EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017CA0514

Kawża C-514/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-13 ta’ Diċembru 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour d’appel de Liège – il-Belġju) – Eżekuzzjoni ta’ mandat ta’ arrest Ewropew maħruġ kontra Marin-Simion Sut (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali — Deċiżjoni Kwadru 2002/584/ĠAI — Mandat ta’ arrest Ewropew — Il-punt 6 tal-Artikolu 4 — Motiv għan-nuqqas ta’ eżekuzzjoni fakultattiv tal-mandat ta’ arrest Ewropew — Reat li jwassal għal kundanna għal piena li ċċaħħad il-libertà fl-Istat emittenti u li huwa punibbli biss b’multa fl-Istat ta’ eżekuzzjoni)

ĠU C 65, 18.2.2019, p. 14–15 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

18.2.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 65/14


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-13 ta’ Diċembru 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour d’appel de Liège – il-Belġju) – Eżekuzzjoni ta’ mandat ta’ arrest Ewropew maħruġ kontra Marin-Simion Sut

(Kawża C-514/17) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali - Deċiżjoni Kwadru 2002/584/ĠAI - Mandat ta’ arrest Ewropew - Il-punt 6 tal-Artikolu 4 - Motiv għan-nuqqas ta’ eżekuzzjoni fakultattiv tal-mandat ta’ arrest Ewropew - Reat li jwassal għal kundanna għal piena li ċċaħħad il-libertà fl-Istat emittenti u li huwa punibbli biss b’multa fl-Istat ta’ eżekuzzjoni))

(2019/C 65/17)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour d’appel de Liège

Partijiet fil-kawża prinċipali

Marin-Simion Sut

Dispożittiv

Il-punt 6 tal-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/584/ĠAI tat-13 ta’ Ġunju 2002 dwar il-mandat ta’ arrest Ewropew u l-proċeduri ta’ konsenja bejn l-Istati Membri, kif emendata bid-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/299/ĠAI tas-26 ta’ Frar 2009, għandu jiġi interpretat fis-sens li, meta, bħal fil-kawża prinċipali, il-persuna li hija s-suġġett ta’ mandat ta’ arrest Ewropew maħruġ għall-finijiet tal-eżekuzzjoni ta’ piena li ċċaħħad il-libertà hija residenti fl-Istat Membru ta’ eżekuzzjoni u għandha ma’ dan tal-aħħar rabtiet familjari, soċjali u professjonali, l-awtorità ġudizzjarja ta’ eżekuzzjoni tista’, għal kunsiderazzjonijiet marbuta mal-integrazzjoni mill-ġdid fis-soċjetà ta’ din il-persuna, tirrifjuta li teżegwixxi dan il-mandat, anki jekk il-ksur li fuqu huwa bbażat dan il-mandat huwa punibbli, konformement mad-dritt tal-Istat Membru ta’ eżekuzzjoni, biss b’multa, peress li, konformement ma’ dan l-istess dritt nazzjonali, din iċ-ċirkustanza ma tipprekludix li l-piena li ċċaħħad il-libertà imposta fuq il-persuna mfittxija tiġi effettivament eżegwita f’dan l-Istat Membru, li hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika.


(1)  ĠU C 347, 16.10.2017.


Top