EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017CA0374

Kawża C-374/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tad-19 ta’ Diċembru 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesfinanzhof – il-Ġermanja) – Finanzamt B vs A-Brauerei (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Għajnuna mill-Istat — Artikolu 107(1) TFUE — Taxxa fuq l-akkwisti ta’ proprjetà immobbli — Eżenzjoni — Trasferimenti tal-proprjetà ta’ beni immobbli minħabba operazzjonijiet ta’ trasformazzjoni li twettqu fi ħdan ċerti gruppi ta’ kumpanniji — Kunċett ta’ “għajnuna mill-Istat” — Kundizzjoni marbuta mas-selettività — Ġustifikazzjoni)

ĠU C 65, 18.2.2019, p. 8–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

18.2.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 65/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tad-19 ta’ Diċembru 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesfinanzhof – il-Ġermanja) – Finanzamt B vs A-Brauerei

(Kawża C-374/17) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Għajnuna mill-Istat - Artikolu 107(1) TFUE - Taxxa fuq l-akkwisti ta’ proprjetà immobbli - Eżenzjoni - Trasferimenti tal-proprjetà ta’ beni immobbli minħabba operazzjonijiet ta’ trasformazzjoni li twettqu fi ħdan ċerti gruppi ta’ kumpanniji - Kunċett ta’ “għajnuna mill-Istat” - Kundizzjoni marbuta mas-selettività - Ġustifikazzjoni))

(2019/C 65/09)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesfinanzhof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Finanzamt B

Konvenuta: A-Brauerei

fil-preżenza ta’: Bundesministerium der Finanzen

Dispożittiv

L-Artikolu 107(1) TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li vantaġġ fiskali, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li jikkonsisti fl-eżenzjoni mit-taxxa fuq l-akkwisti ta’ proprjetà immobbli ta’ trasferiment tal-proprjetà ta’ beni immobbli li twettaq minħabba operazzjoni ta’ trasformazzjoni li timplika esklużivament kumpanniji tal-istess grupp marbuta b’ishma ta’ mill-inqas 95 % matul perijodu minimu u kontinwu ta’ ħames snin qabel l-imsemmija operazzjoni u ta’ ħames snin warajha, ma jissodisfax il-kundizzjoni dwar is-selettività tal-vantaġġ ikkonċernat, stabbilita fl-imsemmija dispożizzjoni.


(1)  ĠU C 309, 18.09.2017


Top