EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32023R1490

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2023/1490 tad-19 ta’ Lulju 2023 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-użu ta’ ċerti sustanzi kklassifikati bħala karċinoġeniċi, mutaġeniċi jew tossiċi għar-riproduzzjoni fil-prodotti kożmetiċi (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

C/2023/4766

ĠU L 183, 20.7.2023, p. 7–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2023/1490/oj

20.7.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 183/7


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/1490

tad-19 ta’ Lulju 2023

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-użu ta’ ċerti sustanzi kklassifikati bħala karċinoġeniċi, mutaġeniċi jew tossiċi għar-riproduzzjoni fil-prodotti kożmetiċi

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-prodotti kożmetiċi (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 15(1) u l-Artikolu 15(2), ir-raba’ subparagrafu, tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) jipprevedi klassifikazzjoni armonizzata tas-sustanzi bħala karċinoġeniċi, mutaġeniċi jew tossiċi għar-riproduzzjoni (CMR) abbażi ta’ valutazzjoni xjentifika mwettqa mill-Kumitat għall-Istima tar-Riskji tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi. Is-sustanzi huma kklassifikati bħala sustanzi CMR tal-kategorija 1 A, sustanzi CMR tal-kategorija 1B jew sustanzi CMR tal-kategorija 2 skont il-livell tal-evidenza tal-proprjetajiet CMR tagħhom.

(2)

L-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 jipprevedi li għandu jiġi pprojbit li s-sustanzi kklassifikati bħala sustanzi CMR tal-kategorija 1 A, tal-kategorija 1B jew tal-kategorija 2 tal-Parti 3 tal-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 (sustanzi CMR) jintużaw fil-prodotti kożmetiċi. Madankollu, sustanza CMR tista’ tintuża fil-prodotti kożmetiċi meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 15(1), it-tieni sentenza, tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 jew fl-Artikolu 15(2), it-tieni subparagrafu ta’ dak ir-Regolament.

(3)

Sabiex tiġi implimentata b’mod uniformi l-projbizzjoni tas-sustanzi CMR fis-suq intern, ħalli tiġi żgurata ċ-ċertezza legali, b’mod partikolari għall-operaturi ekonomiċi u għall-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, u sabiex jiġi żgurat livell għoli tal-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem, jenħtieġ li s-sustanzi CMR kollha jiġu inklużi fil-lista ta’ sustanzi pprojbiti fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 u, fejn rilevanti, jitħassru mil-listi ta’ sustanzi ristretti jew permessi fl-Annessi III sa VI ta’ dak ir-Regolament. Meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 15(1), it-tieni sentenza, tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 jew fl-Artikolu 15(2), it-tieni subparagrafu ta’ dak ir-Regolament, jenħtieġ li l-listi ta’ sustanzi ristretti jew permessi fl-Annessi III sa VI ta’ dak ir-Regolament jiġu emendati kif xieraq.

(4)

Dan ir-Regolament ikopri s-sustanzi kklassifikati bħala sustanzi CMR bir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/692 (3) (“is-sustanzi rilevanti”). Ir-Regolament Delegat (UE) 2022/692 se japplika mill-1 ta’ Diċembru 2023.

(5)

Ma tressqet l-ebda talba għall-użu fil-prodotti kożmetiċi bħala eċċezzjoni għas-sustanzi rilevanti.

(6)

Is-sustanzi rilevanti bħalissa la huma ristretti fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009, u lanqas permessi fl-Annessi IV, V jew VI ta’ dak ir-Regolament.

(7)

Is-sustanza aċidu 2-etileżanojku (Nru CAS 149-57-5) bħalissa hija elenkata fl-entrata 1024 tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009. Madankollu, l-imlieħ ta’ dik is-sustanzi, li ġew ikklassifikati bħala sustanzi CMR [tal-kategorija 1B] bir-Regolament Delegat (UE) 2022/692, mhumiex inklużi f’dik l-entrata. Bħalissa, l-ebda waħda mis-sustanzi rilevanti l-oħra ma hija elenkata fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009. Għalhekk, jenħtieġ li dawk is-sustanzi jiżdiedu mal-lista ta’ sustanzi pprojbiti fil-prodotti kożmetiċi fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 u jenħtieġ li l-imlieħ tas-sustanza aċidu 2-etileżanojku jiżdiedu fl-entrata 1024 ta’ dak l-Anness.

(8)

Għaldaqstant ir-Regolament (KE) Nru 1223/2009 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan.

(9)

L-emendi għar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 huma bbażati fuq il-klassifikazzjonijiet tas-sustanzi rilevanti bħala sustanzi CMR u għalhekk jenħtieġ li japplikaw mill-istess data ta’ dawk il-klassifikazzjonijiet.

(10)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Kożmetiċi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Diċembru 2023.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Lulju 2023.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 342, 22.12.2009, p. 59.

(2)  Ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, li jemenda u jħassar id-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1).

(3)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/692 tas-16 ta’ Frar 2022 li jemenda, għall-finijiet tal-adattament tiegħu għall-progress tekniku u xjentifiku, ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet (ĠU L 129, 3.5.2022, p. 1).


