupp lokali fiż-żoni rurali, inkluż il-bijoekonomija u l-forestrija sostenibbli

Investimenti

L-Artikoli 64(d) u 68

O.19

Għadd ta’ infrastrutturi lokali appoġġati

R.31

It-tkabbir u l-impjiegi fiż-żoni rurali: Impjiegi ġodda fi proġetti appoġġati

R.32

Żvilupp tal-bijoekonomija rurali: L-għadd ta’ negozji tal-bijoekonomija żviluppati bl-appoġġ

R.33

Diġitalizzazzjoni tal-ekonomija rurali: Popolazzjoni rurali koperta minn strateġija appoġġata tal-Irħula Intelliġenti

R.34

Nikkollegaw l-Ewropa rurali: Sehem tal-popolazzjoni rurali li tibbenefika minn aċċess imtejjeb għas-servizzi u l-infrastruttura permezz ta’ appoġġ tal-PAK

R.35

Promozzjoni tal-inklużjoni soċjali: Għadd ta’ persuni minn gruppi minoritarji u/jew vulnerabbli li jibbenefikaw minn proġetti appoġġati tal-inklużjoni soċjali

I.22

Kontribut għall-impjiegi fiż-żoni rurali: Evoluzzjoni tar-rata tal-impjiegi fiż-żoni predominantement rurali

I.23

Kontribut għat-tkabbir fiż-żoni rurali: Evoluzzjoni tal-PDG per capita fiż-żoni predominantement rurali

I.25

Promozzjoni tal-inklużjoni rurali: Evoluzzjoni tal-indiċi tal-faqar fiż-żoni rurali

I.1

Il-kondiviżjoni tal-għarfien u tal-innovazzjoni: Is-sehem mill-baġit tal-PAK għall-kondiviżjoni tal-għarfien u tal-innovazzjoni

Għotjiet għall-installazzjoni

L-Artikoli 64(e) u 69

O.23

Għadd ta’ imprendituri rurali li jirċievu għotjiet għall-installazzjoni

Kooperazzjoni

L-Artikoli 64(g) u 71

O.1

Għadd ta’ gruppi operattivi tal-EIP

O.2

Għadd ta’ konsulenti li jistabbilixxu jew jipparteċipaw fi gruppi operattivi tal-EIP

O.27

Għadd ta’ strateġiji lokali ta’ żvilupp (LEADER)

O.28

Għadd ta’ gruppi oħrajn ta’ kooperazzjoni (minbarra l-EIP rrappurtati taħt O.1)

Objettiv speċifiku 9 : Tittejjeb ir-reazzjoni tal-agrikoltura tal-UE għad-domandi soċjetali għall-ikel u s-saħħa, inkluż ikel sikur, nutrittiv u sostenibbli, kif ukoll il-benessri tal-annimali

Pagamenti għal impenji ambjentali, klimatiċi u ta’ ġestjoni oħra li jmorru lil hinn mir-rekwiżiti mandatorji

L-Artikoli 64(a) u 65

O.13

L-għadd ta’ ettari (agrikoli) koperti minn impenji tal-ambjent/klima li jmorru lil hinn mir-rekwiżiti mandatorji

O.16

Għadd ta’ unitajiet ta’ bhejjem koperti b’appoġġ għal miżuri tal-benessri tal-annimali, tas-saħħa jew ta’ bijosigurtà ikbar

R.4

Kollegament tal-appoġġ għall-introjtu mal-istandards u l-prattika tajba. Is-sehem tal-erja agrikola użata kopert mill-appoġġ għall-introjtu u soġġett għal kundizzjonalità

R.36

Limitazzjoni tal-użu tal-antibijotiċi: Sehem mill-unitajiet ta’ bhejjem ikkonċernati minn azzjonijiet appoġġati biex jiġi limitat l-użu tal-antibijotiċi (prevenzjoni/tnaqqis)

R.37

Użu sostenibbli tal-pestiċidi: Sehem mill-art agrikola kkonċernata minn azzjonijiet speċifiċi appoġġati li jwasslu għall-użu sostenibbli tal-pestiċidi sabiex jitnaqqsu r-riskji u l-impatti tal-pestiċidi

R.38

Titjib tal-benessri tal-annimali: Sehem mill-unitajiet ta’ bhejjem kopert minn azzjoni appoġġata għat-titjib tal-benessri tal-annimali

I.26

Limitazzjoni tal-użu tal-antibijotiċi fl-agrikoltura: bejgħ/użu fl-annimali li jipproduċu l-ikel

I.27

Użu sostenibbli tal-pestiċidi: Tnaqqis tar-riskji u l-impatti tal-pestiċidi (id-Direttiva dwar l-użu sostenibbli tal-pestiċidi)

I.28

Risposta għad-domanda tal-konsumaturi għal ikel ta’ kwalità: Valur tal-produzzjoni taħt l-iskemi ta’ kwalità tal-UE (inkluż l-ikel organiku)

Kooperazzjoni

L-Artikoli 64(g) u 71

O.25

Għadd ta’ bdiewa li jirċievu appoġġ biex jipparteċipaw fl-iskemi tal-kwalità tal-UE

[rekwiżiti mandatorji – SMRs]

L-Artikoli 11 u 12

O.3

Għadd ta’ benefiċjarji tal-appoġġ tal-PAK

O.31

L-għadd ta’ ettari bi prattiki ambjentali (l-indikatur ta’ sinteżi fl-erja fiżika koperta bil-kundizzjonalità, l-ELS, l-AECM, miżuri tal-forestrija, il-biedja organika)

Sors: Il-QEA, ibbażat fuq il-proposta tal-Kummissjoni għal Regolament dwar il-pjan strateġiku tal-PAK, Objettivi speċifiċi (l-Artikolu 6), interventi tal-PAK u rekwiżiti obbligatorji (l-Artikoli 11-12, 14, 39, 64-72) u indikaturi tal-output, tar-riżultati u tal-impatti (l-Anness I tar-Regolament dwar il-pjan strateġiku tal-PAK).


Top