EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009CA0497

Kawżi magħquda C-497/09, C-499/09, C-501/09, C-502/09: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal- 10 ta’ Marzu 2011 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesfinanzhof — il-Ġermanja) — Finanzamt Burgdorf (C-497/09), CinemaxX Entertainment GmbH & Co. KG, li kienet Hans-Joachim Flebbe Filmtheater GmbH & Co. KG (C-499/09), Lothar Lohmeyer (C-501/09), Fleischerei Nier GmbH & Co. KG (C-502/09) vs Manfred Bog (C-497/09), Finanzamt Hamburg-Barmbek-Uhlenhorst (C-499/09), Finanzamt Minden (C-501/09), Finanzamt Detmold (C-502/09) (Tassazzjoni — VAT — Sitt Direttiva 77/388/KEE — Artikoli 5 u 6 — Klassifikazzjoni ta’ attività kummerċjali bħala “provvista ta” oġġetti’ jew “provvista ta’ servizzi” — Forniment ta’ ikliet jew ta’ ikel lesti għall-konsum immedjat fi stands jew f’vetturi li joffru l-ikel — Forniment, f’ċinema, ta’ pop-corn u ta’ chips “tortilla” ( “nachos” ) għall-konsum immedjat — Fornitur tal-ikel li jikkunsinna fid-djar — Kategorija 1 tal-Anness H — Interpretazzjoni tat-termini “affarijiet ta’ l-ikel” )

ĠU C 130, 30.4.2011, p. 6–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

30.4.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 130/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-10 ta’ Marzu 2011 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesfinanzhof — il-Ġermanja) — Finanzamt Burgdorf (C-497/09), CinemaxX Entertainment GmbH & Co. KG, li kienet Hans-Joachim Flebbe Filmtheater GmbH & Co. KG (C-499/09), Lothar Lohmeyer (C-501/09), Fleischerei Nier GmbH & Co. KG (C-502/09) vs Manfred Bog (C-497/09), Finanzamt Hamburg-Barmbek-Uhlenhorst (C-499/09), Finanzamt Minden (C-501/09), Finanzamt Detmold (C-502/09)

(Kawżi magħquda C-497/09, C-499/09, C-501/09, C-502/09) (1)

(Tassazzjoni - VAT - Sitt Direttiva 77/388/KEE - Artikoli 5 u 6 - Klassifikazzjoni ta’ attività kummerċjali bħala “provvista ta” oġġetti’ jew “provvista ta’ servizzi” - Forniment ta’ ikliet jew ta’ ikel lesti għall-konsum immedjat fi stands jew f’vetturi li joffru l-ikel - Forniment, f’ċinema, ta’ pop-corn u ta’ chips “tortilla” (“nachos”) għall-konsum immedjat - Fornitur tal-ikel li jikkunsinna fid-djar - Kategorija 1 tal-Anness H - Interpretazzjoni tat-termini “affarijiet ta’ l-ikel”)

2011/C 130/10

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesfinanzhof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Finanzamt Burgdorf (C-497/09), CinemaxX Entertainment GmbH & Co. KG, li kienet Hans-Joachim Flebbe Filmtheater GmbH & Co. KG (C-499/09), Lothar Lohmeyer (C-501/09), Fleischerei Nier GmbH & Co. KG (C-502/09)

Konvenuti: Manfred Bog (C-497/09), Finanzamt Hamburg-Barmbek-Uhlenhorst (C-499/09), Finanzamt Minden (C-501/09), Finanzamt Detmold (C-502/09)

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Bundesfinanzhof — Interpretazzjoni tal-Artikolu 5 tad-Direttiva 77/388KEE: Is-Sitt Direttiva tal-Kunsill, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23), kif ukoll tat-terminu “affarijiet ta’ l-ikel” li jinsab fl-Anness H tal-imsemmija direttiva — Assimilazzjoni ta’ attività kummerċjali speċifika għal “provvista ta’ oġġetti” jew għal “provvista ta’ servizzi” — Bejgħ ta’ ikliet (zalzett, chips, eċċ) għal konsum immedjat, minn vann

Dispożittiv

(1)

L-Artikoli 5 u 6 tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Istati Membri dwar it-taxxi fuq il-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 92/111/KEE tal-14 ta’ Diċembru 1992, għandhom jiġu interpretati fis-sens li:

il-provvista ta’ platti jew ta’ ikel riċentement ippreparati lesti għall-konsum immedjat fi stands jew vetturi li joffru l-ikel jew f’intrajjet taċ-ċinema tikkostitwixxi provvista ta’ oġġetti fis-sens tal-imsemmi Artikolu 5 meta eżami kwalitattiv tat-tranżazzjoni kollha jiżvela li l-elementi tal-provvista ta’ servizz li jippreċedu u jakkumpanjaw il-provvista tal-ikel ma jkunux predominanti;

ħlief fil-każ fejn fornitur tal-ikel li jikkunsinna fid-djar jintrabat li jforni platti standardizzati mingħajr ebda element ieħor ta’ provvista ta’ servizzi addizzjonali jew meta ċirkustanzi partikolari oħra juru li l-provvista tal-platti tirrappreżenta l-element predominanti tat-tranżazzjoni, l-attivitajiet ta’ fornitur tal-ikel li jikkunsinna fid-djar jikkostitwixxu provvista ta’ servizzi fis-sens tal-imsemmi Artikolu 6.

(2)

Fil-każ ta’ provvisti ta’ oġġetti, il-kunċett ta’ “affarijiet ta’ l-ikel” li jinsab fil-Kategorija 1 tal-Anness H tas-Sitt Direttiva 77/388, kif emendata bid-Direttiva 92/111 għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa jkopri wkoll il-platti u l-ikliet li ġew imsajra, mixwija, moqlija jew ippreparati b’mod ieħor bil-ħsieb li jiġu kkonsmati immedjatament.


(1)  ĠU C 63, 13.03.2010.


Top