EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010CN0461

Kawża C-461/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Högsta domstolen (l-Isvezja) fl- 20 ta’ Settembru 2010 — Bonnier Audio AB, Earbooks AB, Norstedts Förlagsgrupp AB, Piratförlaget Aktiebolag, Storyside AB vs Perfect Communication Sweden AB

ĠU C 317, 20.11.2010, p. 24–24 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

20.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 317/24


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Högsta domstolen (l-Isvezja) fl-20 ta’ Settembru 2010 — Bonnier Audio AB, Earbooks AB, Norstedts Förlagsgrupp AB, Piratförlaget Aktiebolag, Storyside AB vs Perfect Communication Sweden AB

(Kawża C-461/10)

()

2010/C 317/42

Lingwa tal-kawża: l-Isvediz

Qorti tar-rinviju

Högsta domstolen

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Bonnier Audio AB, Earbooks AB, Norstedts Förlagsgrupp AB, Piratförlaget Aktiebolag, Storyside AB

Konvenuta: Perfect Communication Sweden AB.

Domandi preliminari

(1)

Id-Direttiva 2006/24/KE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Marzu 2006, dwar iż-żamma ta’ data ġenerata jew proċessata b’konnessjoni mal-provvista ta’ servizzi pubblikament disponibbli ta’ komunikazzjoni elettronika jew ta’ networks ta’ komunikazzjoni pubblika u li temendi d-Direttiva 2002/58/KE, b’mod iktar speċifiku l-Artikoli 3, 4, 5 u 11 tagħha, tipprekludi l-applikazzjoni ta’ dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali, stabbilita abbażi tal-Artikolu 8 tad-Direttiva 2004/48/KE (2) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, fuq l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, li, għall-finijiet ta’ identifikazzjoni ta’ abbonat, tippermetti li fornitur ta’ servizz tal-internet jiġi ordnat jikkomunika indirizz IP lill-proprjetarju ta’ drittijiet tal-awtur jew lill-aventi kawża tiegħu, liema indirizz serva għall-ksur tad-drittijiet? Hemm preżunzjoni, minn naħa, li l-applikant għall-ordni pproduċa provi reali tal-ksur ta’ drittijiet tal-awtur u, min-naħa l-oħra, li l-miżura mitluba hija proporzjonata.

(2)

Il-fatt li l-Istat Membru kkonċernat għadu ma ttrasponiex id-Direttiva 2006/24, filwaqt li t-terminu għal din it-traspożizzjoni skada, għandu effett fuq ir-risposta għall-ewwel domanda?


(1)  ĠU L 105, p. 54

(2)  Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 2, p. 32


Top