EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 12003TN11/10/C

ATT li jirrigwarda l-kondizzjonijiet ta' l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta' l-Estonja, ir-Repubblika ta' Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta' l-Ungerija, ir-Repubblika ta' Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika tas-Slovakkja u l-aġġustamenti għat-trattati li fuqhom hija stabbilita l-Unjoni Ewropea - Anness XI: Il-lista li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 24 ta' l-Att ta' l-Adeżjoni: Malta - 10. L-ambjent - Ċ. Il-kwalità ta' l-ilma

ĠU L 236, 23.9.2003, p. 869–870 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

12003TN11/10/C



Official Journal L 236 , 23/09/2003 P. 0869 - 0870


Ċ. IL-KWALITÀ TA' L-ILMA

1. 31983 L 0513: Id-Direttiva tal-Kunsill 83/513/KEE tas- 26 ta' Settembru 1983 dwar il-limitu ta' valuri u objettivi ta' kwalità għall-iskariku tal-kadmju (ĠU L 291, 24.10.1983, p.1), kif l-aħħar emendata bi:

- 31991 L 0692: Id-Direttiva tal-Kunsill 91/692/KEE tat- 23.12.1991 (ĠU L 377, 31.12.1991, p. 48).

B'deroga mill-Artikolu 3 u mill-Anness I tad-Direttiva 83/513/KEE, il-limitu ta' valuri ta' l-iskariku tal-kadmju fl-ilmijiet li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 1 tad-Direttiva 76/464/KEE dwar it-tniġġis kaġunat bl-iskarikar ta' ċerti sustanzi perikolużi fl-ambjent ta' l-ilma tal-Komunità [6], ma għandux japplika f'Malta sal- 31 ta' Diċembru 2004 fir-rigward ta' l-iżbokk ta' Ras il-Ħobż, sal- 31 ta' Diċembru 2006 għall-iżbokk ta' Iċ-Ċumnija u sal- 31 ta' Marzu 2007 għall-iżbokk ta' Wied Għammieq.

2. 31986 L 0280: Id-Direttiva tal-Kunsill 86/280/KEE tat- 12 ta' Ġunju 1986 dwar il-limitu ta' valuri u objettivi ta' kwalità għall-iskariku ta' ċerti sustanzi perikolużi inklużi fil-Lista I ta' l-Anness tad-Direttiva 76/464/KEE (ĠU L 181, 4.7.1986, p. 16), kif l-aħħar emendata bi:

- 31991 L 0692: Id-Direttiva tal-Kunsill 91/692/KEE tat- 23.12.1991 (ĠU L 377, 31.12.91, p. 48).

B'deroga mill-Artikolu 3 u mill-Anness II tad-Direttiva 86/280/KEE, il-limitu ta' valuri ta' l-iskariku tal-kloroform fl-ilmijiet li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 1 tad-Direttiva 76/464/KEE dwar it-tniġġis kaġunat bl-iskariku ta' ċerti sustanzi perikolużi fl-ambjent ta' l-ilma tal-Komunità [6], ma għandux japplika f'Malta sat- 30 ta' Settembru 2004 għall-impjanti ta' l-enerġija tal-Marsa u ta' Delimara, sal- 31 ta' Diċembru 2004 fir-rigward ta' l-iżbokk ta' Ras il-Ħobż, sal- 31 ta' Diċembru 2006 għall-iżbokk ta' Iċ-Ċumnija u sal- 31 ta' Marzu 2007 għall-iżbokk ta' Wied Għammieq, f'Malta. Minbarra dan, il-limiti tal-valur għall-iskariku ta' trichlorethylene u ta' perchloroethylene ma għandux japplika f'Malta sal- 31 ta' Diċembru 2004 fir-rigward ta' l-iżbokk ta' Ras il-Ħobż, sal- 31 ta' Diċembru 2006 għall-iżbokk ta' Iċ-Ċumnija u sal- 31 ta' Marzu 2007 għall-iżbokk ta' Wied Għhammieq.

3. 31991 L 0271: Id-Direttiva tal-Kunsill 91/271/KEE tal- 21 ta' Mejju 1991 dwar it-trattament ta' l-ilma urban mormi (ĠU L 135, 30.5.1991, p. 40), kif emendata bi:

- 31998 L 0015: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 98/15/KE tas- 27.2.1998 (ĠU L 67, 7.3.1998, p. 29).

(a) B'deroga mill-Artikolu 3 tad-Direttiva 91/271/KEE, il-ħtiġiet għas-sistemi ta' ġbir ta' l-ilma urban mormi ma għandhomx japplikaw fl-intier tagħhom f'Malta sal- 31 ta' Ottubru 2006 skond il-miri intermedji li ġejjin:

- sa l-adeżjoni, għandha tintlaħaq konformità ma' din id-Direttiva għall-Marsa Land u Gozo-Main li jirrappreżentaw 24 % tat-tagħbija biodegradabbli totali;

- sat- 30 ta' Ġunju 2004, għandha tintlaħaq konformità mad-Direttiva għal Malta South li jirrappreżenta 67 % oħra tat-tagħbija bijodegradabbli totali;

- sal- 31 ta' Diċembru 2005, għandha tintlaħaq konformità mad-Direttiva għall-Għarb f'Għawdex u n-Nadur f'Għawdex li jirrappreżentaw 1 % oħra tat-tagħbija bijodegradabbli totali.

(b) B'deroga mill-Artikolu 4 tad-Direttiva 91/271/KEE, il-ħtiġiet għat-trattament ta' l-ilma urban mormi ma għandhomx japplikaw fl-intier tagħhom f'Malta sal- 31 ta' Marzu 2007 skond il-miri intermedji li ġejjin:

- sa l-adeżjoni, għandha tintlaħaq konformità ma' din id-Direttiva għall-Marsa Land li tirrappreżenta 19 % tat-tagħbija biodegradabbli totali;

- sal- 31 ta' Ottubru 2004, għandha tintlaħaq konformità mad-Direttiva għal Gozo-Main li jirrappreżenta 5 % oħra tat-tagħbija bijodegradabbli totali;

- sal- 31 ta' Diċembru 2005, għandha tintlaħaq konformità mad-Direttiva għall-Għarb f'Għawdex u n-Nadur f'Għawdex li jirrappreżentaw 1 % oħra tat-tagħbija bijodegradabbli totali;

- sal- 31 ta' Ottubru 2006, għandha tintlaħaq konformità mad-Direttiva għal Malta North li jirrappreżenta 8 % oħra tat-tagħbija bijodegradabbli totali.

4. 31998 L 0083: Id-Direttiva tal-Kunsill 98/83/KE tat- 3 ta' Novembru 1998 dwar il-kwalità ta' l-ilma għall-konsum mill-bniedem (ĠU L 330, 5.12.1998, p. 32).

B'deroga mill-Artikoli 5(2) u 8 u l-parti B ta' l-Anness 1 tad-Direttiva 98/83/KE, il-valuri stabbiliti għall-parametri tal-fluworidju u n-nitrat ma għandhomx japplikaw f'Malta sal- 31 ta' Diċembru 2005.

[6] ĠU L 129, 18.5.1976, p. 23. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 2000/60/KE (ĠU L 327, 22.12.2000, p. 1).

--------------------------------------------------

Top