EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017CA0367

Kawża C-367/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tad-19 ta’ Diċembru 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundespatentgericht – il-Ġermanja) – S vs EA, EB, EC (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Agrikoltura — Regolament (KE) Nru 510/2006 — Artikolu 4(2)(e) — Regolament (UE) Nru 1151/2012 — Artikolu 7(1)(e) — Protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u tad-denominazzjonijiet ta’ oriġini — Talba għal emenda tal-ispeċifikazzjoni — Perżut mir-reġjun fil-Foresta s-Sewda, il-Ġermanja (“Schwarzwälder Schinken”) — Klawżoli ta’ ppakkjar fir-reġjun ta’ produzzjoni — Applikabbiltà tar-Regolament (KE) Nru 510/2006 jew tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012)

ĠU C 65, 18.2.2019, p. 7–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

18.2.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 65/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tad-19 ta’ Diċembru 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundespatentgericht – il-Ġermanja) – S vs EA, EB, EC

(Kawża C-367/17) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Agrikoltura - Regolament (KE) Nru 510/2006 - Artikolu 4(2)(e) - Regolament (UE) Nru 1151/2012 - Artikolu 7(1)(e) - Protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u tad-denominazzjonijiet ta’ oriġini - Talba għal emenda tal-ispeċifikazzjoni - Perżut mir-reġjun fil-Foresta s-Sewda, il-Ġermanja (“Schwarzwälder Schinken”) - Klawżoli ta’ ppakkjar fir-reġjun ta’ produzzjoni - Applikabbiltà tar-Regolament (KE) Nru 510/2006 jew tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012))

(2019/C 65/08)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundespatentgericht

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: S

Konvenuti: EA, EB, EC

Dispożittiv

L-Artikolu 4(2)(e) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel, moqri flimkien mal-Artikolu 8 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1898/2006 tal-14 ta’ Diċembru 2006 li jistipula regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament Nru 510/2006, u mal-Artikolu 7(1)(e) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel, għandhom jiġu interpretati fis-sens li r-rekwiżit tal-ippakkjar ta’ prodott iċċertifikat permezz ta’ indikazzjoni ġeografika protetta fiż-żona ġeografika tal-produzzjoni tiegħu ikun iġġustifikat, b’mod konformi mal-imsemmi Artikolu 4(2)(e), jekk dan ikun jikkostitwixxi mezz neċessarju u proporzjonat għas-salvagwardja tal-kwalità tal-prodott, biex jiggarantixxi l-oriġini tiegħu jew biex jiżgura l-kontroll tal-ispeċifikazzjoni tal-indikazzjoni ġeografika protetta. Hija l-qorti nazzjonali li għandha tevalwa jekk dan ir-rekwiżit huwiex iġġustifikat minn wieħed mill-għanijiet imsemmija iktar ’il fuq, fir-rigward tal-IĠP “Schwarzwälder Schinken”.


(1)  ĠU C 293, 04.09.2017.


Top