EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32019R1858

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2019/1858 tas-6 ta’ Novembru 2019 li jemenda l-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prodotti kożmetiċi (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

C/2019/7910

ĠU L 286, 7.11.2019, p. 7–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2019/1858/oj

7.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 286/7


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1858

tas-6 ta’ Novembru 2019

li jemenda l-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prodotti kożmetiċi

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-prodotti kożmetiċi (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 31(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Is-sustanza 4-(3-etossi-4-idrossifenil)butan-2-on (Numru CAS 569646-79-3), li ġiet assenjata l-isem Hydroxyphenyl Butanone (HEPB) skont in-Nomenklatura Internazzjonali tal-Ingredjenti Kożmetiċi, għandha l-funzjoni ta’ preservattiv u l-ikkondizzjonar tal-ġilda. Bħalissa mhuwiex elenkat fir-Regolament (KE) Nru 1223/2009.

(2)

Fl-opinjoni tiegħu tas-7 ta’ April 2017 (2), il-Kumitat Xjentifiku dwar is-Sikurezza tal-Konsumatur (l-SCCS) ikkonkluda li, f’xenarju ta’ esponiment aggregat, l-HEPB jista’ jitqies sikur meta jintuża bħala preservattiv fit-tlaħliħ, fil-kura orali u fil-prodotti kożmetiċi li ma jitlaħalħux b’konċentrazzjoni massima ta’ 0,7 %. L-SCCS ikkonkluda wkoll li tkun meħtieġa aktar evidenza sabiex tiġi eskluża l-irritazzjoni tal-għajnejn.

(3)

Wara t-tħassib imqajjem minn diversi Stati Membri dwar l-HEPB bħala irritant potenzjali tal-għajnejn u minħabba data xjentifika addizzjonali sottomessa lilu mill-applikant, fl-opinjoni tiegħu tal-5 ta’ Marzu 2019 (3) l-SCCS ikkonkluda li, f’xenarju ta’ esponiment aggregat, l-użu tal-HEPB bħala preservattiv fil-prodotti kożmetiċi li jitlaħalħu, fil-kura orali u fil-prodotti kożmetiċi li ma jitlaħalħux f’konċentrazzjoni massima ta’ 0,7 % huwa sikur b’rabta mal-irritazzjoni tal-għajnejn.

(4)

Fid-dawl tal-opinjonijiet imsemmija hawn fuq u sabiex jitqies il-progress tekniku u xjentifiku, jenħtieġ li l-użu tal-HEPB jiġi awtorizzat bħala preservattiv fit-tlaħliħ, fil-kura orali u fil-prodotti kożmetiċi li ma jitlaħalħux b’konċentrazzjoni massima ta’ 0,7 % f’preparazzjonijiet lesti għall-użu.

(5)

Għalhekk jenħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 1223/2009 jiġi emendat skont dan.

(6)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Kożmetiċi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 huwa emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Novembru 2019.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 342, 22.12.2009, p. 59.

(2)  SCCS (Scientific Committee on Consumer Safety), Opinion on Ethylzingerone — ‘Hydroxyethoxyphenyl Butanone’ (HEPB) — Cosmetics Europe No P98, SCCS/1582/16, 7 April 2017.

(3)  SCCS (Scientific Committee on Consumer Safety), Opinion on Ethylzingerone — ‘Hydroxyethoxyphenyl Butanone’ (HEPB) — Cosmetics Europe No P98 — Submission II eye irritation, preliminary version of 21 December 2018, final version of 5 March 2019, SCCS/1604/18.


ANNESS

Fl-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009, tiżdied l-entrata li ġejja:

Numru ta’ referenza

Identifikazzjoni tas-Sustanza

Kundizzjonijiet

Il-kliem li għandu jintuża fil-kundizzjonijiet tal-użu u t-twissijiet

Isem kimiku/INN

Isem fil-Glossarju ta’ Ismijiet Komuni tal-Ingredjenti

Numru CAS

Numru KE

Tip ta’ prodott, Partijiet tal-ġisem

Konċentrazzjoni massima fil-preparazzjoni lesta għall-użu

Oħrajn

 

a

b

c

d

e

f

g

h

i

“60

4-(3-etossi-4-idrossifenil)butan-2-on

Hydroxyethoxyphenyl Butanone

569646-79-3

933-435-8

 

0,7 %”

 

 


Top