EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011CN0223

Kawża C-223/11: Rikors ippreżentat fit- 13 ta’ Mejju 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Portugiża

ĠU C 211, 16.7.2011, p. 16–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

16.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 211/16


Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Mejju 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Portugiża

(Kawża C-223/11)

2011/C 211/30

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Guerra e Andrade u I. Hadjiyiannis, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Portugiża

Talbiet

Il-Kummissjoni titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

(1)

tiddikjara li:

billi ma ppubblikatx il-pjanijiet nazzjonali ta’ mmaniġġjar tal-baċini tax-xmajjar, l-Istat Portugiż naqas milli jikkonforma ruħu mal-Artikolu 13(6), flimkien mal-Artikolu 13(1) u (2) tad-Direttiva 2000/60/KE (1);

billi ma ppubblikatx u billi ma għamlitx disponibbli għall-pubbliku, inklużi l-utenti, għall-preżentazzjoni eventwali ta’ osservazzjonijiet, il-proġetti u pjanijiet ta’ mmaniġġjar tal-baċini tax-xmajjar, l-Istat Portugiż naqas milli jikkonforma ruħu mal-Artikolu 14(1)(c) tad-Direttiva 2000/60/KE;

billi ma bagħtitx lill-Kummissjoni kopja tal-pjanijiet tagħha ta’ mmaniġġjar tal-baċini tax-xmajjar, l-Istat Portugiż naqas milli jikkonforma ruħu mal-Artikolu 15 tad-Direttiva 2000/60/KE;

(2)

tikkundanna lir-Repubblika Portugiża għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Artikolu 13 tad-Direttiva 2000/60/KE

L-Artikolu 13(6), flimkien mal-Artikolu 13(1) u (2) tad-Direttiva 2000/60/KE, jistabbilixxi li l-pjanijiet ta’ mmaniġġjar tal-baċini tax-xmajjar ta’ kull distrett tal-baċin tax-xmara, nazzjonali jew internazzjonali li jkun jinsab fit-territorju tal-Unjoni, għandhom jiġu ppubblikati sa mhux iktar tard mit-22 ta’ Diċembru 2009.

Il-Kummissjoni ma ġietx innotifikata jew informata dwar jekk ġewx ippubblikati dawn il-pjanijiet, fir-rigward tal-Portugall.

Artikolu 14 tad-Direttiva 2000/60/KE

Kif jirriżulta mid-Direttiva, il-parteċipazzjoni tal-pubbliku hija kkunsidrata essenzjali sabiex jintlaħqu l-għanijiet tagħha.

Il-Kummissjoni ma ġietx innotifikata jew informata dwar jekk ġewx ippubblikati jew sarux disponibbli għall-pubbliku, inklużi l-utenti, għall-preżentazzjoni eventwali ta’ osservazzjonijiet, kwalunkwe proġett ta’ pjanijiet ta’ mmaniġġjar tal-baċini tax-xmajjar.

Artikolu 15 tad-Direttiva 2000/60/KE

Il-Kummissjoni ma rċeviet, min-naħa tal-Istat Portugiż, ebda kopja tal-pjanijiet ta’ mmaniġġjar tal-baċini tax-xmajjar, la dawk tad-distretti tal-baċini tax-xmajjar nazzjonali u lanqas dawk tad-distretti tal-baċini tax-xmajjar internazzjonali.


(1)  Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ Ottubru 2000, li tistabilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 5, p. 275)


Top