EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52005AP0120

Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew dwar l-applikazzjoni tar-Rumanija sabiex issir membru fl-Unjoni Ewropea (AA1/2/2005 - C6-0086/2005 - 2005/0902(AVC)) (Proċedura ta' kunsens)

ĠU L 157, 21.6.2005, p. 7–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

ELI: http://data.europa.eu/eli/res/2005/120/oj

21.6.2005   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

7


RIŻOLUZZJONI LEĠISLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-applikazzjoni tar-Rumanija sabiex issir membru fl-Unjoni Ewropea (AA1/2/2005 - C6-0086/2005 - 2005/0902(AVC))

(Proċedura ta' kunsens)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra t-talba tar-Rumanija sabiex issir membru ta' l-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra t-talba għal kunsens magħmula mill-Kunsill skond l-Artikolu 49 tat-Trattat UE (C6‐0086/2005),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kummissjoni COM (2005)0055),

wara li kkunsidra l-abbozz tat-trattat tar-Rumanija fl-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-iskambju ta' ittri bejn il-President tal-Parlament Ewropew u l-President tal-Kummissjoni dwar l-assoċjazzjoni sħiħa tal-Parlament Ewropew fuq il-possibiltà ta' rikors għal waħda mill-klawżoli ta' salvagwardja fit-Trattat ta' Adeżjoni,

wara li kkunsidra ir-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' April 2005 dwar l-implikazzjonijiet finanzjarji ta' l-adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija (1).

wara li kkunsidra l-Artikoli 75 u 82(6) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A6-0083/2005),

A.

billi l-kundizzjonijiet għal ammissjoni ta' pajjiżi applikanti u l-modifiki li l-adeżjoni tagħhom iġġib huma stabbiliti fit-trattat ta' adeżjoni u billi l-Parlament għandu jkun ikkonsultat dwar kwalunkwe modifika sostanzjali f'dan it-trattat,

B.

billi l-Kunsill u l-Kummissjoni iridu jinvolvu l-Parlament Ewropew fis-segwitu tal-proċess ta' adeżjoni tar-Rumanija u fit-teħid ta' deċiżjonijiet fil-każ tal-possibiltà ta' rikors għal waħda mill-klawżoli ta' salvagwardja li jinsabu fit-trattat ta' adeżjoni fid-dawl ta' l-adeżjoni tar-Rumanija,

Ċ.

billi dan il-kunsens kien preċedut minn ftehim konġunt taż-żewġ fergħat tal-awtorità baġitarja dwar il-pakkett finanzjarju li għandu jkun inkluż fit-trattat ta' adeżjoni u l-adozzjoni ta' dikjarazzjoni fuq il-konsegwenzi baġitarji u istituzzjonali ta' dan,

1.

Jagħti l-kunsens tiegħu għat-talba tar-Rumanija sabiex issir membru ta' l-Unjoni Ewropea;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-posizzjoni tal-Parlament lill-unsill u lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u l-parlamenti ta' l-Istati Membri u r-Rumanija.


(1)  P6_TA(2005)0116.


Top