EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32011L0097
Council Directive 2011/97/EU of 5 December 2011 amending Directive 1999/31/EC as regards specific criteria for the storage of metallic mercury considered as waste
Direttiva tal-Kunsill 2011/97/UE tal- 5 ta’ Diċembru 2011 li temenda d-Direttiva 1999/31/KE fir-rigward ta’ kriterji speċifiċi għall-ħżin ta’ merkurju metalliku meqjus bħala skart
Direttiva tal-Kunsill 2011/97/UE tal- 5 ta’ Diċembru 2011 li temenda d-Direttiva 1999/31/KE fir-rigward ta’ kriterji speċifiċi għall-ħżin ta’ merkurju metalliku meqjus bħala skart
ĠU L 328, 10.12.2011, p. 49–52
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
10.12.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 328/49 |
DIRETTIVA TAL-KUNSILL 2011/97/UE
tal-5 ta’ Diċembru 2011
li temenda d-Direttiva 1999/31/KE fir-rigward ta’ kriterji speċifiċi għall-ħżin ta’ merkurju metalliku meqjus bħala skart
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1102/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2008 dwar il-projbizzjoni tal-merkurju metalliku u ta’ ċerti komposti u taħlitiet tal-merkurju u l-ħżin sikur tal-merkurju metalliku (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 4 (3) tiegħu, kif ukoll id-Direttiva tal-Kunsill 1999/31/KE tas-26 ta’ April 1999 dwar ir-rimi ta’ skart f’terraferma (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 16 tagħha,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1102/2008 jistipula li, b’deroga mill-Artikolu 5(3)(a) tad-Direttiva 1999/31/KE, il-merkurju metalliku meqjus bħala skart jista’, jekk miżmum kif xieraq, jiġi maħżun b’mod temporanju għal aktar minn sena jew jiġi maħżun b’mod permanenti f’ċerti tipi ta’ terraferma. |
(2) |
Il-ħżin ta’ merkurju metalliku meqjus bħala skart diġà huwa rregolat mil-leġislazzjoni tal-Unjoni dwar il-ġestjoni tal-iskart. |
(3) |
Il-ħżin ta’ merkurju metalliku meqjus bħala skart għal perijodu massimu ta’ sena huwa soġġett għar-rekwiżiti tal-permessi skont l-Artikolu 23 tad-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar l-iskart (3). |
(4) |
Id-Direttiva 1999/31/KE u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/33/KE tad-19 ta’ Diċembru 2002 li tistabbilixxi kriterji u proċeduri għall-aċċettazzjoni ta’ skart f’terraferma artifiċjali skont l-Artikolu 16 ta’ u l-Anness II tad-Direttiva 1999/31/KE (4) japplikaw għal faċilitajiet għall-ħżin ta’ merkurju metalliku għal aktar minn sena skont l-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1102/2008. |
(5) |
Dan jimplika, b’mod partikolari, li l-faċilitajiet għall-ħżin ta’ merkurju metalliku għal aktar minn sena jeħtieġu permess skont l-Artikoli 7, 8 u 9 tad-Direttiva 1999/31/KE u li faċilitajiet bħal dawn huma soġġetti għar-rekwiżiti ta’ kontroll u monitoraġġ stabbiliti fl-Artikolu 12 ta’ dik id-Direttiva, kif ukoll, fil-każ ta’ ħżin taħt l-art, għar-rekwiżiti ta’ stima tas-sikurezza skont l-Appendiċi A tad-Deċiżjoni 2003/33/KE. |
(6) |
Barra minn hekk, faċilitajiet bħal dawn huma soġġetti għad-dispożizzjonijiet ġenerali dwar iż-żamma ta’ reġistri stabbiliti fid-Direttiva 2008/98/KE. |
(7) |
