EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 12003TN08/10/C

ATT li jirrigwarda l-kondizzjonijiet ta' l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta' l-Estonja, ir-Repubblika ta' Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta' l-Ungerija, ir-Repubblika ta' Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika tas-Slovakkja u l-aġġustamenti għat-trattati li fuqhom hija stabbilita l-Unjoni Ewropea - Anness VIII: Il-lista li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 24 ta' l-Att ta' l-Adeżjoni: Il-Latvja - 10. L-ambjent - Ċ. Il-kwalità ta' l-ilma

ĠU L 236, 23.9.2003, p. 832–833 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

12003TN08/10/C



Official Journal L 236 , 23/09/2003 P. 0832 - 0833


Ċ. IL-KWALITÀ TA' L-ILMA

1. 31991 L 0271: Id-Direttiva tal-Kunsill 91/271/KEE tal- 21 ta' Mejju 1991 dwar it-trattament ta' l-ilma urban mormi (ĠU L 135, 30.5.1991, p. 40), kif emendata bi:

- 31998 L 0015: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 98/15/KE tas- 27.2.1998 (ĠU L 67, 7.3.1998, p. 29).

B'deroga mill-Artikoli 3, 4 u 5(2) tad-Direttiva 91/271/KEE, il-ħtiġiet għal sistemi ta' ġbir u trattament ta' l-ilma urban mormi ma għandhomx japplikaw fl-intier tagħhom fil-Latvja sal- 31 ta' Diċembru 2015 skond il-miri intermedji li ġejjin:

- sal- 31 ta' Diċembru 2008, għandha tintlaħaq konformità mad-Direttiva għal agglomerazzjonijiet ta' popolazzjoni b'ekwivalenza ta' aktar minn 100000;

- sal- 31 ta' Diċembru 2011, għandha tintlaħaq konformità mad-Direttiva għal agglomerazzjonijiet ta' popolazzjoni b'ekwivalenza ta' bejn 10000 u 100000.

2. 31998 L 0083: Id-Direttiva tal-Kunsill 98/83/KE tat- 3 ta' Novembru 1998 dwar il-kwalita' ta' l-ilma għall-konsum mill-bniedem (ĠU L 330, 5.12.1998, p. 32).

B'deroga mill-Artikoli 5(2) u 8, u mill-Anness I, il-Parti B u l-Parti Ċ tad-Direttiva 98/83/KE, il-valuri stabbiliti għall-parametri tal-bromat, tat-trialmetani — total, ta' l-aluminju, tal-ħadid, tal-manganiż u ta' l-ossidabilità ma għadhomx japplikaw fl-intier tagħhom fil-Latvja sal- 31 ta' Diċembru 2015 skond il-miri intermedji li ġejjin:

- sal- 31 Diċembru 2008 għal muniċipalitajiet fejn ikun hemm aktar minn 100000 abitant;

- sal- 31 ta' Diċembru 2011 għal muniċipalitajiet fejn ikun hemm bejn 10000 u 100000 abitant.

--------------------------------------------------

Top