21.6.2005 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
7 |
RIŻOLUZZJONI LEĠISLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar l-applikazzjoni tar-Rumanija sabiex issir membru fl-Unjoni Ewropea (AA1/2/2005 - C6-0086/2005 - 2005/0902(AVC))
(Proċedura ta' kunsens)
Il-Parlament Ewropew,
wara li kkunsidra t-talba tar-Rumanija sabiex issir membru ta' l-Unjoni Ewropea,
wara li kkunsidra t-talba għal kunsens magħmula mill-Kunsill skond l-Artikolu 49 tat-Trattat UE (C6‐0086/2005),
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kummissjoni COM (2005)0055),
wara li kkunsidra l-abbozz tat-trattat tar-Rumanija fl-Unjoni Ewropea,
wara li kkunsidra l-iskambju ta' ittri bejn il-President tal-Parlament Ewropew u l-President tal-Kummissjoni dwar l-assoċjazzjoni sħiħa tal-Parlament Ewropew fuq il-possibiltà ta' rikors għal waħda mill-klawżoli ta' salvagwardja fit-Trattat ta' Adeżjoni,
wara li kkunsidra ir-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' April 2005 dwar l-implikazzjonijiet finanzjarji ta' l-adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija (1).
wara li kkunsidra l-Artikoli 75 u 82(6) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A6-0083/2005),
A. |
billi l-kundizzjonijiet għal ammissjoni ta' pajjiżi applikanti u l-modifiki li l-adeżjoni tagħhom iġġib huma stabbiliti fit-trattat ta' adeżjoni u billi l-Parlament għandu jkun ikkonsultat dwar kwalunkwe modifika sostanzjali f'dan it-trattat, |
B. |
billi l-Kunsill u l-Kummissjoni iridu jinvolvu l-Parlament Ewropew fis-segwitu tal-proċess ta' adeżjoni tar-Rumanija u fit-teħid ta' deċiżjonijiet fil-każ tal-possibiltà ta' rikors għal waħda mill-klawżoli ta' salvagwardja li jinsabu fit-trattat ta' adeżjoni fid-dawl ta' l-adeżjoni tar-Rumanija, |
Ċ. |
billi dan il-kunsens kien preċedut minn ftehim konġunt taż-żewġ fergħat tal-awtorità baġitarja dwar il-pakkett finanzjarju li għandu jkun inkluż fit-trattat ta' adeżjoni u l-adozzjoni ta' dikjarazzjoni fuq il-konsegwenzi baġitarji u istituzzjonali ta' dan, |
1. |
Jagħti l-kunsens tiegħu għat-talba tar-Rumanija sabiex issir membru ta' l-Unjoni Ewropea; |
2. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-posizzjoni tal-Parlament lill-unsill u lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u l-parlamenti ta' l-Istati Membri u r-Rumanija. |
(1) P6_TA(2005)0116.