EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008CN0434

Kawża C-434/08: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberlandesgericht Oldenburg (Il-Ġermanja) fl- 1 ta' Ottubru 2008 — Arnold u Johann Harms bħala soċjetà ċivili vs Reerk Heidinga

ĠU C 44, 21.2.2009, p. 25–25 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

21.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 44/25


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberlandesgericht Oldenburg (Il-Ġermanja) fl-1 ta' Ottubru 2008 — Arnold u Johann Harms bħala soċjetà ċivili vs Reerk Heidinga

(Kawża C-434/08)

(2009/C 44/42)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberlandesgericht Oldenburg (il-Ġermanja)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Arnold u Johann Harms bħala soċjetà ċivili

Konvenut: Freerk Heidinga

Domanda preliminari

L-Artikolu 46(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003, tad-29 ta' Settembru 2003, li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi diretti ta' appoġġ fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta' appoġġ għall-bdiewa (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li, huma inkompatibbli ma' din id-dispożizzjoni, u konsegwentement bħala mhux validi, il-ftehim li għandhom bħala għan it-twettiq oġġettiv ta' trasferiment komplut u definittiv tad-drittijiet għal pagament, filwaqt li, minn perspettiva ekonomika, skont il-ftehim tal-partijiet, huwa l-bejjiegħ li jżomm id-drittijiet għal pagament, filwaqt li x-xerrej, fil-kapaċità tiegħu bħala l-persuna li formalment għandha drittijiet għal pagament, għandu jattiva l-imsemmija drittijiet għal pagament billi jikkultiva l-artijiet korrispondenti, u għandu l-obbligu jibgħat lill-bejjiegħ il-pagamenti kollha li rċieva, jew li permezz tagħhom il-pagamenti relatati ma' dawn l-artijiet huma ttrasferiti lill-bejjiegħ skont mekkaniżmu li jimponi fuq ix-xerrej, minn tal-inqas wara l-attivazzjoni tad-drittijiet u l-kisba tal-pagamenti, li jibgħat regolarment lill-bejjiegħ parti mill-pagamenti li jkun irċieva (il-parti relatata mal-kultivazzjoni tal-art)?


(1)  ĠU L 270, p. 1.


Top