Minbarra dan, id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 96/82/KE tad-9 ta’ Diċembru 1996 dwar il-kontroll ta’ perikoli ta’ aċċidenti kbar fl-użu ta’ sustanzi perikolużi (5) japplikaw għal faċilitajiet għall-ħżin temporanju ‘l fuq mill-art skont l-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 1102/2008. |
(8) |
Madankollu, dawk id-dispożizzjonijiet ma jindirizzawx għal kollox il-karatteristiċi speċifiċi tal-merkurju metalliku, u għalhekk hemm bżonn ta’ rekwiżiti addizzjonali. |
(9) |
Dawk ir-rekwiżiti addizzjonali għandhom iqisu attivitajiet ta’ riċerka dwar opzjonijiet ta’ rimi sikur, inkluża s-solidifikazzjoni tal-merkurju metalliku. Sar ċertu progress fl-iżvilupp ta’ opzjonijiet ta’ solidifikazzjoni li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent, iżda għadu prematur biex tittieħed deċiżjoni dwar il-vijabbiltà fuq skala kbira ta’ opzjonijiet ta’ dan it-tip. |
(10) |
Huma meħtieġa stimi addizzjonali tal-imġiba fit-tul tal-merkurju metalliku maħżun taħt l-art għad-determinazzjoni ta’ rekwiżiti għall-ħżin permanenti li jkunu sodi u bbażati fuq l-għarfien. Ir-rekwiżiti stabbiliti f’din id-Direttiva għandhom għalhekk ikunu limitati għal ħżin temporanju u jitqiesu bħala adatti u li jirrappreżentaw l-aqwa tekniki disponibbli għall-ħżin sikur ta’ merkurju metalliku għal perijodu ta’ żmien ta’ mhux aktar minn ħames snin. |
(11) |
Għalhekk, id-Direttiva 1999/31/KE għandha tiġi emendata kif meħtieġ. |
(12) |
Ma ngħatat l-ebda opinjoni mill-kumitat imsemmi fl-Artikolu 16 tad-Direttiva 1999/31/KE. Għaldaqstant, huwa xieraq li l-Kunsill jadotta din id-Direttiva, |
ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
L-Annessi I, II u III tad-Direttiva 1999/31/KE huma b’dan emendati kif stabbilit fl-Anness ta’ din id-Direttiva.
Artikolu 2
1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sal-15 ta’ Marzu 2013. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih it-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew tali referenza għandha takkumpanjahom meta jiġu pubblikati uffiċjalment. Il-metodi kif issir tali referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.
Artikolu 3
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 4
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmula fi Brussell, il-5 ta’ Diċembru 2011.
Għall-Kunsill
Il-President
W. PAWLAK
(1) ĠU L 304, 14.11.2008, p. 75.
(2) ĠU L 182, 16.7.1999, p. 1.
(3) ĠU L 312, 22.11.2008, p. 3.
(4) ĠU L 11, 16.1.2003, p. 27.
(5) ĠU L 10, 14.1.1997, p. 13.
ANNESS
L-Annessi I, II u III tad-Direttiva 1999/31/KE huma emendati kif ġej:
(1) |
It-taqsima li ġejja għandha tiżdied mal-Anness I: “8. Ħżin temporanju ta’ merkurju metalliku Għall-finijiet ta’ ħżin temporanju ta’ merkurju metalliku għal aktar minn sena, għandhom japplikaw ir-rekwiżiti li ġejjin:
|
(2) |
It-taqsima li ġejja għandha tiżdied mal-Anness II: “6. Rekwiżiti speċifiċi għall-merkurju metalliku Għall-finijiet ta’ ħżin temporanju ta’ merkurju metalliku għal aktar minn sena, għandhom japplikaw ir-rekwiżiti li ġejjin:
|
(3) |
It-taqsima li ġejja għandha tiżdied mal-Anness III: “6. Rekwiżiti speċifiċi għall-merkurju metalliku Għall-finijiet ta’ ħżin temporanju ta’ merkurju metalliku għal aktar minn sena, għandhom japplikaw ir-rekwiżiti li ġejjin:
|