EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020CN0289

Kawża C-289/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-cour d’appel de Paris (Franza) fit-30 ta’ Ġunju 2020 – IB vs FA

ĠU C 297, 7.9.2020, p. 34–34 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

7.9.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 297/34


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-cour d’appel de Paris (Franza) fit-30 ta’ Ġunju 2020 – IB vs FA

(Kawża C-289/20)

(2020/C 297/45)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour d’appel de Paris

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: IB

Konvenut: FA

Domanda preliminari

Meta, bħal f’dan il-każ, miċ-ċirkustanzi fattwali jirriżulta li wieħed mill-konjuġi jaqsam ħajtu bejn żewġ Stati Membri, jista’ jitqies, fis-sens tal-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 2201/2003 (1) u għall-applikazzjoni tiegħu, li huwa għandu r-residenza abitwali tiegħu f’żewġ Stati Membri, b’tali mod li jekk il-kundizzjonijiet elenkati minn dan l-artikolu jiġu ssodisfatti f’żewġ Stati Membri, il-qrati ta’ dawn iż-żewġ Stati Membri għandhom ġurisdizzjoni ugwali sabiex jagħtu deċiżjoni fuq id-divorzju?


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003 tas-27 ta’ Novembru 2003 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbilità tal-ġenituri, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1347/2000 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 243, u rettifika fil-ĠU 2013, L 82, p. 63).


Top