EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009CB0298

Kawża C-298/09: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tas- 16 ta’ Ġunju 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Fővárosi Bíróság Gazdasági Kollégiuma — ir-Repubblika tal-Ungerija) — RANI Slovakia s.r.o. vs Hankook Tire Magyarország Kft ( “L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura — Adeżjoni mal-Unjoni Ewropea — Libertà li jiġu pprovduti servizzi — Direttiva 96/71/KE — Kollokament ta’ ħaddiema mwettaq fil-kuntest ta’ provvista ta’ servizzi — Impriża ta’ impjieg temporanju — Rekwiżit ta’ stabbiliment fit-territorju tal-Istat Membru li fih jingħata s-servizz” )

ĠU C 288, 23.10.2010, p. 14–15 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

23.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 288/14


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tas-16 ta’ Ġunju 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Fővárosi Bíróság Gazdasági Kollégiuma — ir-Repubblika tal-Ungerija) — RANI Slovakia s.r.o. vs Hankook Tire Magyarország Kft

(Kawża C-298/09) (1)

(L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura - Adeżjoni mal-Unjoni Ewropea - Libertà li jiġu pprovduti servizzi - Direttiva 96/71/KE - Kollokament ta’ ħaddiema mwettaq fil-kuntest ta’ provvista ta’ servizzi - Impriża ta’ impjieg temporanju - Rekwiżit ta’ stabbiliment fit-territorju tal-Istat Membru li fih jingħata s-servizz)

(2010/C 288/22)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Fővárosi Bíróság Gazdasági Kollégiuma

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: RANI Slovakia s.r.o.

Konvenuta: Hankook Tire Magyarország Kft

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Fővárosi Bíróság — Interpretazzjoni tal-Artikolu 3(ċ) KE, tal-Artikoli 49, 52 u 54 KE, kif ukoll tad-Direttiva 96/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Diċembru 1996, dwar l-impjieg ta’ ħaddiema fil-qafas ta’ prestazzjoni ta’ servizzi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 2, p. 431) — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tirrestrinġi l-eżerċizzju tal-attività ta’ impriża ta’ impjieg temporanju għall-kumpanniji li huma stabbiliti fit-territorju nazzjonali biss

Dispożittiv

(1)

L-Artikoli 49 KE sa 54 KE ma jistgħux jiġu interpretati fis-sens li leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tirrigwarda l-eżerċizzju tal-attività ta’ impriża ta’ impjieg temporanju, fis-seħħ fid-data tal-adeżjoni ta’ dan l-Istat mal-Unjoni Ewropea, tibqa’ valida sakemm il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ma jkunx adotta programm jew direttivi bil-għan li jiġu implementati dawn id-dispożizzjonijiet, sabiex jiġu stabbiliti l-kundizzjonijiet tal-liberalizzazzjoni tal-kategorija ta’ provvista ta’ servizzi inkwistjoni.

(2)

La d-dsatax-il premessa tad-Direttiva 96/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Diċembru 1996, dwar l-impjieg ta’ ħaddiema fil-qafas ta’ prestazzjoni ta’ servizzi, u lanqas l-Artikolu 1(4) tagħha ma jistgħu jiġu interpretati fis-sens li Stat Membru jista’ jirriżerva l-eżerċizzju tal-attività ta’ impriża ta’ impjieg temporanju biss għall-kumpanniji li huma stabbiliti fit-territorju nazzjonali jew jagħtihom trattament iktar vantaġġuż, għal dak li jirrigwarda l-awtorizzazzjoni tal-attività inkwistjoni, minn dak mogħti lill-impriżi stabbiliti fi Stat Membru ieħor.

(3)

L-Artikoli 49 KE sa 54 KE għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tirriżerva l-eżerċizzju tal-attività ta’ impriża ta’ impjieg temporanju lill-impriżi li huma stabbiliti fit-territorju nazzjoanli.


(1)  ĠU C 267, 07.11.2009


Top