EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008CA0581

Kawża C-581/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat- 30 ta’ Settembru 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-VAT and Duties Tribunal, London Tribunal centre — Ir-Renju Unit) — EMI Group Ltd vs The Commissioners for Her Majesty’s Revenue & Customs ( Sitt Direttiva tal-VAT — It-tieni sentenza tal-Artikolu 5(6) — Kunċett ta’ kampjuni — Kunċett ta’ rigali ta’ valur żgħir — Mużika reġistrata — Distribuzzjoni bla ħlas għal skopijiet promozzjonali )

ĠU C 317, 20.11.2010, p. 7–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

20.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 317/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-30 ta’ Settembru 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-VAT and Duties Tribunal, London Tribunal centre — Ir-Renju Unit) — EMI Group Ltd vs The Commissioners for Her Majesty’s Revenue & Customs

(Kawża C-581/08) (1)

(Sitt Direttiva tal-VAT - It-tieni sentenza tal-Artikolu 5(6) - Kunċett ta’‘kampjuni’ - Kunċett ta’ ‘rigali ta’ valur żgħir’ - Mużika reġistrata - Distribuzzjoni bla ħlas għal skopijiet promozzjonali)

2010/C 317/13

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

VAT and Duties Tribunal, London Tribunal Centre

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: EMI Group Ltd

Konvenut: The Commissioners for Her Majesty’s Revenue Customs

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — VAT and Duties Tribunal, London — Interpretazzjoni tal-Artikolu 5(6) tad-Direttiva 77/388/KE: Is-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1 p. 23) — Applikazzjoni ta’ oġġetti għall-bżonnijiet tal-impriża sabiex jingħataw rigali ta’ valur baxx u kampjuni — Kunċett ta’ “kampjun” — Karatteristiċi essenzjali — Reġistrazzjonijiet mużikali taħt il-forma ta’ CD mogħtija mingħajr ħlas għal finijiet promozzjonali

Dispożittiv

(1)

“Kampjun” fis-sens tat-tieni sentenza tal-Artikolu 5(6), tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima, huwa eżemplari ta’ prodott li għandu l-għan li jippromwovi l-bejgħ ta’ dak il-prodott u li jippermetti li jiġu evalwati l-karatteristiċi u l-kwalitajiet ta’ dan il-prodott mingħajr ma jwasslu għal konsum finali minbarra dak li huwa inerenti għal tali tranżazzjonijiet ta’ promozzjoni. Dan il-kunċett ma jkunx limitat b’mod ġenerali minn leġiżlazzjoni nazzjonali għall-kampjuni mogħtija f’forma mhux disponibbli għall-bejgħ jew għal kull wieħed minn serje ta’ kampjuni identiċi mogħtija minn persuna taxxabbli lill-istess destinatarju mingħajr ma din il-leġiżlazzjoni tippermetti li tiġi kkunsidrata n-natura tal-prodott rappreżentat u tal-kuntest kummerċjali speċifiku għal kull tranżazzjoni li fiha dawn il-kampjuni huma ddistribwiti.

(2)

Il-kunċett ta’ “rigali ta’ valur żgħir” fis-sens tat-tieni sentenza tal-Artikolu 5(6), tas-Sitt Direttiva 77/388 għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa ma jipprekludix li leġiżlazzjoni nazzjonali tiffissa limitu monetarju hekk kif stabbilit mil-leġiżlazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali, jiġifieri GBP 50, għar-rigali li saru lill-istess persuna fil-perijodu ta’ tnax-il xahar jew inkella li jiffurmaw parti minn serje jew sensiela ta’ rigali.

(3)

It-tieni sentenza tal-Artikolu 5(6), tas-Sitt Direttiva 77/388 tipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tistabbilixxi preżunzjoni li oġġetti li jammontaw għal “rigali ta’ valur żgħir” fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni ddistribwiti minn persuna taxxabbli lil persuni differenti li huma mħaddma minn l-istess persuna huma kkunsidrati li saru lill-istess persuna.

(4)

L-istatus fiskali tad-destinatarju ta’ kampjuni ma għandux effett fuq ir-risposti mogħtija għad domandi l-oħra.


(1)  ĠU C 55, 07.03.2009.


Top