EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008CA0461

Kawża C-461/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tad- 19 ta’ Novembru 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden — Il-Pajjiżi l-Baxxi) — Don Bosco Onroerend Goed BV vs Staatssecretaris van Financiën (Is-Sitt Direttiva tal-VAT — Interpretazzjoni tal-Artikoli 13B(g) u 4(3)(a) — Trasferiment ta’ art okkupata minn bini parzjalment imwaqqa’ li minfloku ser jittella’ bini ġdid — Eżenzjoni mill-VAT)

ĠU C 24, 30.1.2010, p. 13–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

30.1.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 24/13


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tad-19 ta’ Novembru 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden — Il-Pajjiżi l-Baxxi) — Don Bosco Onroerend Goed BV vs Staatssecretaris van Financiën

(Kawża C-461/08) (1)

(Is-Sitt Direttiva tal-VAT - Interpretazzjoni tal-Artikoli 13B(g) u 4(3)(a) - Trasferiment ta’ art okkupata minn bini parzjalment imwaqqa’ li minfloku ser jittella’ bini ġdid - Eżenzjoni mill-VAT)

2010/C 24/21

Lingwa tal-kawża: L-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hoge Raad der Nederlanden

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Don Bosco Onroerend Goed BV

Konvenut: Staatssecretaris van Financiën

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Hoge Raad der Nederlanden Den Haag — Interpretazzjoni tal-Artikolu 4(3)(a), moqri flimkien mal-Artikolu 13B(g) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU L 145, P. 1) — Issuġġettar tat-trasferiment ta’ bini jew ta’ parti minn bini u tal-art li fuqu jinsab il-bini, li jkun sar qabel ma jkun ġie okkupat għall-ewwel darba — Trasferiment ta’ bini parzjalment imwaqqa’ minħabba s-sostituzzjoni tiegħu b’bini ġdid li għandu jinbena

Dispożittiv

L-Artikolu 13B(g) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima, moqri flimkien mal-Artikolu 4(3)(a) ta’ din id-direttiva, għandu jiġi interpretat fis-sens illi t-trasferiment ta’ art li fuqha għad hemm bini mġarraf li għandu jitwaqqa’ sabiex jittella’ bini ġdid minfloku u li t-twaqqigħ tiegħu għal dan l-iskop, li sar mill-bejjiegħ, diġà beda qabel dan it-trasferiment, ma jaqax taħt l-eżenzjoni mit-taxxa fuq il-valur miżjud stabbilita mill-Artikolu 13B(g). Għall-finijiet tat-taxxa fuq il-valur miżjud, dawn it-tranżazzjonijiet ta’ trasferiment u ta’ twaqqigħ jifformaw tranżazzjoni unika li, b’mod ġenerali, għandha bħala għan mhux it-trasferiment tal-bini eżistenti u tal-art li jinsab fuqha, imma t-trasferiment ta’ art li mhijiex mibnija, u dan indipendentament mill-istadju ta’ progress tax-xogħlijiet ta’ twaqqigħ tal-bini l-antik fil-mument tat-trasferiment effettiv tal-art.


(1)  ĠU C 69, 21.03.2009


Top