EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017CA0493

Kawża C-493/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-11 ta’ Diċembru 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesverfassungsgericht – il-Ġermanja) – proċedura mibdija minn Heinrich Weiss et (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Politika ekonomika u monetarja — Deċiżjoni (UE) 2015/774 tal-Bank Ċentrali Ewropew — Validità — Programm ta’ xiri ta’ assi tas-settur pubbliku fis-swieq sekondarji — Artikoli 119 u 127 TFUE — Kompetenzi tal-BĊE u tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali — Żamma tal-istabbiltà tal-prezzijiet — Proporzjonalità — Artikolu 123 TFUE — Projbizzjoni ta’ finanzjament monetarju tal-Istati Membri taż-żona tal-euro)

ĠU C 65, 18.2.2019, p. 14–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

18.2.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 65/14


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-11 ta’ Diċembru 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesverfassungsgericht – il-Ġermanja) – proċedura mibdija minn Heinrich Weiss et

(Kawża C-493/17) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Politika ekonomika u monetarja - Deċiżjoni (UE) 2015/774 tal-Bank Ċentrali Ewropew - Validità - Programm ta’ xiri ta’ assi tas-settur pubbliku fis-swieq sekondarji - Artikoli 119 u 127 TFUE - Kompetenzi tal-BĊE u tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali - Żamma tal-istabbiltà tal-prezzijiet - Proporzjonalità - Artikolu 123 TFUE - Projbizzjoni ta’ finanzjament monetarju tal-Istati Membri taż-żona tal-euro))

(2019/C 65/16)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesverfassungsgericht

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Heinrich Weiss, Jürgen Heraeus, Patrick Adenauer, Bernd Lucke, Hans-Olaf Henkel, Joachim Starbatty, Bernd Kölmel, Ulrike Trebesius, Peter Gauweiler, Johann Heinrich von Stein, Gunnar Heinsohn, Otto Michels, Reinhold von Eben-Worlée, Michael Göde, Dagmar Metzger, Karl-Heinz Hauptmann, Stefan Städter, Markus C. Kerber

Fil-preżenza ta’: Bundesregierung, Bundestag, Deutsche Bundesbank

Dispożittiv

1)

L-eżami tal-ewwel sar-raba’ domanda preliminari ma żvela l-ebda element ta’ natura li jista’ jaffettwa l-validità tad-Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew (UE) 2015/774 tal-4 ta’ Marzu 2015 dwar programm ta’ xiri ta’ assi ta’ swieq sekondarji mis-settur pubbliku, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew (UE) 2017/100 tal-11 ta’ Jannar 2017.

2)

Il-ħames domanda preliminari hija inammissabbli.


(1)  ĠU C 402, 27.11.2017.


Top