ANNESS

L-Anness II mar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 huwa emendat kif ġej:

(1)

l-entrata 1024 hija sostitwita b’dan li ġej:

Numru ta’ referenza

Identifikazzjoni tas-sustanza

Isem kimiku/INN

Nru CAS

Nru KE

a

b

c

d

“1024

Aċidu 2-etileżanojku u l-imlieħ tiegħu minbarra dawk speċifikati banda oħra fl-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008

149-57-5/-

205-743-6/-”

(2)

jiżdiedu l-entrati li ġejjin:

Numru ta’ referenza

Identifikazzjoni tas-sustanza

Isem kimiku/INN

Nru CAS

Nru KE

a

b

c

d

“1695

Bromur tal-ammonju

12124-97-9

235-183-8

1696

Dibutilin bis(2-etileżanoat)

2781-10-4

220-481-2

1697

Di(aċetat) tad-dibutiltin

1067-33-0

213-928-8

1698

Diossidu tat-tellurju

7446-07-3

231-193-1

1699

Tetraossidu tal-barju diboron

13701-59-2

237-222-4

1700

2,2-dimetilpropan-1-ol, derivattiv tat-tribromo; 3-bromo-2,2-bis(bromometil)propan-1-ol

36483-57-5/1522-92-5

253-057-0/-

1701

2,4,6-tri-tert-butilfenol

732-26-3

211-989-5

1702

4,4’-sulfonildifenol; bisfenol S

80-09-1

201-250-5

1703

Benzofenon

119-61-9

204-337-6

1704

Kinoklammina (ISO); 2-ammino-3-kloro-1,4-naftokinon

2797-51-5

220-529-2

1705

Aċidu perfluworoettanojku; aċidu tridekafluworoettanojku

375-85-9

206-798-9

1706

N-(isopropossikarbonil)-L-valil-(3RS)-3-(4-klorofenil)-β-alaninat tal-metil; valifenalat

283159-90-0

608-192-3

1707

aċidu 6-[C12-18-alkil-(ramifikat, mhux saturat)-2,5-diossopirrolidin-1-il]eżanojku, sodju u l-imlieħ tat-tris(2-idrossietil)ammonju

-

701-271-4

1708

aċidu 6-[(C10-C13)-alkil-(ramifikat, mhux saturat)-2,5-diossopirrolidin-1-il]eżanojku

2156592-54-8

701-118-1

1709

aċidu 6-[C12-18-alkil-(ramifikat, mhux saturat)-2,5-diossopirrolidin-1-il]eżanojku

-

701-162-1

1710

Teofillina; 1,3-dimetil-3,7-diidro-1H-purina-2,6-dion

58-55-9

200-385-7

1711

1,3,5-triażina-2,4,6-triammina; melammina

108-78-1

203-615-4

1712

Fluwopikolid (ISO); 2,6-dikloro-N-[3-kloro-5-(trifluworometil)-2-piridilmetil]benżammid

607-285-6

239110-15-7

1713

triammid N-(2-nitrofenil)fosforiku

874819-71-3

477-690-9

1714

N-(5-kloro-2-isopropilbenżil)-N-ċiklopropil-3-(difluworometil)-5-fluworo-1-metil-1H-pirażol-4-karbossammid; isofluċipram

1255734-28-1

811-438-4

1715

Massa ta’ reazzjoni ta’ 3-(difluworometil)-1-metil-N-[(1RS,4SR,9RS)-1,2,3,4-tetraidro-9-isopropil-1,4-metanonaftalen-5-il]pirażol-4-karboksammid u 3-(difluworometil)-1-metil-N-[(1RS,4SR,9SR)-1,2,3,4-tetraidro-9-isopropil-1,4-metanonaftalen-5-il]pirażol-4-karboksammid [kontenut relattiv [≥ 78 % sin iżomeri ≤ 15 % anti iżomeri]; isopirażam

881685-58-1

632-619-2

1716

Margosa, ext. [mill-ħabb tal-Azadirachta indica estratta bl-ilma u proċessata ulterjorment b’solventi organiċi]

84696-25-3

283-644-7

1717

Kumen

98-82-8

202-704-5

1718

diakrilat tat-2-etil-2-[[(1-ossoallil)ossi]metil]-1,3-propanedil; akrilat tat-2,2-bis(akriloilossimetil)butil; triakrilat tat-trimetilolpropan;

15625-89-5

239-701-3

1719

Pentapotassju 2,2’,2”,2”’,2”"-(etan-1,2-diilnitrilo)pentaaċetat

7216-95-7

404-290-3

1720

N-karbossimetiliminobis(etilenenitrilo)tetra(aċidu aċetiku); Aċidu Pentetiku (INCI)

67-43-6

200-652-8

1721

(Karbossilatometil)iminobis(etilenenitrilo)tetraaċetat tal-pentasodju; Pentetat tal-Pentasodju (INCI)

140-01-2

205-391-3

1722

Aċetamiprid (ISO); (1E)-N-[(6-kloropiridin-3-il)metil]-N’-ċjano-N-metiletanimidammid; (E)--N1-[(6-kloro-3-piridil)metil]-N2-ċjano-N1-metilaċetammidina

135410-20-7/

160430-64-8

603-921-1/

682-791-8

1723

Pendimetalina (ISO); N-(1-etilpropil)-2,6-dinitro-3,4-ksiliden

40487-42-1

254-938-2

1724

Bentażon (ISO); 3-isopropil-2,1,3-benżotijadijażina-4-on-2,2-diossidu

25057-89-0

246-585-8”


Top