EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62006CA0319

Kawża C-319/06: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tad- 19 ta' Ġunju 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu (Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Kollokament ta' ħaddiema — Libertà li jiġu pprovduti servizzi — Direttiva 96/71/KE — Dispożizzjonijiet ta' ordni pubbliku — Mistrieħ fil-ġimgħa — Obbligu ta' preżentazzjoni tad-dokumenti dwar kollokament fuq sempliċi talba mill-awtoritajiet nazzjonali — Obbligu li jiġi appuntat mandatarju ad hoc residenti fil-Lussemburgu u li jikkonserva d-dokumenti neċessarji kollha għall-finijiet ta' kontroll)

ĠU C 209, 15.8.2008, p. 4–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

15.8.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 209/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tad-19 ta' Ġunju 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu

(Kawża C-319/06) (1)

(Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Kollokament ta' ħaddiema - Libertà li jiġu pprovduti servizzi - Direttiva 96/71/KE - Dispożizzjonijiet ta' ordni pubbliku - Mistrieħ fil-ġimgħa - Obbligu ta' preżentazzjoni tad-dokumenti dwar kollokament fuq sempliċi talba mill-awtoritajiet nazzjonali - Obbligu li jiġi appuntat mandatarju ad hoc residenti fil-Lussemburgu u li jikkonserva d-dokumenti neċessarji kollha għall-finijiet ta' kontroll)

(2008/C 209/06)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej [rappreżentanti: J. Enegren u G. Rozet, aġenti]

Konvenut: Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu [rappreżentant: C. Schiltz, aġent]

Suġġett

Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Ksur ta' l-Artikoli 49 KE u 50 KE u traspożizzjoni żbaljata ta' l-Artikolu 3(1) u (10) tad-Direttiva 96/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 1996, dwar l-impjieg ta' ħaddiema fil-qafas ta' prestazzjoni ta' servizzi (ĠU 1997, L 18, p. 1) — Obbligu li jkun hemm mandatarju ad hoc residenti fil-Lussemburgu li jikkonserva d-dokumenti neċessarji kollha għall-finijiet ta' kontroll — Applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet nazzjonali dwar il-kundizzjonijiet ta' xogħol u ta' impjieg li kultant jeċċedu u kultant ma jilħqux ir-rekwiżiti tad-Direttiva.

Dispożittiv

1)

Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu,

billi ddikjara li d-dispożizzjonijiet tal-punti 1, 2, 8 u 11 ta' l-Artikolu 1(1) tal-liġi ta' l-20 ta' Diċembru 2002 dwar it-traspożizzjoni tad-Direttiva 96/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 1996 dwar l-impjieg ta' ħaddiema fil-qafas ta' prestazzjoni ta' servizzi u fuq il-kontroll ta' l-applikazzjoni tad-dritt tax-xogħol, jikkostitwixxu dispożizzjonijiet obbligatorji li jaqgħu taħt l-ordni pubbliku nazzjonali;

billi ttraspona b'mod mhux komplut id-dispożiżżjonijiet tas-subparagrafu (a) ta' l-ewwel subparagrafu ta' Artikolu 3(1) tad-Direttiva 96/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 1996 dwar l-impjieg ta' ħaddiema fil-qafas ta' prestazzjoni ta' servizzi;

billi, fl-Artikolu 7(1) ta' din il-liġi ta' l-20 ta' Diċembru 2002, stabbilixxa l-kundizzjonijiet dwar l-aċċess għall-indikazzjonijiet essenzjali indispensabbli għal kontroll mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti b'mod li huma neqsin miċ-ċarezza meħtieġa sabiex tiġi żgurata ċ-ċertezza legali ta' l-impriżi li jixtiequ jikkollokaw ħaddiema fil-Lussemburgu, u

billi fl-Artikolu 8 ta' din il-liġi ordna li fil-Lussemburgu għandhom jiġu kkonservati d-dokumenti meħtieġa għall-kontroll f'idejn mandatarju ad hoc li jkun residenti hemmhekk,

naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 96/71, moqri flimkien mal-paragrafu 10 ta' dan l-Artikolu, kif ukoll taħt l-Artikoli 49 KE u 50 KE.

2)

Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 224, 16.9.2006.


Top