EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018CN0708

Kawża C-708/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunalul Bucureşti (ir-Rumanija) fis-6 ta’ Novembru 2018 – TK vs Asociaţia de Proprietari bloc M5A-ScaraA

ĠU C 65, 18.2.2019, p. 23–24 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

18.2.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 65/23


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunalul Bucureşti (ir-Rumanija) fis-6 ta’ Novembru 2018 – TK vs Asociaţia de Proprietari bloc M5A-ScaraA

(Kawża C-708/18)

(2019/C 65/31)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Tribunalul Bucureşti

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: TK

Konvenuta: Asociaţia de Proprietari bloc M5A-ScaraA

Domandi preliminari

1)

L-Artikoli 8 u 52 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 7(f) tad-Direttiva (KE) 95/46 (1), dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu dispożizzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, jiġifieri l-Artikolu 5(2) tal-Legea nr. 677/2001 (il-Liġi Nru 677/2001) u l-Artikolu 6 tad-Deċiżjoni Nru 52/2012 tal-Autoritatea Națională de Supraveghere a Prelucrării Datelor cu Caracter Personal (l-Awtorità Nazzjonali ta’ Superviżjoni għall-Ipproċessar ta’ Data Personali, ir-Rumanija), li tipprevedi l-possibbiltà li tintuża s-sorveljanza bil-vidjo sabiex jiġu ggarantiti s-sigurtà u l-protezzjoni tal-persuni, tal-beni u ta’ affarijiet ta’ valur u sabiex jiġu protetti interessi leġittimi, mingħajr il-kunsens tas-suġġett tad-data?

2)

L-Artikoli 8 u 52 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-limitazzjoni tad-drittijiet u tal-libertajiet minħabba s-sorveljanza bil-vidjo tosserva l-prinċipju ta’ proporzjonalità, tissodsifa r-rekwiżit ta’ dak li “ikun meħtieġ” u tissodisfa għan ta’ “interess ġenerali” jew “il-ħtieġa li jiġu protetti d-drittijiet u l-libertajiet ta’ oħrajn” f’sitwazzjoni fejn l-operatur ikun jista’ jadotta miżuri oħra sabiex jipproteġi l-interess leġittimu inkwistjoni?

3)

L-Artikolu 7(f) tad-Direttiva (KE) 95/46, dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-“interess leġittimu” tal-kontrollur għandu jkun stabbilit, eżistenti u effettiv fil-mument tal-ipproċessar?

4)

L-Artikolu 6(1)(e) tad-Direttiva (KE) 95/46, dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali, għandu jiġi interpretat fis-sens li pproċessar (is-sorveljanza bil-vidjo) ikun eċċessiv jew inadegwat meta l-operatur ikun jista’ jadotta miżuri oħra għall-protezzjoni tal-interess leġittimu inkwistjoni?


(1)  Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 95/46/KE tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward ta’ l-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 15, p. 355).


Top