EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017CA0552

Kawża C-552/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tad-19 ta’ Diċembru 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesfinanzhof – il-Ġermanja) – Alpenchalets Resorts GmbH vs Finanzamt München Abteilung Körperschaften Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Tassazzjoni — Armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet fiskali — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) — Direttiva 2006/112/KE — Skema speċjali għall-aġenziji tal-ivvjaġġar — Provvista ta’ residenza tal-vaganzi mikrija lil persuni taxxabbli oħra — Benefiċċji supplimentari — Natura prinċipali jew anċillari ta’ provvista ta’ servizz — Rati mnaqqsa ta’ taxxa — Akkomodazzjoni mqiegħda għad-dispożizzjoni minn aġenzija tal-ivvjaġġar f’isimha stess

ĠU C 65, 18.2.2019, p. 16–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

18.2.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 65/16


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tad-19 ta’ Diċembru 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesfinanzhof – il-Ġermanja) – Alpenchalets Resorts GmbH vs Finanzamt München Abteilung Körperschaften

(Kawża C-552/17) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Tassazzjoni - Armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet fiskali - Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Direttiva 2006/112/KE - Skema speċjali għall-aġenziji tal-ivvjaġġar - Provvista ta’ residenza tal-vaganzi mikrija lil persuni taxxabbli oħra - Benefiċċji supplimentari - Natura prinċipali jew anċillari ta’ provvista ta’ servizz - Rati mnaqqsa ta’ taxxa - Akkomodazzjoni mqiegħda għad-dispożizzjoni minn aġenzija tal-ivvjaġġar f’isimha stess)

(2019/C 65/19)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesfinanzhof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Alpenchalets Resorts GmbH

Konvenut: Finanzamt München Abteilung Körperschaften

Dispożittiv

1)

L-Artikoli 306 sa 310 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandhom jiġu interpretati fis-sens li s-sempliċi tqegħid għad-dispożizzjoni minn aġenzija tal-ivvjaġġar ta’ residenza tal-vaganzi mikrija minn persuni taxxabbli oħra jew dik tali tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ residenza tal-vaganzi akkumpanjata minn servizzi anċillari addizzjonali, kull wieħed minnhom, jikkostitwixxi servizz wieħed taħt l-iskema speċjali għall-aġenziji tal-ivvjaġġar.

2)

L-Artikolu 98(2) tad-Direttiva tal-VAT għandux jiġi interpretat fis-sens li l-provvista ta’ servizzi minn aġenziji tal-ivvjaġġar li tikkonsisti fil-provvista ta’ akkomodazzjoni għal vaganza, li taqa’ fl-ambitu tal-Artikolu 307 ta’ din id-direttiva, ma tistax tiġi suġġetta għal rata mnaqqsa jew għal waħda mir-rati mnaqqsa stabbiliti f’din l-ewwel dispożizzjoni.


(1)  ĠU C 437 tat-18.12.2017.


Top